|
29.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/15 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2393 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 168(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (4),
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati ċertezza legali u implimentazzjoni armonizzata u nondiskriminatorja tal-appoġġ lil bdiewa żgħażagħ, jeħtieġ li fil-kuntest tal-iżvilupp rurali jkun previst li d-“data tal-istabbiliment”, imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u f'regoli rilevanti oħrajn, tfisser id-data meta l-applikant iwettaq jew ilesti azzjoni relatata mal-istabbiliment għall-ewwel darba u li l-applikazzjoni għall-appoġġ trid tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 24 xahar wara dik id-data. Barra minn hekk, l-esperjenza min-negozjati tal-programmi wriet li r-regoli għall-istabbiliment konġunt ta' bdiewa żgħażagħ u l-limiti għall-aċċess għall-appoġġ meħtieġa taħt l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu ċċarati, u li d-dispożizzjonijiet dwar id-durata tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandhom jiġu ssimplifikati. |
|
(2) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' servizzi ta' konsulenza u taħriġ mill-Awtoritajiet ta' Ġestjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-istatus ta' benefiċjarju taħt dik il-miżura jiġi estiż għal dawk l-awtoritajiet, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-fornitur tas-servizz jintgħażel minn korp funzjonalment indipendenti minn dawk l-awtoritajiet u li l-verifiki jitwettqu fil-livell tal-fornitur tal-konsulenza jew tat-taħriġ. |
|
(3) |
Bil-ħsieb li tiġi inċentivata l-parteċipazzjoni fi skemi ta' kwalità, jenħtieġ li l-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li jieħdu sehem f'tali skemi fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ ikunu eliġibbli għal perijodu ta' żmien ta' mhux aktar minn ħames snin, filwaqt li jittieħed kont dovut taż-żmien tal-parteċipazzjoni inizjali fl-iskema. |
|
(4) |
Sabiex ikunu attraenti biżżejjed għas-settur privat, hu essenzjali li l-istrumenti finanzjarji jkunu mfassla u implimentati b'mod flessibbli u trasparenti. Madankollu, l-esperjenza wriet li ċerti regoli dwar l-eliġibbiltà speċifiċi għall-miżuri jillimitaw l-użu ta' strumenti finanzjarji fil-programmi ta' żvilupp rurali, kif ukoll l-użu flessibbli ta' strumenti finanzjarji mill-maniġers ta' fondi. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi previst li ċerti regoli dwar l-eliġibbiltà speċifiċi għall-miżuri ma japplikawx għal strumenti finanzjarji. Għall-istess raġuni, xieraq ukoll li jiġi previst li l-appoġġ għall-bidu tal-istabbiliment lill-bdiewa żgħażagħ taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jista' jiġi pprovdut ukoll fil-forma ta' strumenti finanzjarji. Fid-dawl ta' dawk il-bidliet, jenħtieġ li jiġi previst li, fejn l-appoġġ għall-investimenti taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-investiment irid jikkontribwixxi għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv b'rabta mal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' ebda finanzjament doppju fir-rigward tal-ekoloġizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw tnaqqis medju, fiss għall-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu t-tip ta' operazzjoni jew submiżura kkonċernata. |
|
(6) |
Illum il-ġurnata l-bdiewa huma esposti għal riskji ekonomiċi dejjem akbar bħala konsegwenza tal-iżviluppi fis-suq. Madankollu, dawk ir-riskji ekonomiċi ma jaffettwawx lis-setturi agrikoli kollha bl-istess mod. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li, f'każijiet debitament ġustifikati, jgħinu lill-bdiewa permezz ta' għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, b'mod partikolari għal setturi milqutin minn tnaqqis qawwi fid-dħul li jkollu impatt ekonomiku qawwi għal qasam rurali speċifiku, dment li t-tnaqqis fid-dħul jaqbeż limitu ta' mill-inqas 20 %. Sabiex jiġi żgurat li l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur hija effikaċi u adattata għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jiddefinixxu, fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom, id-dħul li għandu jittieħed kont tiegħu għall-attivazzjoni tal-għodda, b'mod flessibbli. Fl-istess waqt, u sabiex jiġi promoss l-użu ta' assigurazzjoni mill-bdiewa, jenħtieġ li l-limitu għat-tnaqqis fil-produzzjoni applikabbli għall-assigurazzjoni jonqos għal 20 %. Barra minn hekk, sabiex tiġi sorveljata n-nefqa li ssir taħt l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur u l-assigurazzjoni, jenħtieġ li jiġi adattat il-kontenut tal-pjan finanzjarju tal-programm. |
|
(7) |
L-obbligu ta' rapportar speċifiku għall-miżura ta' ġestjoni tar-riskju fl-2018 imsemmi fl-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 diġà huwa kopert mir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni (PAK) imsemmi fl-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għaldaqstant, jenħtieġ li jitħassar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
|
(8) |
Rigward il-fondi mutwi għal bdiewa tas-setturi kollha, jidher li l-projbizzjoni ta' kwalunkwe kontribuzzjoni minn fondi pubbliċi għal stokk kapitali inizjali stabbilita fl-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ixxekkel il-funzjonament effettiv ta' dawk il-fondi. Għaldaqstant jenħtieġ li titħassar dik il-projbizzjoni. Huwa wkoll xieraq li jiġu estiżi l-oqsma li jistgħu jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, sabiex il-kontribuzzjonijiet ikunu jistgħu jissupplimentaw il-pagamenti annwali fil-fondi, kif ukoll jirrelataw mal-istokk kapitali tagħhom. |
|
(9) |
L-appoġġ għall-investimenti għall-irkupru tal-potenzjal ta' produzzjoni wara diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi taħt il-punt (b) tal-Artikolu 18(1) u taħt il-punt (d) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 normalment jingħata lill-applikanti eliġibbli kollha. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jiddefinixxu l-kriterji tal-għażla għall-operazzjonijiet ta' rkupru. Barra minn hekk, f'każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkunx possibbli li jiġu ddefiniti kriterji tal-għażla minħabba l-għamla tal-operazzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu metodi tal-għażla alternattivi. |
|
(10) |
L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiddefinixxi r-rati massimi tal-kontribuzzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Sabiex tittaffa l-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali ta' ċerti Stati Membri u sabiex jiġu aċċellerati investimenti tassew meħtieġa f'Ċipru, jenħtieġ li r-rata massima tal-kontribuzzjoni ta' 100 % imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 59(4) tiġi estiża sa meta jagħlaq il-programm. Barra minn hekk, jenħtieġ li referenza għar-rata ta' kontribuzzjoni speċifika introdotta fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għall-istrument finanzjarju l-ġdid imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tissemma fl-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programmi tista' tibda mid-data li fiha seħħ id-diżastru naturali. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà li n-nefqa ssir eliġibbli qabel is-sottomissjoni ta' emenda għall-programm tiġi estiża għal ċirkustanzi oħrajn, bħal avvenimenti katastrofiċi jew bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun. |
|
