11.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/196 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/48 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta' Novembru 2018
dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (BĊE/2018/32)
IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri b'deroga (minn hawn 'il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) m'għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li jaġixxi b'maġġoranza li tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-BĊE u mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li perċentwal minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. |
(2) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (1) jipprovdi li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. |
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar 'il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar 'il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
(4) |
L-aġġustament ta' kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE jirrikjedi l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 u d-determinazzjoni tal-perċentwal tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ammont u forma ta' kapital sottoskritt u mħallas
Kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % ta' sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. Meta jitqiesu l-ponderazzjonijiet il-ġodda fl-iskema tal-kapital stipulati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27), kull BĊN li mhux fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas tal-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro |
Kapital sottoskritt fl-1 ta' Jannar 2019 (f'EUR) |
Kapital imħallas fl-1 ta' Jannar 2019 (f'EUR) |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
92 131 635,17 |
3 454 936,32 |
Česká národní banka |
175 062 014,33 |
6 564 825,54 |
Danmarks Nationalbank |
162 223 555,95 |
6 083 383,35 |
Hrvatska narodna banka |
61 410 265,11 |
2 302 884,94 |
Magyar Nemzeti Bank |
144 492 194,37 |
5 418 457,29 |
Narodowy Bank Polski |
563 636 468,10 |
21 136 367,55 |
Banca Naţională a României |
264 887 922,99 |
9 933 297,11 |
Sveriges Riksbank |
273 028 328,31 |
10 238 562,31 |
Bank of England |
1 552 024 563,60 |
58 200 921,14 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Billi kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro diġà ħallas 3,75 % ta' sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2018 skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/31, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1.
2. It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta' dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/29) (3).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/31 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta' Novembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/31 tat-30 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 63).
(2) Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29) (ara paġna 183 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).