|
27.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/34 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2396 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2017
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172 u 173, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 182(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Minn meta ġiet ppreżentata l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa” (“il-Pjan ta’ Investiment”) fis-26 ta’ Novembru 2014, il-kondizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa’ tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba’ sena ta’ rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bir-rata ta’ 2 % fl-2015, iżda r-rati tal-qgħad għadhom ogħla mil-livelli tagħhom ta’ qabel il-kriżi. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta’ Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja l-fatt li għadu mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-impatt sħiħ li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kellu fuq it-tkabbir peress li l-effetti makroekonomiċi ta’ proġetti ta’ investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment kien qed jirkupra gradwalment matul l-2017 iżda r-ritmu għadu kemmxejn kajman u għadu taħt livelli storiċi. |
|
(2) |
Jenħtieġ li dak il-momentum ta’ investiment pożittiv jinżamm u jenħtieġ li jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa’ lura għal xejra sostenibbli fit-tul b’tali mod li jilħaq l-ekonomija reali. Il-mekkaniżmi tal-Pjan ta’ Investiment jiffunzjonaw, u jenħtieġ li jiġu rinforzati biex titkompla l-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati f’setturi b’tali mod li jiġġeneraw impatt makroekonomiku sostantiv u li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi f’setturi li huma importanti għall-futur tal-Unjoni u fejn għad hemm fallimenti tas-swieq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata “L-Ewropa tinvesti mill-ġdid — Rendikont tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss” li tiddeskrivi l-kisbiet tal-Pjan ta’ Investiment sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, inkluż l-estensjoni tal-FEIS lil hinn mill-perijodu inizjali tiegħu ta’ tliet snin, it-tkabbir tat-tieqa għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) fil-qafas attwali u t-titjib taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti (EIAH). |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Novembru 2016, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri adottat opinjoni rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanjaha, f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017, intitolat “Il-FEIS: proposta bikrija għall-estensjoni u l-espansjoni”. |
|
(5) |
Il-FEIS, li ġie implimentat u kosponsorjat mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), huwa fit-triq it-tajba, minn perspettiva kwantitattiva, biex iwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 000 000 000 f’investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. Ir-reazzjoni u l-assorbiment mis-suq kienu partikolarment mgħaġġla fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni, u jibni wkoll fuq l-użu inizjali tal-faċilitajiet u l-mandati eżistenti tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) (Faċilità ta’ Garanziji ta’ InnovFin għall-SMEs, Faċilità ta’ Garanzija għas-Self COSME (LGF) u l-mandat tar-Riżorsi tal-Kapital ta’ Riskju tal-BEI (RCR)) sabiex ikollu bidu rapidu. F’Lulju 2016, it-tieqa għall-SMEs b’hekk ġiet imsaħħa b’EUR 500 000 000 fil-parametri attwali tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Minħabba d-domanda tas-suq eċċezzjonali għal finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS, irid jiġi direzzjonat lejn l-SMEs porzjon akbar ta’ finanzjament. F’dan ir-rigward, 40 % taż-żieda fil-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FEIS jenħtieġ li tkun direzzjonata biex jiżdied l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs. |
|
(6) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-Pjan ta’ Investiment, b’mod partikolari l-FEIS, diġà kien ta riżultati konkreti u kien pass ewlieni biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat filwaqt li jagħmel użu intelliġenti minn riżorsi baġitarji skarsi. Il-Kunsill Ewropew innota li l-Kummissjoni kien biħsiebha tressaq fil-futur qrib proposti dwar il-futur tal-FEIS, li jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati bħala kwistjoni ta’ urġenza mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. |