(12) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fir-rigward ta' investimenti fis-settur agrikolu, hija biss dik in-nefqa mġarrba wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni li tkun eliġibbli. F'każijiet, madankollu fejn l-investiment ikun relatat ma' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jipprevedu fil-programmi tagħhom li n-nefqa mġarrba wara li jseħħ l-avveniment tkun eliġibbli, sabiex jiġi żgurat ir-rispons flessibbli u f'waqtu tagħhom għal tali avvenimenti. Sabiex jiġi provdut appoġġ effiċjenti għal operazzjonijiet ta' emerġenza mwettqa mill-Istati Membri bħala rispons għal avvenimenti li okkorrew fl-aħħar snin, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika mill-1 ta' Jannar 2016. |
|
(13) |
Sabiex jiżdied l-użu tal-għażliet tal-kost issimplifikati msemmijin fil-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li r-regoli speċifiċi għall-FAEŻR stabbiliti fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu limitati għal għajnuna mogħtija skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), rigward id-dħul mitluf u l-kostijiet tal-manutenzjoni, u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
|
(14) |
L-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-programm ta' żvilupp rurali dwar il-kriterji tal-għażla fi żmien erba' xhur mill-approvazzjoni tal-programm. Dan joħloq obbligu indirett sabiex l-Istati Membri jkunu ddefinixxew il-kriterji tal-għażla kollha sa dik id-data anki għas-sejħiet għall-applikazzjoni li jitnedew sussegwentement. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv żejjed, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi finanzjarji jintużaw bl-aħjar mod possibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu l-kriterji tal-għażla u jitolbu l-opinjoni tal-Kumitat ta' Monitoraġġ fi kwalunkwe waqt qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal applikazzjonijiet. |
|
(15) |
Bil-ħsieb li jiżdied l-użu tal-assigurazzjoni fuq l-uċuħ tar-raba', tal-annimali u tal-pjanti, u tal-fondi mutwi u l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul, jenħtieġ li l-perċentwal massimu ta' appoġġ pubbliku inizjali jiżdied minn 65 % sa 70 %. |
|
(16) |
Id-dixxiplina finanzjarja tintuża sabiex jiġi żgurat li l-baġit għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) jikkonforma mal-limiti massimi rispettivi tal-qafas finanzjarju pluriennali u sabiex tiġi stabbilita r-riserva għal kriżijiet fis-settur agrikolu. Minħabba l-karattru tekniku tad-determinazzjoni tar-rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti u r-rabtiet inerenti tagħha mal-istimi tan-nefqa tal-Kummissjoni stipulati fl-abbozz tal-baġit annwali tagħha, il-proċedura għall-issettjar tar-rata ta' aġġustament għandha tiġi ssimplifikata billi l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tadottaha skont il-proċedura konsultattiva. |
|
(17) |
Sabiex jiġu armonizzati r-regoli dwar id-diżimpenn awtomatiku stabbiliti fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li d-data sa meta l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar eċċezzjonijiet għad-diżimpenn, imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tiġi adattata. |
|
(18) |
Sabiex tiġi prevista ċarezza legali rigward it-trattament tal-irkupri ġġenerati mit-tnaqqis temporanju taħt l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dan tal-aħħar għandu jkun inkluż fil-lista ta' sorsi tad-dħul assenjat taħt l-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament. |
|
(19) |
Fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, huwa xieraq li l-limitu, li taħtu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipproċedux għall-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti, jiżdied minn EUR 150 għal EUR 250 dment li l-Istat Membru japplika limitu ugwali jew ogħla biex ma jipproċedix għall-irkupru ta' djun nazzjonali. |
|
(20) |
Huwa xieraq li jiġi żgurat li ċ-ċaħda jew l-irkupru ta' pagamenti bħala riżultata ta' nonkonformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jirriflettu l-gravità ta' tali nonkonformità u jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif espress, pereżempju, fil-linji gwida rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji fin-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża għan-nonkonformità mat-tali regoli. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li tali nonkonformità taffettwa l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata. |
|
(21) |
Sabiex jonqos il-piż amministrattiv għall-bdiewa ż-żgħar, jenħtieġ li tiġi introdotta deroga oħra, li teżenta lill-bdiewa ż-żgħar milli jiddikjaraw irqajja' li fuqhom ma saritx applikazzjoni għal pagament. |
|
(22) |
Fir-rigward ta' diffikultajiet prattiċi u speċifiċi li rriżultaw mill-armonizzazzjoni tal-iskadenzi għall-pagamenti għal pagamenti relatati mal-erja bejn l-FAEG u l-FAEŻR, jenħtieġ li l-perijodu tranżizzjonali jiġi estiż b'sena oħra. Madankollu, fir-rigward tal-miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-erja, sabiex jinżamm il-fluss tal-flus tal-bdiewa, jenħtieġ li jibqgħu possibbli l-pagamenti bil-quddiem qabel is-16 ta' Ottubru. |
|
(23) |
Sabiex tiġi akkomodata d-diversità tas-sistemi agrikoli fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jikkunsidraw il-ħrit, li huwa rilevanti għall-aspetti agronomiċi u ambjentali, bħala kriterju li jintuża għall-klassifikazzjoni ta' bwar permanenti. |
|
(24) |
Ċerti arbuxelli jew siġar li mhumiex għar-ragħa diretta tal-annimali jistgħu xorta jipproduċu għalf tal-annimali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jinkludu dawk l-arbuxelli jew siġar f'bur permanenti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti, fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu. |
|
(25) |
Sabiex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni qabel l-2018 tal-art li titħalla tistrieħ bħala raba', li kienet stabbilita għal ħames snin jew aktar, u biex tingħata ċertezza lill-bdiewa kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-klassifikazzjoni tagħha bħala raba' fl-2018. |
|
(26) |
L-art li tista' tkun għar-ragħa, fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti, u fejn il-prattiki tar-ragħa la huma tradizzjonali fil-karattru tagħhom u lanqas mhuma importanti għall-konservazzjoni ta' bijotopi u ħabitat, tista' madankollu jkollha valur ta' ragħa rilevanti f'ċerti erjas. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iqisu dawk l-erjas bħala bwar permanenti fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu. |
|
(27) |
L-esperjenza miksuba fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) uriet li ċerti Stati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja ma użawx l-ammont sħiħ tal-fondi disponibbli taħt il-limiti massimi baġitarji stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 (9). L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku diġà għandhom il-possibbiltà, sa ċerti limiti, li jiddistribwixxu intitolamenti għal pagamenti għal valur ogħla mill-ammont disponibbli għall-iskema ta' pagament bażiku sabiex jiżguraw użu aktar effiċjenti tal-fondi. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għandhom jitħallew ukoll, fi ħdan l-istess limiti komuni u mingħajr ħsara għar-rispett tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti, jikkalkolaw l-ammont neċessarju li bih jista' jiżdied il-limitu massimu tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja tagħhom. |
|
(28) |
Ċerti Stati Membri joperaw reġistri nazzjonali fiskali jew tas-sigurtà soċjali li fihom il-bdiewa huma rreġistrati għall-attivitajiet agrikoli tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jeskludu mill-eliġibilità għal pagamenti diretti bdiewa li mhumiex irreġistrati skont il-każ. |
|
(29) |
