|
5.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/4
tat-18 ta' Diċembru 2017
dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-punt (b) tal-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (3), iffirmat fil-25 ta' Lulju 2007, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen. |
|
(3) |
Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (4) (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”), iffirmat fil-11 ta' April 2014, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista ta' lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (5) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (6), jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 ilu japplika proviżorjament għall-firmatarji tiegħu mit-12 ta' April 2014, u jenħtieġ li għaldaqstant id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-deċiżjonijiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tar-regoli ta' proċedura għall-Ftehim Konġunt taż-ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.
(4) ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017
ta' …
li temenda r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1), iffirmat fil-25 ta' Lulju 2007, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen. |
|
(2) |
Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea daħal fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2011. |
|
(3) |
Fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (2) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (3), jenħtieġ li l-Bulgaru u r-Rumen jiżdiedu mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi għar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:
|
1. |
It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriżkif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu bl-Iżlandiż u n-Norveġiż u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”; |
|
2. |
It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fl-Iżlandiż u n-Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017
ta' …
li temenda r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta' April 2014, għandu jemenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat. |
|
(2) |
Fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (2), emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (3), u emendati ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru […] ta' […] (4), jenħtieġ li l-Kroat jiżdied mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(3) |
Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 għall-firmatarji tiegħu ilu japplika proviżjorjament mit-12 ta' April 2014, u din id-Deċiżjoni għalhekk tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:
|
1. |
It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi fil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu fl-Iżlandiż u n-Norveġiż u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”; |
|
2. |
It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim jiġu ppubblikati bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fl-Iżlandiż u n-Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, skont liema data tkun l-iżjed tard.
Għandha tapplika proviżorjament mit-12 ta' April 2014.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.
(2) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(3) ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.
(4) ĠU L …