|
11.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/180 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/44 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta' Novembru 2018
dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (1) iddeterminat kif u sa fejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) kienu obbligati jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (2), flimkien mad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (3), iddeterminaw kif u safejn il-Lietuvos bankas għandu jħallas il-kapital tal-BĊE mill-1 ta' Jannar 2015 fid-dawl tal-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (4) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar 'il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustat (iktar 'il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
|
(4) |
L-aġġustament ta' kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE jeżiġi l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, u jiddetermina kif u sa fejn il-BĊNi taż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ammont u forma ta' kapital sottoskritt u mħallas
Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas is-sottoskrizzjoni sħiħa tiegħu fil-kapital tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.
Meta jiġu kkunsidrati l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali u sottoskritt fl-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
|
BĊN taż-żona tal-euro |
EUR |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
273 656 178,72 |
|
Deutsche Bundesbank |
1 988 229 048,48 |
|
Eesti Pank |
21 303 613,91 |
|
Central Bank of Ireland |
127 237 133,10 |
|
Bank of Greece |
187 186 022,25 |
|
Banco de España |
902 708 164,54 |
|
Banque de France |
1 537 811 329,32 |
|
Banca d'Italia |
1 277 599 809,38 |
|
Central Bank of Cyprus |
16 269 985,63 |
|
Latvijas Banka |
29 563 094,31 |
|
Lietuvos bankas |
43 938 703,70 |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
24 572 766,05 |
|
Bank Ċentrali ta' Malta |
7 923 905,17 |
|
De Nederlandsche Bank |
440 328 812,57 |
|
Oesterreichische Nationalbank |
220 018 268,69 |
|
Banco de Portugal |
177 172 890,71 |
|
Banka Slovenije |
36 382 848,76 |
|
Národná banka Slovenska |
86 643 356,59 |
|
Suomen Pankki |
137 564 189,84 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem sħiħ fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2018 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2013/30, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.
2. It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta' dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/29) (5).
Artikolu 3
Emenda
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61) huwa mħassar.
Artikolu 4
Revoka
1. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.
2. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/30 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 tad-29 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 61).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Lietuvos bankas lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (ĠU L 50, 21.2.2015, p. 44).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/31 tat-30 ta' Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 63).
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ara paġna 178 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29) (ara paġna 183 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).