Minħabba li l-esperjenza miksuba fil-passat uriet li f'għadd ta' każijiet l-appoġġ ingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-fini ta' negozju tagħhom ma kienx, jew kien biss marġinalment, immirat lejn attività agrikola, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 introduċa l-klawżola tal-bidwi attiv. Taħt dan, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jagħtu pagamenti diretti lil ċerti persuni sakemm tali persuni ma jkunux jistgħu juru li l-attività agrikola tagħhom mhijiex marġinali. Madankollu, l-esperjenza sussegwenti turi li l-implimentazzjoni tat-tliet kriterji sabiex wieħed jitqies bħala bidwi attiv, elenkati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, irriżultat diffiċli għal ħafna Stati Membri. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv assoċjat mal-implimentazzjoni ta' dawk it-tliet kriterji, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li wieħed jew tnejn minnhom biss isiru disponibbli biex jintwera li persuna hija bidwi attiv. |
|
(30) |
Barra minn hekk, l-esperjenza ta' xi Stati Membri hija li d-diffikultajiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-elementi relatati mal-lista ta' attivitajiet jew negozji kif previst fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kienu akbar mill-benefiċċju tal-esklużjoni ta' għadd limitat ħafna ta' benefiċjarji li mhumiex attivi mill-iskemi ta' appoġġ dirett. Meta Stat Membru iqis li dan huwa l-każ, jenħtieġ li jkun jista' jwaqqaf l-applikazzjoni tal-Artikolu 9 tiegħu fir-rigward tal-lista ta' attivitajiet jew negozji. |
|
(31) |
Huwa xieraq li jkun espliċitu li l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri biex jirrieżaminaw, fuq bażi annwali, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tnaqqis tal-parti tal-pagament bażiku li għandu jingħata lill-bdiewa ta' aktar minn EUR 150 000, dment li tali rieżami ma jwassalx għal tnaqqis tal-ammonti disponibbli għall-iżvilupp rurali. |
|
(32) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw l-appoġġ taħt il-PAK għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jenħtieġ li huma jingħataw opportunitajiet xierqa sabiex jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom dwar it-trasferiment ta' fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom u viċe versa. Għaldaqstant jenħtieġ li huma jingħataw il-possibbiltà wkoll li jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom b'effett mis-sena kalendarja 2019, dment li kwalunkwe talideċiżjoni ma tinvolvix xi tnaqqis fl-ammonti assenjati għall-iżvilupp rurali. |
|
(33) |
Minbarra l-użu ta' tnaqqis lineari tal-valur tal-intitolamenti għal pagamenti taħt l-iskema ta' pagament bażiku sabiex jerġgħu jimtlew ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa li jkunu qed jibdew l-attività agrikola tagħhom fl-iskema ta' appoġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw ukoll l-istess mekkaniżmu biex jiġu ffinanzjati miżuri meħuda biex jiġi evitat l-abbandun tal-art u biex il-bdiewa jiġu kkumpensati għal żvantaġġi speċifiċi. |
|
(34) |
Sabiex tiġi ssimplifikata u tittejjeb il-konsistenza bejn ir-regoli applikabbli għall-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni mill-obbligu tal-erja b'fokus ekoloġiku applikabbli għal azjendi li jikkultivaw uċuħ tar-raba' leguminużi bħala l-uniċi uċuħ tar-raba' jew flimkien ma' ħaxix jew foraġġ erbaċew jew ieħor jew art li titħalla tistrieħ fuq aktar minn 75 % tar-raba' skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tiġi estiża għall-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'. |
|
(35) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-mod kif jitqiesu diversi tipi ta' uċuh tar-raba', minħabba s-sehem sostanzjali tagħhom fl-erjas, relattivament għar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', jenħtieġ li l-flessibilità fl-applikazzjoni tar-regoli ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tiġi estiża biex tinkludi l-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sostanzjali tas-sena jew għal parti sostanzjali taċ-ċiklu tal-uċuħ tar-raba'. |
|
(36) |
Sabiex jiġu razzjonalizzati l-eżenzjonijiet eżistenti mill-obbligu ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, applikabbli għal art użata predominantement għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' leguminużi jew il-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma, jew li hija predominantement art li titħalla tistrieħ jew bur permanenti, u b'hekk biex jiġi previst trattament indaqs għall-bdiewa kollha bl-istess proporzjonijiet tal-użu tal-art, jenħtieġ li l-limitu massimu ta' 30 ettaru ta' raba' ma jkunx aktar applikabbli. |
|
(37) |
Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċità agronomika tat-Triticum spelta, jenħtieġ li titqies bħala wiċċ tar-raba' għall-fini tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. |
|
(38) |
Sabiex jiġu razzjonalizzati l-eżenzjonijiet eżistenti mill-obbligu ta' erja b'fokus ekoloġiku stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, applikabbli għal art użata predominantement għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' leguminużi jew il-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma, jew li hija predominantement art li titħalla tistrieħ jew bur permanenti, jenħtieġ li l-limitu massimu ta' 30 ettaru ta' raba' ma jkunx aktar applikabbli. |
|
(39) |
Fid-dawl tal-potenzjal għal benefiċċji ambjentali indiretti għall-bijodiversità li jistgħu jiġu pprovduti minn ċerti uċuħ tar-raba' permanenti, jenħtieġ li l-lista tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku stabbilita fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tiġi estiża biex tinkludi Miscanthus u Silphium perfoliatum. Fid-dawl tal-fatt li t-tip ta' kopertura ta' veġetazzjoni jista' jaffettwa l-kontribut għall-bijodiversità mill-art li titħalla tistrieħ, jenħtieġ li l-art li titħalla tistrieħ għal pjanti li jipproduċu l-għasel tiġi rikonoxxuta bħala erja b'fokus ekoloġiku distinta. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fatturi ta' ppeżar għal Miscanthus, Silphium perfoliatum u art li titħalla tistrieħ għal pjanti li jipproduċu l-għasel. Jenħtieġ li fatturi ta' ppeżar jiġu stabbiliti b'tali mod li jirrifletti l-importanza differenti tagħhom għall-bijodiversità. L-introduzzjoni ta' tipi addizzjonali ta' erjas b'fokus ekoloġiku teħtieġ il-fatturi ta' ppeżar eżistenti għal erja b'uċuħ tar-raba' li jiffissaw in-nitroġenu u għal imsajġar ta' rotazzjoni qasira li jridu jiġu adattati sabiex jirriflettu l-bilanċ ġdid bejn it-tipi kollha ta' erja b'fokus ekoloġiku. |
|
(40) |
L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' appoġġ għal bdiewa żgħażagħ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 uriet li, f'ċerti każijiet, bdiewa żgħar ma jistgħux jibbenefikaw mill-ħames snin sħaħ ta' appoġġ. Filwaqt li l-attenzjoni ewlenija ta' dak l-appoġġ tibqa' fuq attività ekonomika ġdida minn żgħażagħ li jkunu qed jibdew l-attivitajiet ta' biedja tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess ta' bdiewa żgħażagħ għall-ħames snin sħaħ ta' pagamenti għal bdiewa żgħażagħ anke f'każijiet fejn il-bdiewa żgħażagħ ma applikawx għall-appoġġ immedjatament wara l-istabbiliment. |
|
(41) |
Xi Stati Membri vvalutaw li l-pagament ipprovdut lill-bdiewa żgħażagħ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa insuffiċjenti biex jirrispondi adegwatament għall-isfidi finanzjarji tal-istabbiliment inizjali u l-aġġustament strutturali tal-azjendi agrikoli stabbiliti mill-bdiewa żgħażagħ. Biex jitjiebu aktar il-prospetti għall-parteċipazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ fil-biedja, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li jżidu l-perċentwali applikata biex jiġi kkalkolat l-ammont ta' pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-medda ta' bejn 25 % u 50 % u irrispettivament mill-metodu ta' kalkolu applikat. Jenħtieġ li tali deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għal-limitu ta' 2 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jiġi ffinanzjat il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ. |