|
(7) |
Il-FEIS ġie stabbilit għal perijodu inizjali ta’ tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 000 000 000 f’investimenti, biex b’hekk jappoġġa l-objettiv li jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. Madankollu, l-ispinta sabiex tintlaħaq dik il-mira ewlenija jenħtieġ li ma tiħux preċedenza fuq l-addizzjonalità tal-proġetti magħżula. Għaldaqstant, l-Unjoni hija impenjata mhux biss li testendi l-perijodu ta’ investiment u l-kapaċità finanzjarja tal-FEIS, iżda wkoll li żżid l-enfasi fuq l-addizzjonalità. L-estensjoni tkopri l-perijodu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u jenħtieġ li tipprovdi mill-anqas EUR 500 000 000 000 f’investimenti sal-2020. Sabiex jibqa’ jissaħħaħ aktar il-FEIS u jintlaħaq l-għan li tiġi rdoppjata l-mira tal-investiment, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità. |
|
(8) |
Il-FEIS u l-implimentazzjoni tiegħu ma jistgħux jiżviluppaw għalkollox il-potenzjal tagħhom mingħajr l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet bl-għan li jsaħħu s-suq uniku, joħolqu ambjent favorevoli għan-negozju u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati. Barra minn hekk, proġetti strutturati sew, bħala parti minn pjanijiet ta’ investiment u ta’ żvilupp fil-livell tal-Istati Membri, huma ta’ importanza fundamentali għas-suċċess tal-FEIS. |
|
(9) |
Għall-perijodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku jkompli f’livell sostenibbli. Kwalunkwe proposta leġislattiva jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-konklużjonijiet ta’ rapport tal-Kummissjoni u evalwazzjoni indipendenti li tinkludi valutazzjoni makroekonomika tal-utilità li tinżamm skema biex tappoġġa l-investiment. Dak ir-rapport u dik l-evalwazzjoni indipendenti jenħtieġ li jeżaminaw ukoll, sa fejn ikun applikabbli, l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 kif emendat b’dan ir-Regolament, matul il-perijodu estiż tal-implimentazzjoni tal-FEIS. |
|
(10) |
Il-FEIS kif estiż b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza l-fallimenti tas-suq li jifdal u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jkompli jimmobilizza b’tisħiħ fl-addizzjonalità l-finanzjament tas-settur privat f’investimenti kruċjali għall-ħolqien tal-impjiegi futur tal-Ewropa, inkluż għaż-żgħażagħ, it-tkabbir u l-kompetittività. Dawn l-investimenti jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B’mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza Nru 21 tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) u l-impenn tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra bi 80 sa 95 % jenħtieġ li jiġu rinforzati. Sabiex l-element tal-azzjoni klimatika fil-FEIS jiġi msaħħaħ, jenħtieġ li l-BEI jibni fuq l-esperjenza tiegħu bħala wieħed mill-akbar fornituri ta’ finanzjament għall-klima madwar id-dinja u jenħtieġ li juża l-metodoloġija mill-aktar avvanzata tiegħu u miftehma internazzjonalment biex b’mod kredibbli jidentifika l-komponenti għall-azzjoni klimatika fil-proġetti jew il-kondiviżjoni tal-kostijiet f’dan ir-rigward. Jenħtieġ li l-proġetti ma jkunux strutturati artifiċjalment bl-għan li jaqgħu fid-definizzjonijiet ta’ SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Proġetti prijoritarji ta’ interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jkunu dejjem aktar fil-mira. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi jenħtieġ li jiġi limitat għall-appoġġ tal-investiment privat u/jew pubbliku fit-trasport f’pajjiżi tal-koeżjoni, f’reġjuni anqas żviluppati jew fi proġetti ta’ trasport transfruntier jew, jekk ikun meħtieġ biex tiġi modernizzata, biex tinżamm jew biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, jiġu żviluppati apparati ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS), jiġu ggarantiti l-integrità u l-istandards tal-awtostradi eżistenti fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, b’mod partikolari f’żoni ta’ parkeġġ sikuri, pompi tal-fjuwils nodfa alternattivi u sistemi ta’ ċċarġjar elettriku, jew biex jingħata