15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2329

tal-14 ta' Diċembru 2017

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, l-ismijiet tal-korpi tal-kontroll “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, “Control Union Certifications” u “Primus lab” inbidlu għal “Kiwa BCS Costa Rica Limitada”, “Control Union Perú” u “PrimusLabs.com CR S.A.” rispettivament. Il-Costa Rica infurmat ukoll lill-Kummissjoni li “Servicio Fitosanitario del Estado, Ministerio de Agricultura y Ganadería” m'għadux korp tal-kontroll u li l-korpi tal-kontroll l-oħrajn huma l-korpi emittenti taċ-ċertifikazzjoni, u mhux il-Ministru tal-Agrikoltura.

(3)

Il-Ġappun informa lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tiegħu żiedet żewġ korpi tal-kontroll, jiġifieri l-Japan Food Research Laboratories u Leafearth Company, f'lista ta' korpi tal-kontroll rikonoxxuti mill-Ġappun u li l-ismijiet “Bureau Veritas Japan, Inc.” u “Hyogo prefectural Organic Agriculture Society (HOAS” u l-indirizz tal-Internet ta' “Organic Certification Association” inbidlu.

(4)

Skont l-informazzjoni pprovduta minn New Zealand, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti nbidel.

(5)

Ir-Repubblika tal-Korea nfurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha żiedet il-korp tal-kontroll “Industry-Academic Cooperation Foundation, SCNU” fil-lista tal-korpi tal-kontroll rikonoxxuti mir-Repubblika tal-Korea.

(6)

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni tar-Repubblika tal-Korea fil-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fil-31 ta' Jannar 2018. Minħabba li r-Repubblika tal-Korea għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-inklużjoni jenħtieġ tiġi estiża għal perjodu mhux speċifikat.

(7)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll li huma kompetenti biex jagħmlu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza.

(8)

It-tul taż-żmien tar-rikonoxximent skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 tal-korpi tal-kontroll elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2018. Abbażi tar-riżultati tas-sorveljanza kontinwa tal-Kummissjoni, ir-rikonoxximent ta' dawk il-korpi tal-kontroll għandu jiġi estiż sat-30 ta' Ġunju 2021.

(9)

“Albinspekt” innotifikat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tagħha.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd.” biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd.” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tat-Turkija.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “BIOCert Indonesia” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “BIOCert Indonesia” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Indoneżja.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “bio.inspecta AG” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Afganistan, iċ-Ċina u n-Nepal.

(13)

L-entrata dwar “Bolicert Ltd” fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 ġiet sospiża permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1473 (3). Sabiex titneħħa s-sospensjoni temporanja, il-Kummissjoni stiednet lil “Bolicert Ltd” sabiex tipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu mingħand l-IOAS (l-organizzazzjoni ta' akkreditament ta' “Bolicert Ltd”) u tieħu azzjoni ta' rimedju xieraq u fil-ħin skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. L-IOAS informat lill-Kummissjoni li ddeċiediet li tneħħi s-sospensjoni għax kienet irċeviet informazzjoni sodisfaċenti dwar azzjonijiet korrettivi minn “Bolicert Ltd”. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li tinkludi lil “Bolicert Ltd” fl-Anness IV għal darb'oħra bl-istess kundizzjonijiet bħal qabel is-sospensjoni.

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “CCPB Srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D, E u F għall-Albanija, l-Alġerija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Afrika t'Isfel, għall-kategorija tal-prodotti A għall-Uganda, għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Afganistan, l-Armenja, l-Etjopja, il-Gana, in-Niġerja, is-Senegal u l-Użbekistan, għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E għall-Bjelorussja, il-Kazakistan, il-Moldova, ir-Russja, is-Serbja, it-Tajlandja, it-Taġikistan u t-Turkmenistan, għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D u E għall-Ażerbajġan, il-Kirgiżistan u l-Ukrajna, għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D għall-Qatar u għall-kategorija tal-prodotti D għat-Tuneżija.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, C, D, E u F għall-Brunej, il-Gżejjer Cook, il-Polineżja Franċiża, il-Ġeorġja, Grenada, il-Gujana, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Libanu, Papua New Guinea, Sao Tome u Principe, is-Seychelles, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Venezwela, għall-kategoriji tal-prodotti B, C, D (inbid biss) u E għall-Awstralja, għall-kategoriji tal-prodotti C u E għal New Zealand, għall-kategorija tal-prodotti B għal Tonga, it-Tuneżija u għall-kategorija tal-prodotti F għal Tuvalu.