|
(42) |
Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza fir-rigward tal-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-karatteristika ta' limitazzjoni tal-produzzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju, huwa xieraq li jiġi riformulat l-Artikolu 52(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Billi r-riformulazzjoni tirrifletti l-prattika attwali mill-1 ta' Jannar 2015 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, huwa xieraq li tkun tapplika mis-sena ta' pretensjoni 2015. |
|
(43) |
Sabiex tiġi żgurata l-akbar konsistenza possibbli bejn skemi tal-Unjoni li għandhom fil-mira setturi li, f'ċerti snin, huma mmarkati bi żbilanċi strutturali fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jippermettu l-Istati Membri jiddeċiedu li l-appoġġ akkoppjat volontarju jista' jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata tali appoġġ f'perijodu ta' referenza fl-imgħoddi. |
|
(44) |
Sabiex titjieb il-flessibbiltà fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju, jenħtieġ li jkun jista' jsir rieżami annwali mill-Istati Membri tad-deċiżjonijiet ta' appoġġ tagħhom b'effett mis-sena tat-talba 2019. |
|
(45) |
Wieħed mill-ostakli ewlenin għall-formazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, l-aktar fl-Istati Membri li għadhom lura fir-rigward tal-livell ta' organizzazzjoni, jidher li huwa n-nuqqas ta' fiduċja reċiproka u esperjenzi fl-imgħoddi. F'dan il-kuntest, l-ikkowċjar, fejn l-organizzazzjonijiet ta' produtturi li diġà qegħdin jaħdmu jiggwidaw lil organizzazzjonijiet ta' produtturi, gruppi ta' produtturi jew produtturi individwali ta' frott u ħxejjex oħrajn, jista' jpatti għal dak l-ostaklu u b'hekk jenħtieġ li jkun inkluż fost l-objettivi tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. |
|
(46) |
Minbarra l-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet ta' kkowċjar maħsuba biex il-produtturi jitħeġġu jwaqqfu organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji sabiex jiġu rikonoxxuti u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament sħiħ mill-Unjoni fi ħdan il-programmi operazzjonali ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi eżistenti. |
|
(47) |
Il-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet jenħtieġ li jiġu estiżi biex ikopru r-riforniment tal-fondi mutwi li, bħala strumenti ġodda, jistgħu jgħinu biex jiġu miġġielda l-kriżijiet, kif ukoll il-promozzjoni u l-komunikazzjoni sabiex jiġu diversifikati u kkonsolidati s-swieq tal-frott u l-ħxejjex. |
|
(48) |
Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura attwali li l-ewwel jiġu awtorizzati l-Istati Membri biex jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali addizzjonali lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi f'reġjuni tal-Unjoni fejn il-livell ta' organizzazzjoni huwa partikolarment baxx u mbagħad tiġi rimborżata parti mill-assistenza finanzjarja nazzjonali jekk jiġu rrispettati kondizzjonijiet ulterjuri, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ġdida għal Stati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni jkun sew taħt il-medja tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-proċedura kurrenti għas-sistema l-ġdida, jenħtieġ li jsir provvediment għal perijodu tranżizzjonali ta' sena. Is-sistema l-ġdida għalhekk jenħtieġ li ssir applikabbli mill-1 ta' Jannar 2019. |
|
(49) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ispirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kontra r-riskji ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw ir-regoli dwar awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli adatti għall-produzzjoni ta' nbejjed b'indikazzjoni ġeografika anke għal inbejjed li huma adattati għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika. |
|
(50) |
L-użu ta' kuntratti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jista' jgħin biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-operaturi u tiżdied il-kuxjenza tagħhom dwar il-bżonn li jittieħed kont aħjar tas-sinjali tas-suq, biex titjieb it-trasmissjoni tal-prezzijiet u biex jadattaw il-provvista mad-domanda, kif ukoll jgħin biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali mhux ġusti. Sabiex jingħata inċentiv għall-użu ta' dawn il-kuntratti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib kif ukoll f'setturi oħrajn, il-produtturi, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu kuntratt bil-miktub, anki jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel l-użu ta' tali kuntratti obbligatorju. |
|
(51) |
Filwaqt li l-partijiet għal kuntratt għall-kunsinna ta' ħalib mhux ipproċessat huma liberi li jinnegozjaw l-elementi ta' tali kuntratti, l-Istati Membri li jagħmlu obbligatorju l-użu ta' kuntratti ngħataw l-opportunità li jimponu ċerti klawżoli kuntrattwali, b'mod partikolari id-durata minima tagħhom. Bl-għan li l-partijiet ikunu jistgħu jiksbu ċarezza kuntrattwali dwar il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-prezzijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jimponu fuq il-partijiet l-obbligu li jsir qbil dwar ir-relazzjoni bejn il-kwantità kkonsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-kunsinna. |
|
(52) |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jaqdu rwoli utli fil-konċentrazzjoni tal-provvista, it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni, l-ippjanar u l-aġġustament tal-produzzjoni skont id-domanda, l-aħjar użu possibbli tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi, it-twettiq ta' riċerka, il-promozzjoni tal-aħjar prattiki u l-provvista ta' għajnuna teknika, il-ġestjoni tal-prodotti sekondarji u tal-għodod tal-ġestjoni tar-riskji disponibbli għall-membri tagħhom, biex b'hekk jagħtu kontribut għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-produtturi fil-katina alimentari. Għaldaqstant, l-attivitajiet tagħhom, inklużi n-negozjati kuntrattwali għall-forniment ta' prodotti agrikoli minn tali organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom meta jikkonċentraw il-provvista u jqiegħdu l-prodotti tal-membri tagħhom fis-suq, jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK stabbilita fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), peress li dawn isaħħu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari u jistgħu jikkontribwixxu għal funzjonament aħjar tal-katina tal-provvista alimentari. Ir-riforma tal-PAK fl-2013 saħħet ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. B'deroga mill-Artikolu 101 tat-TFUE, il-possibbiltà li jitwettqu attivitajiet bħall-ippjanar tal-produzzjoni, l-aħjar użu tal-ispejjeż, it-tqegħid tal-prodotti tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-suq u t-tmexxija ta' negozjati kuntrattwali għandha għalhekk tiġi regolata b'mod espliċitu bħala dritt ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fis-setturi kollha li għalihom ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dik id-deroga għandha tkopri biss organizzazzjonijiet ta' produtturi li ġenwinament jeżerċitaw attività mmirata lejn l-integrazzjoni ekonomika u li jikkonċentraw il-provvista u jqiegħdu l-prodotti tal-membri tagħhom fis-suq. Madankollu, minbarra l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFUE għal dawn l-organizzazzjonijiet ta' produtturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji sabiex ikun żgurat li tali attivitajiet ma jeskludux il-kompetizzjoni jew jipperikolaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 tat-TFUE. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jintervjenu f'każijiet bħal dawn u jiddeċiedu li tali attivitajiet ikollhom, għall-futur, jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jsirux. Jenħtieġ li, sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, l-attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jitqiesu bħala legali. Jenħtieġ li l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jkunu jistgħu jiddependu, għall-attivitajiet li jwettqu huma stess, fuq dik id-deroga sal-istess punt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
