22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 16/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/89
tat-22 ta' Jannar 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Fid-dawl tal-programmi nukleari u ballistiċi kontinwi u aċċellerati tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), li huma bi ksur tal-obbligi tar-RDPK kif stipulati f'bosta Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, kif jidher mill-isparar l-aktar reċenti ta' missili ballistiċi mir-RDPK fit-28 ta' Novembru 2017, sbatax-il persuna għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
ANNESS
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt it-titolu “Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, is-sottotitolu “A. Persuni”, jinżiedu l-entrati li ġejjin:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Raġunijiet |
“2. |
CHOE Chan Il |
|
22.1.2018 |
Direttur tal-Uffiċċju ta' Dandong tal-Korea Heungjin Trading Company, entità ddeżinjata min-NU. Il-Korea Heungjin tintuża mill-KOMID, entità ddeżinjata oħra min-NU, għal finijiet ta' kummerċ. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. |
3. |
KIM Chol Nam |
|
22.1.2018 |
Direttur tal-fergħa ta' Dandong ta' Sobaeksu United Corp li ġiet deżinjata mill-Unjoni. Rappreżentant tal-fergħa ta' Beijing tal-Korea Changgwang Trading Corporation, li ġiet identifikata mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala psewdonimu tal-KOMID. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. |
4. |
JON Chol Young |
Numru tal-passaport: 563410192 Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola Data tat-twelid: 30.4.1975 |
22.1.2018 |
Rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat għar-RDPK fl-Angola. Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inklużi il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta' bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
5. |
AN Jong Hyuk Magħruf ukoll bħala: An Jong Hyok |
Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Eġittu Data tat-twelid: 14.3.1970 Numru tal-passaport: 563410155 |
22.1.2018 |
Rappreżentant ta' Saeng Pil Trading Corporation, psewdonimu ta' Green Pine Associated Corporation, u diplomatiku tar-RDPK fl-Eġittu. Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inkluż il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. An Jong Hyuk kien awtorizzat jagħmel kull tip ta' negozju f'isem Saeng Pil, inkluż l-iffirmar u l-implimentazzjoni ta' kuntratti u ta' negozju bankarju. Il-kumpannija tispeċjalizza fil-kostruzzjoni ta' bastimenti navali u d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-installazzjoni ta' tagħmir ta' komunikazzjoni elettronika u ta' navigazzjoni bil-baħar. |
6. |
CHOL Yun |
It-tielet Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK għaċ-Ċina |
22.1.2018 |
Chol Yun ġie identifikat mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala l-persuna ta' kuntatt tal-Kumpannija tar-RDPK General Precious Metal involuta fil-bejgħ ta' litju-6, oġġett marbut mal-armi nukleari ipprojbit min-NU, u diplomatiku tar-RDPK. General Precious Metal kienet identifikata qabel mill-Unjoni bħala psewdonimu tal-entità elenkata min-NU Green Pine. |
7. |
CHOE Kwang Hyok |
|
22.1.2018 |
Choe Kwang Hyok serva bħala rappreżentant ta' Green Pine Associated Corporation, entità elenkata min-NU. Choe Kwang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala l-kap eżekuttiv ta' Beijing King Helong International Trading Ltd, psewdonimu ta' Green Pine. Ġie identifikat ukoll mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala direttur ta' Hong Kong King Helong Int'l Trading Ltd u operatur tal-entità tar-RDPK magħżula bħala l-uffiċċju rappreżentattiv tal-Korea Unhasu Trading Company f'Beijing, li huma wkoll psewdonimi ta' Green Pine. |
8. |
KIM Chang Hyok Magħruf ukoll bħala: James Jin jew James Kim |
Data tat-twelid: 29.4.1963 Post tat-twelid: N. Hamgyong Numru tal-passaport: 472130058 |
22.1.2018 |
Kim Chang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fil-Malasja. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. Huwa stabbilixxa diversi kontijiet fil-Malasja f'isem il-kumpaniji tal-isem ta' “Glocom”, hija stess kumpanija tal-isem tal-entità ddeżinjata Pan Systems Pyongyang. |
9. |
PARK Young Han |
|
22.1.2018 |
Direttur ta' Beijing New Technology li ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala kumpannija tal-isem tal-KOMID. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Ir-rappreżentant legali ta' Guancaiweixing Trading Co., Ltd, li ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li bagħtet kunsinna interċettata lejn l-Eritrea ta' oġġetti marbuta mal-militar f'Awwissu 2012. |
10.. |
RYANG Su Nyo |
Data tat-twelid: 11.8.1959 Post tat-twelid: Ġappun |
22.1.2018 |
Direttur ta' Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. |
11. |
PYON Won Gun |
Data tat-twelid: 13.3.1968 Post tat-twelid: S. Phyongan Numru tal-passaport tas-servizz: 836220035 Numru tal-passaport: 290220142 |
22.1.2018 |
Direttur ta' Glocom, kumpannija tal-isem ta' Pan Systems Pyongyang, Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill- Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. Glocom tirreklama tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju għal organizzazzjonijiet militari u paramilitari. Pyon Won Gun ġie identifikat ukoll mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. |
12. |
PAE Won Chol |
Data tat-twelid: 30.8.1969 Post tat-twelid: Pyongyang Nru tal-Passaport Diplomatiku: 654310150 |
22.1.2018 |
Pae Won Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. |
13. |
RI Sin Song |
|
22.1.2018 |
Ri Sin Song ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. |
14. |
KIM Sung Su |
|
22.1.2018 |
Kim Sung Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fiċ-Ċina. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill- Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. |
15. |
KIM Pyong Chol |
|
22.1.2018 |
Kim Pyong Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti. |
16. |
CHOE Kwang Su |
It-tielet Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Afrika t'Isfel Data tat-twelid: 20.4.1955 Numru tal-passaport: 381210143 (data l-għeluq: 3.6.2016) |
22.1.2018 |
Choe Kwang Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala rappreżentant ta' Haegeumgang Trading Company. F'din il-kapaċità, Choe Kwang Su ffirma kuntratt ta' kooperazzjoni militari bejn ir-RDPK u l-Mozambique bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-kuntratt kien jikkonċerna l-forniment ta' armi u materjal marbut mal-armi lil Monte Binga, kumpannija kkontrollata mill-Gvern tal-Mozambique. |
17. |
PAK In Su Magħruf ukoll bħala: Daniel Pak |
Data tat-twelid: 22.5.1957 Post tat-twelid: N. Hamgyong Numru tal-passaport diplomatiku: 290221242 |
22.1.2018 |
Pak In Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li huwa involut f'attivitajiet marbuta mal-bejgħ ta' faħam mir-RDPK fil-Malasja bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
18. |
SON Young-Nam |
L-Ewwel Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Bangladexx |
22.1.2018 |
Son Young-Nam ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li huwa involut f'attivitajiet marbuta mal-kuntrabandu ta' deheb u oġġetti oħrajn fir-RDPK bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”. |