|
9.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/16 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/16
tat-8 ta' Jannar 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(2) |
Fit-22 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2397(2017) li żiedet sittax-il persuna u entità mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KRALEVA
ANNESS
Il-persuni u l-entità elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:
A. Persuni
|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Data tat-twelid |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
|
64. |
CH'OE SO'K MIN |
|
Data tat-twelid: 25.7.1978 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ch'oe So'k-min huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. Fl-2016, Ch'oe So'k-min kien il-viċi rappreżentant tal-uffiċċju tal-fergħa tal-Foreign Trade Bank f'dik il-lokalità barranija. Huwa kien assoċjat ma' trasferimenti ta' flus kontanti minn dak l-uffiċċju barrani tal-Foreign Trade Bank lejn banek affiljati ma' organizzazzjonijiet speċjali tal-Korea ta' Fuq u operattivi tar-Reconnaissance General Bureau f'lokalitajiet barranin fi sforz sabiex jiġu evitati sanzjonijiet. |
|
65. |
CHU HYO'K |
Ju Hyok |
Data tat-twelid: 23.11.1986 Nru tal-passaport 836420186 maħruġ fit-28.10.2016, jiskadi fit-28.10.2021. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Chu Hyo'k huwa ċittadin Nord Korean li huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. |
|
66. |
KIM JONG SIK |
Kim Cho'ng-sik |
Sena tat-twelid: 1967-1969. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel Indirizz: RDPK |
22.12.2017 |
Uffiċjal ewlieni li jiggwida l-isforzi ta' żvilupp tal-AQM tar-RDPK. Iservi bħala Viċi Direttur tal-Partit tal-Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet tal-Korea. |
|
67. |
KIM KYONG IL |
Kim Kyo'ng-il |
Lokalità: il-Libja Data tat-twelid: 1.8.1979 Nru tal-passaport 836210029. Ċittadinanza: RDPK. Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Kim Kyong Il huwa l-viċi kap rappreżentant tal-Foreign Trade Bank fil-Libja. |
|
68. |
KIM TONG CHOL |
Kim Tong-ch'o'l |
Data tat-twelid: 28.1.1966 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Kim Tong Chol huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. |
|
69. |
KO CHOL MAN |
Ko Ch'o'l-man |
Data tat-twelid: 30.9.1967 Nru tal-passaport 472420180 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ko Chol Man huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. |
|
70. |
KU JA HYONG |
Ku Cha-hyo'ng |
Lokalità: il-Libja Data tat-twelid: 8.9.1957 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ku Ja Hyong huwa l-kap rappreżentant tal-Foreign Trade Bank fil-Libja. |
|
71. |
MUN KYONG HWAN |
Mun Kyo'ng-hwan |
Data tat-twelid: 22.8.1967 Nru tal-passaport 381120660, jiskadi fil-25.3.2016. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Mun Kyong Hwan huwa rappreżentant barrani tal-Bank of East Land. |
|
72. |
PAE WON UK |
Pae Wo'n-uk |
Data tat-twelid: 22.8.1969 Ċittadinanza: RDPK Nru tal-passaport 472120208, jiskadi fit-22.2.2017 Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Pae Won Uk huwa rappreżentant barrani tal-Bank Daesong. |
|
73. |
PAK BONG NAM |
Lui Wai Ming; Pak Pong Nam; Pak Pong-nam |
Data tat-twelid: 6.5.1969 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Pak Bong Nam huwa rappreżentant barrani tal-Ilsim International Bank. |
|
74. |
PAK MUN IL |
Pak Mun-il |
Data tat-twelid 1.1.1965 Nru tal-passaport 563335509, jiskadi fil-27.8.2018. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Pak Mun Il huwa uffiċjal barrani tal-Korea Daesong Bank. |
|
75. |
RI CHUN HWAN |
Ri Ch'un-hwan |
Data tat-twelid: 20.8.1965 Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ri Chun Hwan huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. |
|
76. |
RI CHUN SONG |
Ri Ch'un-so'ng |
Data tat-twelid: 30.10.1965 Nru tal-passaport 654133553, jiskadi fil-11.3.2019. Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ri Chun Song huwa rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. |
|
77. |
RI PYONG CHUL |
Ri Pyo'ng-ch'o'l |
Sena tat-twelid: 1948 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel Indirizz: RDPK |
22.12.2017 |
Membru supplenti tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon |
|
78. |
RI SONG HYOK |
Li Cheng He |
Data tat-twelid: 19.3.1965 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ri Song Hyok huwa rappreżentant barrani għall-Koryo Bank u Koryo Credit Development Bank u ġie rrapurtat li stabbilixxa kumpanniji tal-isem biex jakkwista oġġetti u jwettaq transazzjonijiet finanzjarji f'isem il-Korea ta' Fuq. |
|
79. |
RI U'N SO'NG |
Ri Eun Song; Ri Un Song |
Data tat-twelid: 23.7.1969 Ċittadinanza: RDPK Sess: Raġel |
22.12.2017 |
Ri U'n-so'ng huwa rappreżentant barrani tal-Korea Unification Development Bank. |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
|
54. |
MINISTERU GĦALL-FORZI ARMATI TAL-POPLU (MPAF) |
|
Pyongyang, RDPK |
22.12.2017 |
Il-Ministeru għall-Forzi Armati tal-Poplu jimmaniġġja l-ħtiġijiet amministrattivi u loġistiċi ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. |