(53) |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma rikonoxxuti f'settur speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, peress li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu joperaw f'aktar minn settur wieħed, u fl-interess li jiġi evitat piż amministrattiv minħabba l-obbligu li joħolqu diversi organizzazzjonijiet ta' produtturi għall-finijiet ta' rikonoxximent, jenħtieġ li jkun possibbli għal organizzazzjoni ta' produtturi li tikseb aktar minn rikonoxximent wieħed. Madankollu, f'tali każijiet, jenħtieġ li l-organizzazzjoni ta' produtturi inkwistjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' rikonoxximent għal kull wieħed mis-setturi kkonċernati. |
|
(54) |
B'kont meħud tar-rwol li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jaqdu fil-funzjonament aħjar tal-katina tal-provvista alimentari, il-lista ta' objettivi possibbli li jistgħu jippruvaw jilħqu dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri wkoll miżuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji marbuta mas-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u l-ambjent. |
|
(55) |
L-organizzazzjonijiet interprofessjonali huma rikonoxxuti f'settur speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, peress li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu joperaw f'aktar minn settur wieħed u, fl-interess li jiġi evitat piż amministrattiv minħabba l-obbligu li joħolqu diversi organizzazzjonijiet interprofessjonali għall-finijiet ta' rikonoxximent, jenħtieġ li jkun possibbligħal organizzazzjoni interprofessjonali li tikseb aktar minn rikonoxximent wieħed. Madankollu, f'tali każijiet, jenħtieġ li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' rikonoxximent għal kull wieħed mis-setturi kkonċernati. |
|
(56) |
Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasmissjoni aħjar tas-sinjali tas-suq u jissaħħu r-rabtiet bejn il-prezzijiet tal-produtturi u l-valur miżjud tul il-katina ta' provvista, jenħtieġ li l-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet ta' bdiewa, jkunu jistgħu jaqblu mal-ewwel xerrej tagħhom dwar il-klawżoli tal-kondiviżjoni tal-valuri, inklużi dawk dwar il-bonuses u t-telf tas-suq. Peress li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jkollhom rwol importanti biex ikun jista' jsir djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq, jenħtieġ li jitħallew jistabbilixxu klawżoli standard tal-kondiviżjoni tal-valuri. Madankollu, l-użu ta' klawżoli tal-kondiviżjoni tal-valuri min-naħa tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u l-ewwel xerrej tagħhom jenħtieġ li jibqa' volontarju. |
|
(57) |
L-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 uriet li l-bżonn li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni ta' proċessi sempliċi u matematiċi marbutin mal-mod kif jiġu allokati l-kwoti jinvolvi piż ta' xogħol u ħafna riżorsi mingħajr ebda vantaġġ speċifiku marbut mat-tali approċċ. Fil-fatt il-Kummissjoni ma għandha ebda marġni ta' diskrezzjoni f'dan il-kuntest peress li l-formula relatata diġà hija stabbilita mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (11). Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi ssimplifikat il-proċess relatat, jenħtieġli jiġi previst li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji permezz ta' pubblikazzjoni adatta fuq il-web. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika li tipprovdi li l-Istati Membri jenħtieġ li joħorġu liċenzji biss wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-allokazzjoni mill-Kummissjoni. |
|
(58) |
Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-Artikolu 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jew tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà li tintalab l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet ta' bdiewa jew ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet tagħhom mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 tat-TFUE. |
|
(59) |
Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv u f'waqtu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jippermettu ftehimiet u deċiżjonijiet kollettivi biex temporanjament jistabbilizzaw is-setturi kkonċernati fi żminijiet ta' żbilanċi serji fis-swieq, jenħtieġ li l-possibbiltajiet għal tali azzjonijiet kollettivi jiġu estiżi għall-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa. Barra minn hekk, jenħtieġu li tali miżuri temporanji ma jibqgħux jiġu awtorizzati bħala l-aħħar opzjoni iżda jistgħu jikkomplementaw l-azzjoni tal-Unjoni fil-kuntest tal-intervent pubbliku, il-ħżin privat u l-miżuri eċċezzjonali previsti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(60) |
Billi huwa xieraq li s-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jibqa' jiġi megħjun fit-transizzjoni tiegħu bħala riżultat ta' tmiem is-sistema tal-kwoti u li jiġi nkoraġġit jirreaġixxi b'mod aktar effettiv għall-fluttwazzjonijiet fis-swieq u fil-prezzijiet, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jsaħħu l-arranġamenti kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ma jibqgħux ikollhom data ta' tmiem. |
|
(61) |
Is-swieq agrikoli jenħtieġ li jkunu trasparenti u l-informazzjoni dwar il-prezzijiet jenħtieġ li tkun aċċessibbli u utli għal dawk kollha involuti. |
|
(62) |
L-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 uriet li l-bżonn li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni għall-approvazzjoni ta' żidiet ristretti fil-limiti tal-arrikkiment tal-inbid, li huma tekniċi u ta' natura nonkontroversjali, jinvolvi ħafna xogħol u riżorsi mingħajr ebda vantaġġ speċifiku marbut mat-tali approċċ. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat u jiġi ssimplifikat il-proċess jenħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dik id-deroga għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din. |
|
(63) |
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jipprevedi l-possibbiltà li l-impenji baġitarji jinqasmu f'pagamenti annwali biss fil-każ ta' approvazzjoni ta' programmi nazzjonali pluriennali għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi, għal programmi ta' stħarriġ dwar il-presenza tal-pesti u għal programmi dwar il-kontroll tal-pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dik il-possibbiltà teħtieġ li tiġi estiża għall-azzjonijiet l-oħrajn previsti f'dak ir-Regolament. |
|
(64) |
Sabiex ikun possibbli li l-emendi previsti f'dan ir-Regolament jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(65) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 8(1), il-punt (h)(ii) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. L-ispejjeż eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu l-ispejjeż tal-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni. L-infrastruttura installata b'riżultat ta' dimostrazzjoni tista' tintuża wara li titlesta l-operazzjoni. Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni, l-appoġġ jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-investiment relatati. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għas-sussistenza tal-parteċipanti kif ukoll l-ispiża għas-sostituzzjoni tal-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli wkoll għall-appoġġ. L-ispejjeż kollha identifikati taħt dan il-paragrafu għandhom jitħallsu lill-benefiċjarju.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.”; |
|