kontribut lit-tlestija tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport sal-2030 f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 (5) u (UE) Nru 1315/2013 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fis-settur diġitali, u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika ambizzjuża tal-Unjoni dwar l-Ekonomija Diġitali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri ġodda għall-infrastruttura diġitali sabiex jiżguraw li jitnaqqas id-distakk diġitali u li l-Unjoni tkun pijunier globali fl-era l-ġdida tal-hekk imsejjaħ Internet tal-oġġetti, tat-teknoloġija tal-blockchain, tas-sigurtà ċibernetika u tas-sigurtà tan-netwerks. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura u elementi oħra ta’ bijoekonomija usa’ jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS. |
|
(11) |
L-industriji kulturali u kreattivi għandhom rwol fundamentali fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, huma xprun għat-tkabbir u huma f’pożizzjoni strateġika biex jiskattaw riperkussjonijiet innovattivi f’setturi industrijali oħra, bħat-turiżmu, il-bejgħ bl-imnut u t-teknoloġiji diġitali. Minbarra l-Programm Ewropa Kreattiva stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi tal-Kultura u l-Kreattività stabbilita skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-FEIS jgħin biex jingħelbu n-nuqqasijiet ta’ kapital f’dawk is-setturi billi jipprovdi appoġġ addizzjonali li jenħtieġ li jkun komplementari għall-appoġġ previst mill-Programm Ewropa Kreattiva u l-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi tal-Kultura u l-Kreattività, sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati ħafna aktar minn dawn il-proġetti b’riskju għoli. |
|
(12) |
L-operazzjonijiet li jinvolvu entitajiet stabbiliti fl-Unjoni u lil hinn minnha jenħtieġ li jiġu appoġġati wkoll mill-FEIS, meta jippromwovu l-investiment fl-Unjoni, b’mod partikolari meta jinkludu elementi transfruntieri. Jenħtieġ li l-EIAH jipprovdi appoġġ proattiv biex jippromwovi u jinkoraġġixxi operazzjonijiet bħal dawn. |
|
(13) |
L-addizzjonalità, li hija karatteristika ewlenija tal-FEIS, jenħtieġ li tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS biss jekk jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b’mod ċar jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura fiżika taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, u b’mod partikolari l-infrastruttura tal-broadband, kif ukoll is-servizzi meħtieġa għall-kostruzzjoni, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni jew il-funzjonament ta’ tali infrastruttura, jenħtieġ li jkunu kkunsidrati bħala indikazzjonijiet qawwija ta’ addizzjonalità minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-FEIS tipikament jindirizza proġetti bi profil ta’ riskju ogħla minn proġetti appoġġati minn operazzjonijiet normali tal-BEI u jenħtieġ li l-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS (“il-Kumitat ta’ Investiment”), meta jivvaluta l-addizzjonalità, jikkunsidra r-riskji li jxekklu l-investiment, bħar-riskji speċifiċi għall-pajjiż, għas-settur jew għar-reġjun u r-riskji assoċjati mal-innovazzjoni, b’mod partikolari f’teknoloġiji mhux ippruvati li jtejbu t-tkabbir, is-sostenibbiltà u l-produttività. |
|
(15) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata kopertura ġeografika usa’ tal-FEIS u li tiżdied l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jenħtieġ li jiġu mħeġġa l-operazzjonijiet ta’ kombinazzjoni u/jew taħlit li jikkombinaw forom ta’ appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jew dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt il-FEIS, kif ukoll investituri oħra. Il-kombinazzjoni u/jew it-taħlit għandhom l-għan li jtejbu l-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattiraw riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli. Għal dan l-għan, b’mod parallel mal-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-regolament, EUR 1 000 000 000 ta’ approprjazzjonijiet ġew ittrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF għall-parti tal-għotjiet tas-CEF bl-għan tal-faċilitazzjoni tat-taħlit mal-FEIS. F’dan ir-rigward, fi Frar 2017 tnediet b’suċċess sejħa għal proposti ta’ taħlit. EUR 145 000 000 oħra qed jiġu ttrasferiti għal strumenti rilevanti