|
6.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/7 |
DEĊIŻJONI (UE) 2018/9 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 14, it-tieni subparagrafu tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġini ta' Kontinġenza sal-livell ta' 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġini ta' Kontinġenża għall-2017 (3). |
|
(3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 li jippermetti l-finanzjament 'il fuq mil-livelli limiti ta' impenn ta' EUR 1 906 150 960, li minnhom EUR 1 1176 030 960 għall-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza). |
|
(4) |
Il-baġit għall-2018 jirrikjedi żieda fil-flessibbiltà u għalhekk it-tpaċija tal-Marġini ta' Kontinġenza immobilizzat fl-2017 hu aġġustat biex inaqqas l-ammont ta' tpaċija fl-Intestatura 5 fl-2018 u jintroduċi kumpens korrispondenti fl-Intestatura 5 fl-2020, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/344 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017 (4) hu emendat kif ġej:
|
(a) |
fis-sentenza introduttorja “2019” hi mibdula b'“2020”; |
|
(b) |
il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(c) |
għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistipula l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2016 dwar aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f'konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING (COM(2016) 311).