(9) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “1. Meta jikkalkulaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat għall-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-submiżuri kkonċernati.”; |
|
(13) |
l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Il-pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali taħt din il-miżura għandhom jingħataw lil bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f'wieħed jew aktar impenji għat-trattament xieraq tal-annimali u li huma bdiewa attivi fit-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.”; |
|
(15) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
fl-Artikolu 37(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “1. L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss għal kuntratti tal-assigurazzjoni li jkopru t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku negattiv, jew minn mard tal-annimali jew tal-pjanti, jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara, jew inċident ambjentali jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmu ta' ħsara li jeqirdu iżjed minn 20 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta' bidwi individwali f'sena partikolari.”; |
|
(17) |
l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 39a Għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa ta' settur speċifiku 1. L-appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss f'każijiet debitament ġustifikati u fejn it-tnaqqis fid-dħul jaqbeż limitu ta' mill-inqas 20 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu ta' tliet snin preċedenti jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali mid-dħul tal-bidwi. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta' appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-input. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza. 2. L-Artikolu 39 (2) sa (5) għandu japplika għall-fini ta' appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 36(1).”; |
|
(20) |
l-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
fl-Artikolu 59, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
fl-Artikolu 62, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Fejn l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta' kostijiet standard jew kostijiet addizzjonali u ta' dħul mitluf skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), fir-rigward tad-dħul mitluf u l-ispejjeż ta' manutenzjoni, u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti huma adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta' metodu ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dan il-għan, korp li jkun funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u li jkollu l-kompetenza xierqa għandu jagħmel il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli. Fil-programm ta' żvilupp rurali għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.”; |
|
(25) |
fl-Artikolu 66(1), il-punt (b) huwa mħassar; |
|
(26) |
fl-Artikolu 74, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(27) |
l-Anness II huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 38, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Fil-każ ta' kwalunkwe proċediment legali jew ta' appell amministrattiv li jkollu effett ta' sospensjoni, il-perijodu għal diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, fir-rigward tal-ammont relatat mal-operazzjonijiet ikkonċernati, għad-durata ta' dak il-proċediment jew ta' dak l-appell amministrattiv, bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tirċievi notifikazzjoni motivata mill-Istat Membru sal-31 ta' Jannar tas-sena N + 4.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 43(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 54(3), il-punt (a)(ii) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fejn in-nonkonformità tikkonċerna regoli nazzjonali jew tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-gravità tan-nonkonformità u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjoni għandha tkun affettwata biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata.”; |
|
(6) |
fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:
|
|
(7) |
it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 75(1) jinbidlu b'dan li ġej: “Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu:
Fir-rigward ta' appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 67(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal għajnuna jew talbiet għal pagament imressqa mis-sena tat-talba 2019 'il quddiem.”. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 6(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkolat skont dak is-subparagrafu.”; |
|
(3) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: “6. L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar tnaqqis fil-pagamenti skont dan l-Artikolu fuq bażi annwali, dment li tali rieżami ma jwassalx għal tnaqqis fl-ammonti disponibbli għall-iżvilupp rurali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-snin sal-2019 sal-1 ta' Awwissu tas-sena qabel l-applikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet, bl-aħħar data possibbli għal tali notifika tkun l-1 ta' Awwissu 2018.”; |
|
(5) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 31(1), il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 36(4), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jista' jiżdied b'massimu ta' 3 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali rilevanti kif stabbilit fl-Anness II wara t-tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament ta' żona waħda skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2018 bil-perċentwali annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kull sena kalendarja mill-2018. L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.”; |
|
(8) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 53, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: “6. L-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta' Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari, jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu u, b'effett mis-sena sussegwenti, jiddeċiedu:
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.”; |
|
(13) |
l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
l-Anness X huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 34, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. Il-limitu ta' 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 35 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 35 Assistenza finanzjarja nazzjonali 1. F'reġjuni ta' Stati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil organizzazzjonijiet ta' produtturi assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. Dik l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operazzjonali. 2. Il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkunsidrat bħala taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti fejn il-livell medju ta' organizzazzjoni kien inqas minn 20 % għal tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali. Il-livell ta' organizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u mqiegħed fis-suq minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi u gruppi tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb f'dak ir-reġjun. 3. L-Istati Membri li jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont il-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reġjuni li jissodisfaw il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 2 u dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dawk ir-reġjuni.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 37, il-punt (d)(ii) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 38, il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 62, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan il-Kapitolu għaż-żoni li jipproduċu l-inbid adattat għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kif ikun irreġistrat skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, dawk iż-żoni jistgħu jiġu ttrattati bħala żoni fejn jistgħu jiġu prodotti nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta. |