oħra, b’mod partikolari dawk iddedikati għall-effiċjenza enerġetika. Tenħtieġ aktar azzjoni biex ikun żgurat li l-fondi tal-Unjoni u l-appoġġ tal-FEIS jistgħu jiġu kkombinati faċilment. Minkejja li l-Kummissjoni diġà ppubblikat gwida konkreta dwar din il-kwistjoni, jenħtieġ li l-approċċ dwar il-kwistjoni ta’ kombinazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-FEIS u jenħtieġ li jiġi żviluppat aktar bl-għan li jiżdiedu l-investimenti li jibbenefikaw mil-lieva pprovduta mill-kombinazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-FEIS, filwaqt li jitqiesu żviluppi leġislattivi possibbli. Sabiex tiġi żgurata effiċjenza ekonomika u effett ta’ lieva adegwat, tali kombinazzjoni ta’ fondi, bħala prinċipju, jenħtieġ li ma jaqbiżx id-90 % tal-ispejjeż totali tal-proġett għar-reġjuni l-anqas żviluppati u t-80 % għar-reġjuni l-oħra kollha. |
|
(16) |
Sabiex jiġi msaħħaħ l-użu tal-FEIS f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS jenħtieġ li jiġi estiż. Il-proġetti jibqgħu soġġetti għal eżami tal-Kumitat tal-Investiment u jridu jikkonformaw mal-istess kriterji ta’ eliġibbiltà għall-użu tal-garanzija stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 (il-‘garanzija tal-UE’), inkluż il-prinċipju ta’ addizzjonalità. Minħabba l-fatt li jenħtieġ li ma jkun hemm ebda restrizzjoni fuq id-daqs tal-proġetti eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS, jenħtieġ li proġetti fuq skala żgħira ma jiġux skoraġġuti milli japplikaw għall-finanzjament tal-FEIS. Barra minn hekk, tenħtieġ azzjoni ulterjuri biex jissaħħu l-assistenza teknika u l-promozzjoni tal-FEIS fir-reġjuni anqas żviluppati u r-reġjuni fi tranżizzjoni. |
|
(17) |
Il-pjattaformi ta’ investiment huma għodda essenzjali biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, speċjalment il-finanzjament ta’ proġetti multipli, reġjonali, jew settorjali, inkluż proġetti ta’ effiċjenza enerġetika u proġetti transfruntieri. Huwa importanti wkoll li jiġu mħeġġa s-sħubijiet ma’ banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, anke bl-għan li jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ investiment. Il-kooperazzjoni ma’ intermedjarji finanzjarji jista’ jkollha wkoll rwol importanti f’dan ir-rigward. F’dak il-kuntest, il-BEI, meta jkun xieraq, jenħtieġ li jiddelega l-evalwazzjoni, l-għażla u l-monitoraġġ ta’ sottoproġetti fuq skala żgħira lil intermedjarji finanzjarji jew veikoli eliġibbli approvati. |
|
(18) |
Fil-każ ta’ delega tal-evalwazzjoni, l-għażla u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ daqs żgħir lil intermedjarji finanzjarji jew veikoli eliġibbli approvati, il-Kumitat tal-Investiment jenħtieġ li ma jżommx id-dritt li japprova l-użu tal-garanzija tal-UE għal sottoproġetti taħt tali operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tal-BEI meta l-kontribuzzjoni tal-FEIS għal tali sottoproġetti fuq skala żgħira tkun taħt limitu definit. Il-Bord ta’ Tmexxija tal-FEIS (“il-Bord ta’ Tmexxija”), meta jkun xieraq, jenħtieġ li jipprovdi gwida dwar il-proċedura li trid tintuża mill-Kumitat tal-Investiment għall-evalwazzjoni ta’ sottoproġetti ’l fuq minn dak il-limitu. |
|
(19) |
Għall-perijodu sħiħ ta’ investiment, jenħtieġ li l-Unjoni tipprovdi l-garanzija tal-UE li jenħtieġ li fl-ebda żmien ma taqbeż l-EUR 26 000 000 000 sabiex tippermetti li l-FEIS jappoġġa l-investimenti, li minnhom jenħtieġ li massimu ta’ EUR 16 000 000 000 jkunu disponibbli qabel is-6 ta’ Lulju 2018. |
|
(20) |
Huwa mistenni li meta l-garanzija tal-UE tkun ikkombinata mal-ammont ta’ EUR 7 500 000 000 li għandhom jiġu pprovduti mill-BEI, jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEIS jiġġenera EUR 100 000 000 000 f’investiment addizzjonali mill-BEI u l-FEI. L-ammont ta’ EUR 100 000 000 000 appoġġat mill-FEIS huwa mistenni jiġġenera mill-anqas EUR 500 000 000 000 f’investiment addizzjonali fl-ekonomija reali sa tmiem l-2020. |
|
(21) |
Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta’ garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, jeħtieġ li jsir trasferiment millpakkett disponibbli tas-CEF, previst fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, kif ukoll mid-dħul u r-ripagamenti mill-istrument ta’ dejn tas-CEF u mill-Fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (“Il-Fond Marguerite”). It-trasferimenti mid-dħul u r-ripagamenti jeħtieġu deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 140(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) biex l-użu tagħhom minn strument ieħor ikun awtorizzat. |
