3.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/369 |
DEĊIŻJONI (UE) 2018/1447 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta’ April 2018
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2016
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0094/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0073/2018), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2016; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Antonio TAJANI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 426, 12.12.2017, p. 42.
(2) ĠU C 426, 12.12.2017, p. 44.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.