|
(7) |
l-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 148 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 149, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta taħt l-Artikolu 161(1) tista' tinnegozja f'isem il-bdiewa membri tagħha, fir-rigward ta' parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew fir-rigward ta' kollha kemm hi, kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 148(1).”; |
|
(10) |
l-Artikolu 152 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 154 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 157 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 159, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej: “Rikonoxximent obbligatorju”; |
|
(14) |
l-Artikolu 161 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
l-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
l-Artikoli 169, 170 u 171 jitħassru; |
|
(17) |
tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:
Artikolu 172a Kondiviżjoni tal-valur Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-ewwel xerrej tagħhom jistgħu jaqblu dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf tas-suq, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom.”; |
|
(18) |
fl-Artikolu 184, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew f'parti minnha, jew kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, li għandhom ikunu amministrati parzjalment jew għal kollox mill-Unjoni, li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE jew kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) jew l-Artikolu 207 TFUE, għandhom jinfetħu u/jew jiġu amministrati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 186 ta' dan ir-Regolament u atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 187 ta' dan ir-Regolament.”; |
|
(19) |
l-Artikolu 188 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 188 Il-proċess ta' allokazzjoni għall-kwoti tariffarji 1. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika, permezz ta' pubblikazzjoni web xierqa, ir-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-applikazzjonijiet notifikati filwaqt li tqis il-kwoti tariffarji disponibbli u l-applikazzjonijiet notifikati. 2. Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza wkoll, meta meħtieġ, għall-bżonn li jiġu miċħudin applikazzjonijiet pendenti, li tiġi sospiża l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet jew li jiġu allokati kwantitajiet mhux użati. 3. L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tal-importazzjoni u liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom fil-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-kwoti tariffarji tal-esportazzjoni, soġġetti għall-koeffiċjenti ta' allokazzjoni rispettivi u wara li jsiru pubbliċi mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.”; |
|
(20) |
l-Artikolu 209 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
l-Artikolu 222 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
fl-Artikolu 232, jitħassar il-paragrafu 2; |
|
(23) |
l-Annessi VII u VIII huma emendati skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Fil-każ tal-approvazzjoni ta' azzjonijiet pluriennali, l-impenji baġitarji jistgħu jiġu diviżi f'pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji jiġu diviżi hekk, il-Kummissjoni għandha timpenja l-pagamenti annwali b'kont meħud tal-progress tal-azzjonijiet, l-istimi tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 5; |
|
(3) |
fl-Artikolu 22, jitħassar il-paragrafu 5; |
|
(4) |
fl-Artikolu 27, jitħassar il-paragrafu 5. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Madankollu:
|
(a) |
il-punt 11(a) u (b) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015; |
|
(b) |
il-punt 23(b) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016; u |
|
(c) |
il-punt 3 tal-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta' Diċembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(2) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 63.
(3) ĠU C 306, 15.9.2017, p. 64.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017.
(5) Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(6) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir- Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(7) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(8) Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(9) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 tas-6 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is- sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja (ĠU L 176, 7.7.2015, p. 29).
(10) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(11) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(12) Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir- Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(*1) Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).”;
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-linja dwar l-Artikolu 17(3), Suġġett: Investiment f'assi fiżiċi, Settur agrikolu, Ammont Massimu f'EUR jew rata: 40 %, ir-raba' kolonna, il-parti introduttorja u l-ewwel inċiż jinbidlu b'dan li ġej: “Tal-ammont ta' investiment eliġibbli f'reġjuni oħra Dawn ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali addizzjonali, sakemm l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx 90 %, għal:
|
|
(2) |
fil-linja dwar l-Artikolu 17(3), Suġġett: Investiment f'assi fiżiċi, Proċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE, Ammont Massimu f'EUR jew rata: 40 %, ir-raba' kolonna tinbidel b'dan li ġej: “Tal-ammont ta' investiment eliġibbli f'reġjuni oħra Ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali addizzjonali, sakemm dak it-total tal-appoġġ massimu pprovdut ma jaqbiżx 90 %, għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI, għal investimenti kollettivi u proġetti jew operazzjonijiet integrati marbutin ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi”; |
|
(3) |
il-linji dwar l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5) u l-Artikolu 39(5) jinbidlu b'dan li ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, it-tabella “Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)” hija emendata kif ġej:
|
(1) |
il-linja “Żoni bi msaġar b'newba qasira” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
il-linja “Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
jiżdiedu l-linji li ġejjin:
|
ANNESS III
L-Annessi VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1(c) tal-Parti II tal-Anness VII, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fit-Taqsima A tal-Part I tal-Anness VIII, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni
Dwar l-Artikolu 1 - Żvilupp rurali
— Estensjoni tal-perjodu tal-pjanijiet ta' żvilupp rurali
In-nefqa marbuta mal-programmi ta' żvilupp rurali għas-snin 2014-2020 approvata skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 se tibqa' eliġibbli għall-kontribut tal-FAEŻR jekk titħallas lill-benefiċjarji qabel il-31 ta' Diċembru 2023. Il-Kummissjoni se tindirizza t-tkomplija tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-2020 'l quddiem fil-kuntest tal-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss.
— Il-ġestjoni tar-riskju
Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-funzjonament u l-effiċjenza tal-għodod ta' ġestjoni tar-riskju li bħalissa huma inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fil-kuntest tal-proposta tagħha dwar il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni.