|
(22) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-investimenti appoġġati mill-FEIS, l-ammont fil-mira tal-fond ta’ garanzija jenħtieġ li jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta’ garanzija tal-UE, biex b’hekk jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni. |
|
(23) |
Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament għall-SMEs taħt l-FEIS li hija mistennija tkompli, it-tieqa għall-SMEs tal-FEIS jenħtieġ li tittejjeb. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali u lis-servizzi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda li huma adegwati għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi soċjali u s-settur tas-servizzi soċjali. |
|
(24) |
Il-BEI u l-FEI jenħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, ikunu konxji dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE. Jenħtieġ li referenza ċara għall-appoġġ tal-FEIS tkun viżibbli fil-ftehimiet li jipprovdu appoġġ għall-FEIS. |
|
(25) |
Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-FEIS, il-Kumitat tal-Investiment jenħtieġ li fid-deċiżjonijiet tiegħu, li jkunu disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli, jispjega r-raġunijiet għaliex huwa jqis li operazzjoni għandha tingħata garanzija tal-UE, b’attenzjoni partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Jenħtieġ li t-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi tkun disponibbli għall-pubbliku ladarba tiġi ffirmata operazzjoni taħt il-garanzija tal-UE. Il-pubblikazzjoni jenħtieġ li ma tinkludix informazzjoni kummerċjalment sensittiva. |
|
(26) |
It-tabella ta’ valutazzjoni jenħtieġ li tintuża b’konformità stretta ma’ dan ir-Regolament, u mar-Regolament Delegat tal-Kummisjoni(UE) 2015/1558 (10), u l-Anness tiegħu, bħala għodda ta’ valutazzjoni indipendenti u trasparenti għall-Kumitat tal-Investiment biex jipprijoritizza l-użu tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet li juru punteġġi u valur miżjud ogħla. Il-BEI jenħtieġ li jikkalkula l-punteġġi u l-indikaturi ex ante u jimmonitorja r-riżultati fi tmiem il-proġett. |
|
(27) |
Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-proġetti, il-Bord ta’ Tmexxija, fl-orjentament strateġiku tal-FEIS, jenħtieġ li jistabbilixxi punteġġ minimu għal kull pilastru fit-tabella ta’ valutazzjoni. |
|
(28) |
Il-politika rilevanti tal-Unjoni dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa hija stabbilita fl-atti ġuridiċi tal-Unjoni u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari fl-Anness għal dawk tat-8 ta’ Novembru 2016, u f’kull aġġornament sussegwenti. |
|
(29) |
Id-diliġenza dovuta fuq l-operazzjonijiet ta’ investiment u finanzjament tal-BEI skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi verifika bir-reqqa tal-konformità ma’ leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni u ma’ standards miftiehma internazzjonali u tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evitar tat-taxxa. Barra minn hekk, fil-kuntest tar-rappurtar tal-FEIS, il-BEI jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni, pajjiż pajjiż, dwar il-konformità tal-operazzjonijiet tal-FEIS mal-politika tal-BEI u tal-FEI dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, kif ukoll il-lista ta’ intermedjarji li l-BEI u l-FEI jikkooperaw magħhom. |
|
(30) |
Ikun adegwat li jsiru ċerti kjarifiki tekniċi fir-rigward tal-kontenut tal-ftehim dwar il-ġestjoni tal-FEIS, dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE u dwar l-istrumenti koperti mill-ftehim, inkluż il-kopertura għar-riskju tar-rata tal-kambju kurrenti f’ċerti sitwazzjonijiet. Il-ftehim mal-BEI dwar il-ġestjoni tal-FEIS u dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE jenħtieġ li jkun adatt f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
|
(31) |
