11.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/36

tal-10 ta' Jannar 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

(2)

Fl-20 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, neħħa persuna mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK jiġi emendat skont dan u jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa wkoll mill-Anness III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK huma b'dan emendati kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KRALEVA


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.


ANNESS

1.

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra:

6.

Sanha CLUSSÉ

2.

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra:

11.

Sanha CLUSSÉ.