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti D (inbid) u E għall-Arġentina, li jiġi estiż ir-rikonoxximent għall-Ġappun, il-Kirgiżistan u ż-Żimbabwe għall-kategorija tal-prodotti B, ir-rikonoxximent għall-Ġeorġja u l-Możambik għall-kategorija tal-prodotti E, u r-rikonoxximent għall-Paragwaj u l-Urugwaj għall-kategorija tal-prodotti F.

(17)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għal-Laos, il-Bolivja, il-Kolombja u għall-kategoriji tal-prodotti A, C, D u E għaċ-Ċilì, għall-kategorija tal-prodotti D għall-Costa Rica u għall-kategoriji tal-prodotti C u D (prodotti pproċessati tal-akkwakultura) għall-Istati Uniti.

(18)

“IMOswiss AG” informat lill-Kummissjoni li se ttemm l-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li kienet ġiet rikonoxxuta għalihom mill-1 ta' Jannar 2018 u għalhekk ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 minn dik id-data 'l quddiem.

(19)

“Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” innotifikat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tal-Internet tagħha.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Letis S.A” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Afganistan, l-Etjopja, l-Iran, il-Każakstan, il-Moldova, il-Pakistan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkija u l-Ukrajna.

(21)

“Organic agriculture certification Thailand” innotifikat lill-Kummissjoni li isimha sar “Organic Agriculture Certification Thailand (ACT)” u li nbidel l-indirizz tagħha.

(22)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organic Control System” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Bosnija Ħerzegovina

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organic Standard” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż ir-rikonoxximent għall-Kazakhstan, il-Kirgizstan, il-Moldova u r-Russja, għall-kategorija tal-prodotti B u li testendi r-rikonoxximent tagħha għall-inbid.

(24)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organska Kontrola” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D għall-Kosovo (4).

(25)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “ORSER” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Ażerbajġan, il-Bosnija Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iran, il-Każakistan, il-Kirgiżistan u n-Nepal.

(26)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Servicio de Certificación CAAE S.L.U.” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Servicio de Certificación CAAE S.L.U.” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Bolivja, l-Ekwador, il-Messiku, il-Marokk, il-Perù u t-Turkija.

(27)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Tse-Xin Organic Certification Corporation” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Tse-Xin Organic Certification Corporation” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D għat-Tajwan.

(28)

L-organizzazzjoni ta' akkreditazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura organika DAkkS għarrfet lill-Kummissjoni li ddeċiediet li tissospendi l-akkreditazzjoni tagħha lill“Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)”. Skont l-Artkolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fi kwalunkwe waqt, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-entrata ta' korp tal-kontroll mil-lista tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, kemm fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta, kif ukoll meta l-korp tal-kontroll ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa. L-“Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)” ġiet mistiedna mill-Kummissjoni sabiex tipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u biex tieħu azzjoni xierqa u f'waqtha ta' rimedju b'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, iżda ma weġbitx b'mod sodisfaċenti qabel l-iskadenza stabbilita. L-entrata ta' “Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)” għandha għaldaqstant tiġi sospiża mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti.

(29)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/872 (*1) jelenka lil “IMOcert Latinoamérica Ltda” bħala korp tal-kontroll rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u B fir-rigward tal-Arġentina u għall-kategorija tal-prodotti A fir-rigward tal-Costa Rica. Billi l-Arġentina u l-Costa Rica huma elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategoriji tal-prodotti A u B u għall-kategorija tal-prodotti A, rispettivament, “IMOcert Latinoamérica Ltda” ma setgħetx tiġi rikonoxxuta għal dawk il-pajjiżi fir-rigward ta' dawk il-kategoriji tal-prodotti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 skont l-Artikolu 10(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Ir-rikonoxximent għal dawk il-kategoriji tal-prodotti, fir-rigward ta' dawk il-pajjiżi għandu għalhekk jitħassar. “IMOcert Latinoamérica Ltda” kienet ġiet mistiedna mill-Kummissjoni biex ma tiċċertifikax prodotti li jaqgħu f'dawk il-kategoriji tal-prodotti, abbażi ta' referenza żbaljata għal dawk il-kategoriji tal-prodotti fir-rigward tal-Arġentina u l-Costa Rica.