Minkejja l-objettiv tal-EIAH li jibni fuq servizzi konsultattivi eżistenti tal-BEI u tal-Kummissjoni, u sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta’ konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jenħtieġ li jittejjeb u jenħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw ukoll fuq il-kontribuzzjoni attiva għad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS, l-appoġġ lill-BEI u lill-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali fit-tfassil u l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet, b’mod partikolari f’reġjuni inqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, u, meta jkun meħtieġ, l-għajnuna biex jistruttura d-domanda għall-appoġġ tal-FEIS. L-EIAH jenħtieġ li jistinka biex jikkonkludi tal-anqas ftehim ta’ kooperazzjoni wieħed ma’ bank jew istituzzjoni promozzjonali nazzjonali għal kull Stat Membru. Fl-Istati Membri li fihom il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jeżistux, l-EIAH jenħtieġ li jipprovdi, meta jkun xieraq, u fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, appoġġ konsultattiv proattiv dwar it-twaqqif ta’ tali bank jew istituzzjoni. L-EIAH jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta’ proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi b’mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinazzjoni ta’ sorsi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS. Jenħtieġ li, fejn ikun meħtieġ, tiġi żgurata preżenza lokali tal-EIAH, b’kont meħud tal-iskemi ta’ appoġġ eżistenti, bl-għan li tiġi pprovduta assistenza tanġibbli, proattiva u mfassla apposta fil-post. |
|
(32) |
Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa bbażat fuq analiżi dettaljata tal-pjanijiet tal-Istati Membri għar-riformi baġitarji, makroekonomiċi u strutturali u jipprovdilhom rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. F’dak il-kuntest, il-BEI jenħtieġ li jinforma lill-Kummissjoni bis-sejbiet tiegħu dwar l-ostakli u x-xkiel għall-investiment fl-Istati Membri, li jidentifika meta jwettaq operazzjonijiet ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tqis dawk is-sejbiet bħala fatturi, fost l-oħrajn, fil-ħidma tagħha mwettqa fil-kuntest tat-tielet pilastru tal-Pjan ta’ Investiment. |
|
(33) |
Sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti u d-diskrepanzi tas-suq, biex jiġu stimulati investimenti addizzjonali adegwati, u biex jiġi promoss bilanċ reġjonali u ġeografiku tal-operazzjonijiet garantiti mill-FEIS, huwa meħtieġ approċċ integrat u effiċjenti għall-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir, tal-impjiegi u tal-investimenti. Il-kost tal-finanzjament tal-FEIS jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ dawk l-għanijiet. |
|
(34) |
Sabiex jiġu promossi l-għanijiet tal-investiment stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/1017, it-taħlit ma’ fondi eżistenti jenħtieġ li jitħeġġeġ, meta jkun xieraq, sabiex jiġu pprovduti konċessjonalitajiet adegwati fit-termini u l-kondizzjonijiet ta’ finanzjament, inkluż il-kost, tal-operazzjonijiet tal-FEIS. |
|
(35) |
F’każijiet fejn il-kondizzjonijiet diffiċli tas-suq finanzjarju jwaqqfu t-twettiq ta’ proġett vijabbli jew fejn ikun meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ investiment jew il-finanzjament ta’ proġetti f’setturi jew oqsma li qed jesperjenzaw falliment sinifikanti tas-suq jew sitwazzjoni ta’ investiment subottimali, il-BEI u l-Kummissjoni jenħtieġ li jimplimentaw bidliet, b’mod partikolari għar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE, sabiex jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-kost tal-finanzjament tal-operazzjoni mġarrab mill-benefiċjarju ta’ finanzjament tal-BEI taħt il-FEIS sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li jsiru sforzi simili meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat li l-FEIS jappoġġa proġetti ta’ daqs żgħir. Meta l-użu ta’ intermedjarji lokali jew reġjonali jippermetti tnaqqis fil-kost ta’ finanzjament tal-FEIS għall-proġetti ta’ daqs żgħir, din il-forma ta’ użu jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll. |
|
(36) |
F’konformità mal-ħtieġa ta’ sostenibbiltà finanzjarja tal-FEIS, l-isforzi biex jitnaqqas il-kost tal-finanzjament tal-operazzjonijiet tal-FEIS f’perijodi ta’ kondizzjonijiet diffiċli tas-suq finanzjarju jew biex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ investiment jew il-finanzjament ta’ proġetti f’setturi jew oqsma li qed jesperjenzaw falliment sinifikanti tas-suq jew sitwazzjoni ta’ investiment subottimali, jenħtieġ li jiġu kkoordinati ma’ riżorsi u strumenti finanzjarji disponibbli oħra tal-Unjoni utilizzati mill-Grupp tal-BEI. |
