19.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2360
tal-11 ta' Diċembru 2017
li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni li jieħdu kont tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inklużi, fejn ikunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF). |
(3) |
Huwa l-Kunsill li għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed inklużi, kif xieraq, ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. F'konformità mal-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu mqassma fost l-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd, u skont l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Fil-41 Laqgħa Annwali tagħha fl-2017, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2017/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali fis-subżona ġeografika 29 (il-Baħar l-Iswed). Ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-qabda totali permissibbli (TAC) għall-Barbun Imperjali għal sentejn (2018-2019) b'allokazzjoni temporanja ta' kwoti. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. |
(5) |
L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
(6) |
Skont il-parir xjentifiku disponibbli tal-STECF, huwa meħtieġ li jinżamm il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbilità tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. |
(7) |
Għas-sajd tal-laċċa kaħla, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għas-sajd tal-barbun imperjali, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi f'dak l-Artikolu japplika mill-1 ta' Jannar 2017. |
(8) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tan-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(9) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), iridu jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih. |
(10) |
Fir-rigward tal-istokkijiet tal-barbun imperjali, jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri rimedjali. Iż-żamma tal-perijodu tal-għeluq applikabbli bħalissa ta' xahrejn, mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju, tkompli tipprovdi l-protezzjoni għal dawk l-istokkijiet matul l-istaġun riproduttiv tal-barbun imperjali. Il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd u l-limitu ta' jiem ta' sajd għal 180 jum fis-sena, iħallu impatt ta' konservazzjoni pożittiv fuq l-istokkijiet tal-barbun imperjali. |
(11) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f'konformità sħiħa mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. |
(12) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta' Jannar 2018 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-2018 għal ċerti istokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed:
(a) |
Laċċa Kaħla (Sprattus sprattus); |
(b) |
Barbun Imperjali (Psetta maxima). |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran; |
(b) |
“il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif iddefinita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
(c) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
(d) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni; |
(e) |
“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari; |
(f) |
“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qabdiet allokat b'mod awtonomu lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta' qbil dwar TAC; |
(g) |
“kwota analitika” tfisser il-kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta' tali kwota fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
2. It-TAC għall-barbun imperjali, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-allokazzjoni ta' tali TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(c) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed, irrispettivament mit-tul tal-bastimenti, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta' sajd fis-sena.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Done at Brussels, il-11 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KIISLER
(1) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(4) Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS
Speċi: |
Barbun imperjali Psetta maxima |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed (TUR/F3742C) |
|
Il-Bulgarija |
57 |
|
|
|
Ir-Rumanija |
57 |
|
|
|
L-Unjoni |
114 (*1) |
|
|
|
TAC |
644 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċi: |
Laċċa Kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed (SPR/F3742C) |
|
Il-Bulgarija |
8 032,50 |
|
|
|
Ir-Rumanija |
3 442,50 |
|
|
|
L-Unjoni |
11 475 |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti/Mhux miftiehma |
|
Kwota analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
(*1) L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ mhi permessa mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2018.