(30)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1842 (5) jinkludi l-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat tal-ispezzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti organiċi permezz tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni elettronika, kif jissemma fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. F'dan l-Anness, in-nota li tikkorrispondi għall-kaxxa 12 taċ-ċertifikat bi żball tirreferi għall-kaxxa 24 minflok għall-kaxxa 21. Dan l-iżball għandu jiġi kkorreġut.

(31)

Għaldaqstant, l-Annessi III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati u kkoreġuti skont dan.

(32)

It-tħassir ta' “IMOcert Latinoamérica Ltda” jenħtieġ japplika b'mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/872 u t-tħassir ta' “IMOswiss AG” jenħtieġ japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

(33)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat b'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IV huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness V jiġi kkoreġut skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (12) tal-Anness II għandu japplika mit-12 ta' Ġunju 2017.

Il-punt (13) tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1473 tal-14 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 4).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/872 tat-22 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 134, 23.5.2017, p. 6).

(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842 tal-14 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifikat elettroniku ta' spezzjoni għall-prodotti organiċi importati u għal ċerti affarijiet oħrajn u r-Regolament (KE) Nru 889/2008 dwar ir-rekwiżiti għall-prodotti organiċi ppreservati jew ipproċessati u t-trażmissjoni tal-informazzjoni (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 19).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata dwar il-Costa Rica qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 5, ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi CR-BIO-001 titħassar u r-ringieli tan-numri tal-kodiċi CR-BIO-002, CR-BIO-004 u CR-BIO-006 jinbidlu b'dan li ġej:

“CR-BIO-002

Kiwa BCS Costa Rica Limitada

www.kiwa.lat

CR-BIO-004

Control Union Perú

www.cuperu.com

CR-BIO-006

PrimusLabs.com CR S.A.

www.primusauditingops.com”

(b)

il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

Korpi għall-ħruġ taċ-ċertifikati: bħal fil-punt 5.”

(2)

Fl-entrata li tittratta l-Ġappun, il-punt 5 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi JP-BIO-001, JP-BIO-007 u JP-BIO-018 jinbdlu b'dan li ġej:

“JP-BIO-001

Hyogo prefectural Organic Agriculture Society, HOAS

www.hyoyuken.org

JP-BIO-007

Bureau Veritas Japan Co., Ltd

http://certification.bureauveritas.jp/cer-business/jas/nintei_list.html

JP-BIO-018

Organic Certification Association

http://yuukinin.org/index.html”

(b)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“JP-BIO-036

Japan Food Research Laboratories

http://www.jfrl.or.jp/jas.html

JP-BIO-037

Leafearth Company

http://www.leafearth.jp”

(3)

Fl-entrata dwar New Zealand, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Awtorità kompetenti: Il-Ministeru għall-Industriji Primarji (MPI)

http://www.mpi.govt.nz/exporting/food/organics/”

(4)

L-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 5, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“KR-ORG-024

Industry-Academic Cooperation Foundation, SCNU

http://siacf.scnu.ac.kr/web/siacf/home”

(b)

il-punt 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat.”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

Tul l-Anness kollu, fil-punt 5 ta' kull entrata, id-data “30 ta' Ġunju 2018” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2021”.

(2)

Fl-entrata dwar “Albinspekt”, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: ‘Rr. Kavajes’, Nd.132, Hy.9, Kati 8, Ap.43 (Perballe pallatit me shigjeta), Tirana, l-Albanija”

(3)

Wara l-entrata dwar “Balkan Biocert Skopje”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

““BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd.”

1.

Indirizz: Atatürk Mahallesi 1014 Sokak No:9/5, 35920 Selçuk- ZMR, it-Turkija

2.

Sit web: http://basakekolojik.com.tr

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

TU-BIO-175

It-Turkija

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021.”

(4)

Wara l-entrata dwar “Bioagricert Srl”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

““BIOCert Indonesia”

1.

Indirizz: Jl. Perdana Raya Budi Agung Ruko A1 Cimanggu Residence, 16165 Bogor, l-Indonesja

2.

Sit web: http://www.biocert.co.id

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

ID-BIO-176

l-Indoneżja

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021.”