|
(37) |
Ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2015/1017 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2(4), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “addizzjonalità” tfisser appoġġ mill-FEIS għall-operazzjonijiet li jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, u li ma setgħux twettqu matul il-perijodu li fih tista’ tintuża l-garanzija tal-UE, jew mhux fl-istess miżura, mill-BEI, il-FEI jew taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni, mingħajr l-appoġġ tal-FEIS. Proġetti appoġġati mill-FEIS għandhom jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 9(2), għandhom jippruvaw joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli u tipikament għandu jkollhom profil tar-riskju ogħla minn proġetti appoġġati minn operazzjonijiet normali tal-BEI u b’mod ġenerali, il-portafoll tal-FEIS għandu jkollu profil ta’ riskju ogħla mill-portafoll tal-investimenti appoġġati mill-BEI permezz tal-politiki ta’ investiment normali tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Biex jiġu indirizzati aħjar il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, u biex jiġi ffaċilitat, b’mod partikolari, l-użu ta’ pjattaformi ta’ investiment għal proġetti fuq skala żgħira, biex b’hekk tiġi żgurata l-komplementarjetà u jiġi evitat l-effett ta’ esklużjoni tal-parteċipanti fl-istess suq, l-attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS, bħala mezz preferut u jekk ikun iġġustifikat b’mod xieraq, għandhom:
Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi ssodisfata d-definizzjoni ta’ addizzjonalità kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-elementi li ġejjin huma indikazzjonijiet qawwija ta’ addizzjonalità:
|
|
(4) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
Fl-Artikolu 10(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 16(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-BEI, f’kooperazzjoni mal-FEI, meta jkun xieraq, għandu jippreżenta rapport kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2)(f)(iv). Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data statistika, finanzjarja u ta’ kontabbiltà dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-BEI u fuq bażi aggregata. Darba fis-sena, i-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-ostakli għall-investiment li jiffaċċa l-BEI meta jwettaq operazzjonijiet ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament.”; |
|
(12) |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw jew għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS billi jagħmlu dik l-informazzjoni viżibbli, b’mod partikolari fil-każ tal-SMEs, fil-ftehim rilevanti li jipprovdi l-appoġġ tal-FEIS, u b’hekk tiżdied il-kuxjenza pubblika u titjieb il-viżibbiltà.”; |
|
(15) |
l-Artikolu 20(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri, fuq talba tagħha u f’konformità mal-Artikolu 287(3) TFUE, għandha tingħata aċċess sħiħ għal kwalunkwe dokument jew informazzjoni meħtieġa biex twettaq il-kompitu tagħha.”; |
|
(16) |
l-Artikolu 22(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, il-BEI u l-FEI għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni u ma’ standards internazzjonali u tal-Unjoni miftiehma u, għalhekk, ma għandhomx jappoġġaw proġetti f’dan ir-Regolament li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi fiskali jew l-evażjoni tat-taxxa. Barra minn hekk, il-BEI u l-FEI ma għandhomx jidħlu f’operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma’ entitajiet inkorporati jew stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet elenkati fil-politika rilevanti tal-Unjoni dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9.