22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/48


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2417

tas-17 ta' Novembru 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jipprovdi għal obbligu ta' negozjar f'suq regolat, f'faċilità multilaterali tan-negozjar, f'faċilità organizzata tan-negozjar jew f'ċentru tan-negozjar ekwivalenti ta' pajjiż terz għal ċerti klassijiet ta' derivattivi, jew subsett relevanti tagħhom, li ġew iddikjarati soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dak l-obbligu tan-negozjar jeħtieġ li japplika biss għal derivattivi li huma suffiċjentement likwidi u disponibbli għan-negozjar tal-inqas f'ċentru tan-negozjar wieħed.

(2)

Għal derivattivi tar-rati tal-imgħax soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-likwidità hija kkonċentrata f'kuntratti tad-derivattivi li għandhom l-aktar karatteristiċi standardizzati. Dawk il-karatteristiċi jenħtieġ għalhekk li jiġu kkonsidrati meta jiġu stabbiliti klassijiet ta' derivattivii soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.

(3)

Bl-istess mod, il-likwidità f'derivattivi tar-rati tal-imgħax soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar hija kkonċentrata f'kuntratti tad-derivattivi li għandhom ċerti maturitajiet referenzjarji. Għalhekk huwa xieraq li jiġi limitat l-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi ma' dawk il-maturitajiet referenzjarji. Sabiex issir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi li jibdew immedjatament wara l-eżekuzzjoni tan-negozju minn kuntratti tad-derivattivi li jibdew f'data stabbilita minn qabel fil-futur, il-maturità ta' kuntratt jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tad-data effettiva li fiha jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt. Madankollu, sabiex jittieħed kont adegwat tax-xejra tal-likwidità tad-derivattivi u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-obbligu tan-negozjar, huwa importanti li ma jintużawx maturitajiet referenzjarji bħala limiti stretti iżda pjuttost bħala punti ta' referenza għal intervalli mmirati.

(4)

Għal derivattivi tal-kreditu, għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-likwidità hija kkonċentrata fis-serje on-the-run attwali u l-aħħar serje off-the-run. Għalhekk huwa xieraq li tiġi limitata l-applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi li jappartjenu għal dawk is-serje biss.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (3) (derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC) u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 (4) (derivattivi ta' kreditu OTC) jidentifikaw erba' kategoriji ta' kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull kategorija ta' kontroparti, f'dawk ir-Regolamenti Delegati ġiet stipulata wkoll applikazzjoni gradwali ta' dak l-obbligu tal-ikklerjar. Minħabba r-rabta bejn l-obbligu tal-ikklerjar u l-obbligu ta' negozjar, l-obbligu tan-negozjar għal kull kategorija ta' kontroparti jenħtieġ li jidħol fis-seħħ biss ladarba l-obbligu tal-ikklerjar għal dik il-kategorija jkun diġà daħal fis-seħħ.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(7)

Dan ir-Regolament huwa adottat fuq il-bażi tal-fatti, u b'mod partikolari l-likwidità prevalenti, fil-mument tal-adozzjoni tiegħu u se jiġu rieżaminat u emendat kif xieraq skont l-iżviluppi tas-suq.

(8)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(9)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, dan ir-Regolament jentieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn dik l-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar

Id-derivattivi mniżżla fl-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Derivattiva msemmija fit-Tabella 1, it-Tabella 2 u t-Tabella 3 tal-Anness għandha tiġi meqjusa li jkollha maturità ta' 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 15, 20 jew 30 sena meta l-perjodu ta' żmien bejn id-data li fiha l-obbligi taħt dak il-kuntratt jidħlu fis-seħħ u d-data tat-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt ikun ugwali għal wieħed minn dawk il-perjodi, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' ħamest ijiem.

