22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/35 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2416
tal-20 ta' Ottubru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għar-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, u li jikkoreġi dak ir-Regolament Delegat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bl-għan li jiġi ssimplifikat l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew (“l-FSE”) u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, huwa xieraq li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u tas-somom f'daqqa disponibbli għar-rimborż lill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għar-rimborż lill-Istati Membri jiġu stabbiliti abbażi tad-dejta mressqa mill-Istati Membri jew ippubblikata mill-Eurostat u abbażi tal-metodi miftiehma b'mod komuni, fosthom il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u fl-Artikolu 14(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013. |
(2) |
Jekk wieħed iqis id-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fejn jidħol il-livell tal-ispejjeż għal tip ta' operazzjoni partikolari, id-definizzjoni u l-ammonti tal-iskali standard tal-ispejjeż tal-unità u tas-somom f'daqqa jaf ivarjaw skont it-tip ta' operazzjoni u skont l-Istat Membru kkonċernat biex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tagħhom. |
(3) |
Ċipru ppreżenta l-metodi għad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet tal-unità għar-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni. |
(4) |
Il-Ġermanja ppreżentat metodi għad-definizzjoni ta' aktar skali standard tal-ispejjeż għal kull unità għar-rimborż mill-Kummissjoni li jikkonċernaw tipi ta' operazzjonijiet li għadhom mhumiex koperti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 (3). |
(5) |
Franza ressqet dejta għall-emendar tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità li bħalissa huma stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2195. |
(6) |
L-Iżvezja ressqet dejta għall-emendar tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità li bħalissa huma stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2195. Il-Kummissjoni emendat skont dan ir-rati stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 għall-operazzjonijiet appoġġati taħt l-assi prijoritarju 1 “Provvista ta' ħiliet” tal-Programm Operazzjonali (Nationellt socialfondsprogram för investering för tillväxt och sysselsättning 2014-2020) (CCI-2014SE05M9OP001) fir-Regolament Delegat (UE) 2017/2016 (4). Madankollu, il-Kummissjoni żbaljat billi ma emendatx ukoll ir-rati stabbiliti għall-assi prijoritarji 2 u 3 tal-istess programm operazzjonali. L-ammonti għal dawn l-assi prijoritarji jenħtieġ li jiġu emendati wkoll, u l-ammonti stabbiliti għall-Iżvezja jenħtieġ li jkunu applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2016. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 huwa kkoreġut u emendat kif ġej:
(1) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Anness II huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(3) |
l-Anness VIII huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
(4) |
l-Anness XV jiżdied kif stabbilit fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-5 ta' Diċembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 tad-9 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 22).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2016 tad-29 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (ĠU L 298, 15.11.2017, p. 1).
ANNESS I
ANNESS I
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità lill-Iżvezja
1. Id-definizzjoni tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità
It-tip ta' operazzjonijiet (1) |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità tal-kejl għall-indikatur |
L-ammonti |
|||||
|
Is-sigħat maħduma |
Il-kategoriji kollha tal-ispejjeż ħlief il-pagi tal-parteċipanti. |
L-għadd ta' sigħat maħduma (2) |
Il-grupp tal-pagi (il-kodiċi SSYK (3) |
Ir-reġjun: Stokkolma (SE 11) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK (4) |
Ir-reġjuni kollha barra Stokkolma (SE 12-33) (kost għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
|||
|
321 |
328 |
|||||||
|
360 |
356 |
|||||||
|
416 |
395 |
|||||||
|
473 |
438 |
|||||||
|
587 |
512 |
|||||||
|
776 |
724 |
|||||||
|
1 035 |
1 035 |
|||||||
|
1 121 |
875 |
|||||||
|
735 |
601 |
|||||||
|
Is-sigħat ta' parteċipazzjoni fl-operazzjoni |
Il-paga tal-parteċipant |
L-għadd ta' sigħat ta' parteċipazzjoni (2) |
Ir-reġjun: Stokkolma (SE 11) (kost għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
Ir-reġjuni kollha barra Stokkolma (SE 12-33) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
||||
229 |
234 |
||||||||
|
Is-sigħat maħduma |