(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), jew li mhumiex effettivament konformi mal-istandards tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni. Meta jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji, il-BEI u l-FEI għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmija f’dan l-Artikolu fil-ftehimiet rilevanti u għandhom jitolbu lill-intermedjarji finanzjarji jirrapportaw dwar l-osservanza tagħhom. Il-BEI u l-FEI għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-politika tagħhom dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx sa mhux aktar tard minn wara l-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni tal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. Kull sena wara dan, il-BEI u l-FEI għandhom jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-politika tagħhom dwar ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx rigward l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tal-FEIS inkluż informazzjoni pajjiż pajjiż u lista ta’ intermedjarji li jikkooperaw magħhom. (*3) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”;" |
|
(17) |
fl-Artikolu 23(2), l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-ewwel subparagrafu huma sostitwiti b’dan li ġej: “Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(13) u (14) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin.”; |
|
(18) |
L-Anness II huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-CEF għall-perijodu mill-2014 sal-2020 huwa stabbilit għal EUR 30 192 259 000 fi prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam kif ġej:
Dawk l-ammonti huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (*4). (*4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).”;" |
|
(2) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 14, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “5. B’deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 140(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-dħul u r-ripagamenti minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont dan ir-Regolament u minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 li ngħaqdu ma’ strumenti finanzjarji stabbiliti skont dan ir-Regolament f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom, sa massimu ta’ EUR 125 000 000, jikkostitwixxu dħul assenjat intern fis-sens tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). 6. “B’deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 140(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-dħul u r-ripagamenti mill-Fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (“Il-Fond Marguerite”) stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007, sa massimu ta’ EUR 25 000 000, għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern fis-sens tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1017.” (*5) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).”." |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 57.
(2) ĠU C 185, 9.6.2017, p. 62.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017.
(4) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1558 tat-22 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bit-tfassil ta’ tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi għall-applikazzjoni tal-garanzija tal-UE (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 20).
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/1017 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima 3 jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(3) |
Fit-Taqsima 5, tiżdied is-sentenza li ġejja: “It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tkun ippubblikata hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun iffirmata, bl-esklużjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.”; |
|
(4) |
It-Taqsima 6 hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
Fit-Taqsima 7, il-punt (c), il-kelma “inizjali” hija mħassra; |
|
(6) |
It-Taqsima 8 hija emendata kif ġej:
|
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar iż-żieda ta' EUR 225 miljun tal-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
Bħala riżultat tal-ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-finanzjament tal-FEIS 2.0 ammont ta' EUR 275 miljun ser jiġi allokat mill-ġdid minn strumenti finanzjarji tas-CEF, li jirrappreżenta tnaqqis ta' EUR 225 miljun meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tikkonferma li l-ipprogrammar finanzjarju ser jiġi rivedut biex jirrifletti ż-żieda korrispondenti ta' EUR 225 miljun tal-programm CEF.
Fil-qafas tal-proċeduri baġitarji annwali għas-snin 2019-2020 il-Kummissjoni ser tagħmel il-proposti adatti biex jiżguraw allokazzjoni ottimali ta' dan l-ammont fil-programm CEF.