Artikolu 2

Id-dati li minnhom jibda l-obbligu tan-negozjar

L-obbligu ta' negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu, għal kull kategorija ta' kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, jidħol fis-seħħ fl-aħħar waħda mid-dati li ġejjin:

(a)

it-3 ta' Jannar 2018;

(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2205 jew l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592 għal dik il-kategorija ta' kontropartijiet.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar

Tabella 1

Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to-float denominati f'EUR

Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'EUR EURIBOR 3 u 6M

Il-munita tas-saldu

EUR

EUR

It-tip tal-bidu tan-negozjar

Spot (T+2)

Spot (T+2)

Opzjonalità

Le

Le

Il-perjodu ta' maturità

2,3,4,5,6,7,8,9,10,12,15,20,30S

2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S

Tip Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Il-komponent fiss

Frekwenza tal-pagament

Annwali jew semi-annwali

Annwali jew semi-annwali

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

30/360 jew Propja/360

30/360 jew Propja/360

Il-komponent varjabbli

Indiċi ta' referenza

EURIBOR 6M

EURIBOR 3M

Frekwenza ta' bidu mill-ġdid

Kull sitt xhur jew kull tliet xhur

Kull tliet xhur

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Propja/360

Propja/360

Tabella 2

Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to float denominati f'USD

Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'USD LIBOR 3M

Il-munita tas-saldu

USD

USD

It-tip tal-bidu tan-negozjar

Spot (T+2)

IMM (iż-żewġ dati tal-IMM li jmiss)

Opzjonalità

Le

Le

Il-perjodu ta' maturità

2,3,4,5, 6,7,10,12,15,20,30S

2,3,4,5,6,7,10,12,15,20,30S

Tip Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Il-komponent fiss

Frekwenza tal-pagament

Annwali jew semi-annwali

Annwali jew semi-annwali

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

30/360 jew Propja/360

30/360 jew Propja/360

Il-komponent varjabbli

Indiċi ta' referenza

USD LIBOR 3M

USD LIBOR 3M

Frekwenza ta' bidu mill-ġdid

Kull tliet xhur

Kull tliet xhur

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Propja/360

Propja/360


Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'USD LIBOR 6M

Il-munita tas-saldu

USD

USD

It-tip tal-bidu tan-negozjar

Spot (T+2)

IMM (iż-żewġ dati tal-IMM li jmiss)

Opzjonalità

Le

Le

Il-perjodu ta' maturità

2,3,4,5, 6,7,10,12,15,20,30S

2,3,4,5,6,7,10,12,15,20,30S

Tip Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Il-komponent fiss

Frekwenza tal-pagament

Annwali jew semi-annwali

Annwali jew semi-annwali

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

30/360 jew Propja/360

30/360 jew Propja/360

Il-komponent varjabbli

Indiċi ta' referenza

USD LIBOR 6M

USD LIBOR 6M

Frekwenza ta' bidu mill-ġdid

Annwali jew semi-annwali

Annwali jew semi-annwali

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Propja/360

Propja/360

Tabella 3

Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to float denominati f'GBP

Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — BP LIBOR 3 u 6M

Il-munita tas-saldu

GBP

GBP

It-tip tal-bidu tan-negozjar

Spot (T+0)

Spot (T+0)

Opzjonalità

Le

Le

Il-perjodu ta' maturità

2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S

2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S

Tip Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Il-komponent fiss

Frekwenza tal-pagament

Annwali jew semi-annwali

Annwali jew semi-annwali

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Propja/365F

Propja/365F

Il-komponent varjabbli

Indiċi ta' referenza

GBP LIBOR 6M

GBP LIBOR 3M

Frekwenza ta' bidu mill-ġdid

Kull sitt xhur jew kull tliet xhur

Kull tliet xhur

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Propja/365F

Propja/365F


Tabella 4

Indiċi tas-CDS

Tip

Tip sekondarju

Żona ġeografika

Indiċi ta' referenza

Munita tas-Saldu

Serje

Il-perjodu ta' maturità

Indiċi tas-CDS

Indiċi mhux segmentat

Ewropa

iTraxx Europe Main

EUR

serje on-the-run

l-ewwel serje off-the-run

5s

Indiċi tas-CDS

Indiċi mhux segmentat

Ewropa

iTraxx Europe Crossover

EUR

serje on-the-run

l-ewwel serje off-the-run

5s