Il-kategoriji kollha tal-ispejjeż ħlief l-allokazzjonijiet tal-parteċipanti. |
L-għadd ta' sigħat maħduma (2) |
Il-kategorija tax-xogħol |
Ir-reġjun: Stokkolma (SE 11) (kost għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
Ir-reġjuni kollha barra Stokkolma (SE 12-33) (kost għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
|||
Il-kap tal-proġett għall-operazzjonijiet fejn in-nefqa totali eliġibbli kif iddikjarata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ hija ta' iktar minn SEK 20 miljun |
749 |
609 |
|||||||
Il-kap tal-proġett għall-operazzjonijiet fejn in-nefqa totali eliġibbli kif iddikjarata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ hija ta' SEK 20 miljun jew inqas/l-assistent kap tal-proġett għall-operazzjonijiet fejn in-nefqa totali eliġibbli kif iddikjarata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ hija ta' iktar minn SEK 20 miljun |
669 |
567 |
|||||||
Ħaddiem tal-proġett |
463 |
420 |
|||||||
Ekonomista tal-proġett |
598 |
508 |
|||||||
Amministratur |
416 |
378 |
|||||||
|
Is-sigħat ta' parteċipazzjoni fl-operazzjoni |
L-allokazzjoni tal-parteċipant |
L-għadd ta' sigħat ta' parteċipazzjoni (2) |
L-assistenza finanzjarja (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||
Età |
(SEK) |
||||||||
18-24 sena |
32 |
||||||||
25-29 sena |
40 |
||||||||
30-64 sena |
46 |
||||||||
|
|||||||||
L-għotja għall-attività u l-kumpens għall-iżvilupp (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||||||
Età |
(SEK) |
||||||||
15-19-il sena |
17 |
||||||||
20-24 sena |
33 |
||||||||
25-29 sena |
51 |
||||||||
30-44 sena |
55 |
||||||||
45-69 sena |
68 |
||||||||
|
|||||||||
Il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u tal-mard (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||||||
Età |
(SEK) |
||||||||
19-29 sena (il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali) |
51 |
||||||||
30-64 sena (il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali) |
58 |
||||||||
|
|||||||||
Il-benefiċċji tal-mard, il-benefiċċji tar-riabilitazzjoni u l-benefiċċji għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u għall-mard marbut max-xogħol (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||||||
Età |
(SEK) |
||||||||
– 19-il sena |
48 |
||||||||
20-64 sena |
68 |
2. Aġġustament tal-ammonti
L-ispejjeż għal kull unità fit-tabella japplikaw għas-sigħat maħduma jew għas-sigħat ta' parteċipazzjoni fl-2015. Ħlief l-ispejjeż għal kull unità relatati mal-allokazzjonijiet tal-parteċipanti, imsemmija fil-punt 4 tat-tabella, li mhux se jiġu aġġustati, dawn il-valuri għandhom jiżdiedu awtomatikament bi 2 % fl-1 ta' Jannar ta' kull sena mill-2016 sal-2023.
(1) L-ammonti tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità japplikaw biss għall-partijiet tal-operazzjonijiet li jkopru l-kategoriji tal-ispejjeż stabbiliti f'dan l-Anness.
(2) L-għadd totali ta' sigħat iddikjarati f'sena ma jridx ikun ogħla mill-għadd standard ta' sigħat maħduma fis-sena fl-Iżvezja, li huwa 1 862 siegħa.
(3) Il-kodiċi professjonali applikabbli fl-Iżvezja.
(4) Il-munita fl-Iżvezja.
ANNESS II
ANNESS II
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità lil Franza
1. Id-definizzjoni tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità
It-tip ta' operazzjonijiet |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità tal-kejl għall-indikatur |
L-ammonti (f'EUR) |
||||||||||||||||
“Garantie Jeunes” appoġġat taħt l-assi prijoritarju 1 “Accompagner les jeunes NEET vers et dans l'emploi” tal-Programm Operazzjonali “PROGRAMME OPÉRATIONNEL NATIONAL POUR LA MISE EN ŒUVRE DE L'INITIATIVE POUR L'EMPLOI DES JEUNES EN METROPOLE ET OUTRE-MER” (CCI-2014FR05M9OP001) |
Iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (imsejħin “NEET”) (1) li jkunu kisbu riżultat pożittiv fil-qafas tal-“Garantie jeunes” sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-bidu tat-taħriġ |
|
L-għadd ta' żgħażagħ NEET li jkunu kisbu wieħed mir-riżultati li ġejjin sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-bidu tat-taħriġ:
|
6 400 |
2. Aġġustament tal-ammonti
L-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità fit-tabella hija bbażata parzjalment fuq skala standard ta' spejjeż għal kull unità li Franza tiffinanzja għalkollox. Mis-6 400 Euro, EUR 1 600 jikkorrispondu għall-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità stabbilita skont l-“instruction ministérielle du 11 octobre 2013 relative à l'expérimentation Garantie Jeunes prise pour l'application du décret 2013-80 du 1er octobre 2013 ainsi que par l'instruction ministérielle du 20 mars 2014” biex tkopri l-ispejjeż imġarrba mill-“missjonijiet lokali” tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg għaż-Żgħażagħ biex iħarrġu kull żagħżugħ NEET li jibda l-“Garantie Jeunes”.