— Penali għal-Leader
Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-effettività u l-proporzjonalità tal-penali għal-LEADER inklużi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014.
Dwar l-Artikolu 2 - Regolament Orizzontali
— Riżerva għall-kriżijiet
Il-Kummissjoni tikkonferma li l-operat tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, u r-rimborż tal-approprjazzjonijiet marbutin mad-dixxiplina finanzjarja kif previst mill-Artikoli 25 u 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, se jiġu rriveduti fil-kuntest tat-tħejjijiet għall-QFP li jmiss, bil-għan li jingħata lok għal intervent effiċjenti u f'waqtu fi żminijiet ta' kriżi fis-suq.
— Awditu uniku
Il-Kummissjoni tappoġġa l-istrateġija ta' awditu uniku, kif tikkonferma l-proposta tagħha għall-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll li l-qafas legali attwali għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa agrikola, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, diġà jagħti lok għal tali approċċ, u li dan diġà ġie adottat fl-istrateġija tal-awditjar tagħha għall-perjodu 2014-2020. B'mod partikulari, fejn l-opinjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 titqies affidabbli, il-Kummissjoni tqis din l-opinjoni meta tiġi biex tivvaluta l-bżonn ta' awditi tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata.
Dwar l-Artikolu 3 - Pagamenti Diretti
— Il-Pjan tal-Proteini
Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-qagħda tal-provvista u tad-domanda għall-proteini tal-pjanti fl-UE, u li tqis il-possibbiltà li tiġi żviluppata “strateġija Ewropea għall-proteini tal-pjanti” bil-għan li tkompli tħeġġeġ il-produzzjoni tal-proteini tal-pjanti fl-UE b'mod favorevoli għall-ekonomija u għall-ambjent.
Dwar l-Artikolu 4 - OKS
— Skemi volontarji ta' tnaqqis fil-produzzjoni
Il-Kummissjoni tikkonferma li r-Regolament (UE) 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli diġà jinkludi, fl-Artikoli 219 u 221 tiegħu, il-bażi ġuridika meħtieġa li, soġġett għad-disponibbiltà ta' riżorsi baġitarji, tippermettilha tindirizza d-disturb fis-suq u problemi speċifiċi oħra, inkluż fil-livell reġjonali, bil-possibbiltà li tingħata għajnuna finanzjarja diretta lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex tiżdied, mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali, għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, se tippermetti lill-Istati Membri jinkludu fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom il-possibbiltà li jikkumpensaw lill-bdiewa f'settur speċifiku f'każ ta' tnaqqis sinifikanti fid-dħul tagħhom.
Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll li l-Artikolu 219 jippermettilha ddaħħal, f'każ ta' disturb fis-suq jew riskju ta' disturb fis-suq, skemi li fihom tingħata għajnuna tal-Unjoni lil produtturi li jintrabtu li jnaqqsu l-produzzjoni tagħhom b'mod volontarju, inkluż id-dettalji meħtieġa għall-operat ta' tali skema (eż. ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612, ĠU L 242, 9.9.2016, p. 4).
— Ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali
Il-Kummissjoni tfakkar li jeżistu regoli, stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232, dwar il-kooperazzjoni fost il-produtturi fejn jidħol ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, jew tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali, inkluż il-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa fost l-Istati Membri kkonċernati. L-operat u l-adegwatezza ta' dawn ir-regoli se jiġu rriveduti fil-kuntest tal-proċess li għaddej fuq il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-PAK.
— Prattiki kummerċjali inġusti
Il-Kummissjoni tikkonferma li varat inizjattiva dwar il-katina tal-provvista tal-ikel, li għaddejja bħalissa mid-diversi stadji meħtieġa mil-linji gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar. Se tiddeċiedi fuq proposta leġiżlattiva possibbli ladarba din il-proċedura tkun tlestiet, jekk possibbli fl-ewwel nofs tal-2018.
— Kooperazzjoni fost il-produtturi
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar l-emendi lill-Artikoli 152, 209, 222 u 232. Il-Kummissjoni tinnota li l-emendi miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill huma ta' natura sostanzjali, u li ġew inklużi mingħajr valutazzjoni tal-impatt kif rikjest mill-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Dan iwassal għal livell mhux mixtieq ta' inċertezza legali u proċedurali, u l-impatt u l-implikazzjonijiet possibbli tagħha mhumiex magħrufa.
Billi l-bidliet lill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni meħudin flimkien iwasslu għal tibdil sinifikanti tal-qafas legali, il-Kummissjoni tinnota bi tħassib li wħud mid-dispożizzjonijiet il-ġodda favur l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jaf ikollhom l-effett li jipperikolaw il-vijabbiltà u l-benessri tal-bdiewa ż-żgħar, kif ukoll l-interess tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha li tissalvagwardja l-kompetizzjoni effettiva fis-settur agrikolu, u li tagħti effett sħiħ lill-objettivi tal-PAK stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-emendi miftiehma mill-koleġiżlaturi jipprevedu biss rwol limitat ħafna kemm għall-Kummissjoni u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fis-salvagwardja ta' kompetizzjoni effettiva.
Il-qbil ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-proposta “Omnibus”, inklużi l-emendi miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill, huwa mingħajr ħsara għal kwalunkwe proposta futura li l-Kummissjoni tista' tressaq f'dawn l-oqsma fil-kuntest tar-riforma tal-politika agrikoli komuni għall-perjodu ta' wara l-2020, kif ukoll għal kwalunkwe inizjattiva oħra li tkun maħsuba speċifikament biex tindirizza wħud mill-kwistjonijiet ittrattati mit-test li issa huwa miftiehem bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-kwistjoni tar-rwol limitat ħafna, kemm għall-Kummissjoni u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, fis-salvagwardja ta' kompetizzjoni effettiva, għadha ma ġietx indirizzata b'mod sodisfaċenti mill-koleġiżlaturi, u tesprimi tħassib rigward l-implikazzjonijiet possibbli ta' din il-limitazzjoni għall-bdiewa u għall-konsumaturi. Il-Kummissjoni tinnota li t-test legali għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mat-Trattat, speċifikament rigward il-possibbiltà li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jintervjenu jekk organizzazzjoni tal-produtturi, li tkopri sehem kbir mis-suq, tfittex li tirrestrinġi l-libertà tal-membri tagħha biex jaġixxu. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li din il-possibbiltà mhijiex issalvagwardjata biċ-ċar fit-test legali.