L-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità ddefinita fit-taqsima 1 għandha tiġi aġġornata mill-Istat Membru f'konformità mal-aġġustamenti li jsiru skont ir-regoli nazzjonali għall-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità ta' EUR 1 600 msemmija fil-paragrafu 1 iktar' il fuq, li tkopri l-ispejjeż li jġarrbu s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg għaż-Żgħażagħ.
(1) Żagħżugħ mingħajr impjieg u li ma jkunx qed isegwi xi studju jew jirċievi xi taħriġ li jipparteċipa f'operazzjoni appoġġata mill-“PROGRAMME OPÉRATIONNEL NATIONAL POUR LA MISE EN ŒUVRE DE L'INITIATIVE POUR L'EMPLOI DES JEUNES EN METROPOLE ET OUTRE-MER”
ANNESS III
ANNESS VIII
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità lill-Ġermanja
1. Id-definizzjoni tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità
It-tip ta' operazzjonijiet |
Isem l-indikaturi |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità tal-kejl għall-indikaturi |
L-ammonti (f'EUR) |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
4 702,60 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jattendu l-workshop dwar l-iżvilupp inklużiv fl-iskola. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li ħadu sehem fil-workshop ta' tmien sigħat u li rċevew ċertifikat abbażi ta' dan. |
33,32 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
11 474,14 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
1 698,24 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
246,20 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
14 678,40 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
7 268,34 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
14 105,51 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
12 393,97 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
12 588,14 |
||||||||||
|
Il-parteċipanti li jtemmu b'suċċess it-taħriġ. |
Kull spiża eliġibbli (l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż diretti u indiretti oħra). |
L-għadd ta' parteċipanti li:
|
13 704,25 |
2. Aġġustament tal-ammonti
Mhux applikabbli.
ANNESS IV
ANNESS XV
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità lil Ċipru
1. Id-definizzjoni tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità
It-tip ta' operazzjonijiet |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità tal-kejl għall-indikaturi |
L-ammonti (f'EUR) |
|||||||||||||
“Azzjonijiet ta' Inklużjoni Soċjali u fl-iskejjel” taħt l-Assi Prijoritarju 3 tal-Programm Operazzjonali għall-Impjiegi, ir-Riżorsi Umani u l-Koeżjoni Soċjali (CCI 2014CY05M9OP001). |
|
Kull spiża, inklużi l-ispejjeż diretti tal-persunal. |
|
|
|||||||||||||
“L-Istabbiliment u l-Funzjonament ta' Amministrazzjoni Ċentrali ta' Servizz tal-Benefiċċji Soċjali” taħt l-Assi Prijoritarju 3 tal-Programm Operazzjonali għall-Impjiegi, ir-Riżorsi Umani u l-Koeżjoni Soċjali (CCI 2014CY05M9OP001). |
Ir-rata ta' kull xahar għall-impjegati tal-gvern permanenti u temporanji. |
Kull spiża, inklużi l-ispejjeż diretti tal-persunal. |
L-għadd ta' xhur maħduma ddifferenzjati skont l-iskala tas-salarji. |
Skala tas-salarji |
|
||||||||||||
Α1 |
1 794 |
||||||||||||||||
A2 |
1 857 |
||||||||||||||||
A3 |
2 007 |
||||||||||||||||
A4 |
2 154 |
||||||||||||||||
A5 |
2 606 |
||||||||||||||||
A6 |
3 037 |
||||||||||||||||
A7 |
3 404 |
||||||||||||||||
A8 |
3 733 |
||||||||||||||||
A9 |
4 365 |
||||||||||||||||
A10 |
4 912 |
||||||||||||||||
A11 |
5 823 |
||||||||||||||||
A12 |
6 475 |
||||||||||||||||
A13 |
7 120 |
2. Aġġustament tal-ammonti
Mhux applikabbli.