(5)

Fl-entrata dwar “Bio.inspecta AG” fil-punt 3 jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

“AF-BIO-161

L-Afganistan

x

x

CN-BIO-161

Iċ-Ċina

x

x

NP-BIO-161

In-Nepal

x

x

—”

(6)

Wara l-entrata dwar “Bio Latina Certificadora”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

““Bolicert Ltd”

1.

Indirizz: Street Colon 756, floor 2, office 2 A, Edif. Valdivia Casilla 13030, La Paz, il-Bolivja

2.

Sit web: http://www.bolicert.org

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

BO-BIO-126

Il-Bolivja

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021.”

(7)

Fl-entrata dwar “CCPB Srl”,

(a)

fil-punt 3 jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AE-BIO-102

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

x

x

x

AF-BIO-102

L-Afganistan

x

x

AL-BIO-102

L-Albanija

x

x

x

x

x

AM-BIO-102

L-Armenja

x

x

AZ-BIO-102

L-Ażerbajġan

x

x

x

x

BY-BIO-102

Il-Belarussja

x

x

x

DZ-BIO-102

L-Alġerija

x

x

x

x

x

ET-BIO-102

L-Etjopja

x

x

GH-BIO-102

Il-Ghana

x

x

KG-BIO-102

Il-Kirgiżistan

x

x

x

x

KZ-BIO-102

Il-Każakistan

x

x

x

MD-BIO-102

Il-Moldova

x

x

x

NG-BIO-102

In-Niġerja

x

x

QA-BIO-102

Il-Qatar

x

x

x

RS-BIO-102

Is-Serbja

x

x

x

RU-BIO-102

Ir-Russja

x

x

x

SN-BIO-102

Is-Senegal

x

x

TH-BIO-102

It-Tajlandja

x

x

x

TJ-BIO-102

It-Taġikistan

x

x

x

TM-BIO-102

It-Turkmenistan

x

x

x

UA-BIO-102

L-Ukrajna

x

x

x

x

UG-BIO-102

L-Uganda

x

UZ-BIO-102

L-Użbekistan

x

x

ZA-BIO-102

L-Afrika t'Isfel

x

x

x

x

x”

(b)

fir-ringiela dwar it-Tuneżija, jiżdied salib fil-kolonna D;

(c)

il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”

(8)

L-entrata dwar “Control Union Certifications” hi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AU-BIO-149

L-Awstralja

x

x

x

x

BN-BIO-149

Il-Brunei

x

x

x

x

x

x

CK-BIO-149

Il-Gżejjer Cook

x

x

x

x

x

x

GD-BIO-149

Il-Grenada

x

x

x

x

x

x

GE-BIO-149

Il-Georgia

x

x

x

x

x

x

GY-BIO-149

Il-Guyana

x

x

x

x

x

x

JO-BIO-149

Il-Ġordan

x

x

x

x

x

x

KW-BIO-149

Il-Kuwajt

x

x

x

x

x

x

LB-BIO-149

Il-Libanu

x

x

x

x

x

x

NZ-BIO-149

In-New Zealand

x

x

PF-BIO-149

Il-Polineżja Franċiża

x

x

x

x

x

x

PG-BIO-149

Il-Papua New Guinea

x

x

x

x

x

x

SC-BIO-149

Is-Seychelles

x

x

x

x

x

x

ST-BIO-149

São Tomé u Príncipe

x

x

x

x

x

x

TJ-BIO-149

It-Taġikistan

x

x

x

x

x

x

TM-BIO-149

It-Turkmenistan

x

x

x

x

x

x

TN-BIO-149

It-Tuneżija

x

TO-BIO-149

It-Tonga

x

TV-BIO-149

It-Tuvalu

x

VE-BIO-149

Il-Venezwela

x

x

x

x

x

x”

(b)

il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III.”

(9)

Fl-entrata dwar“Ecocert SA”, il-punt 3 hu emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal din ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AR-BIO-154

L-Arġentina

x

x

—”

(b)

fir-ringieli dwar il-Georgia u l-Mozambik, jiżdied salib fil-kolonna E;

(c)

fir-ringieli dwar il-Ġappun, il-Kirgiżistan u ż-Żimbabwe, jiżdied salib fil-kolonna B;

(d)

fir-ringieli dwar il-Paragwaj u l-Urugwaj, jiżdied salib fil-kolonna F.

(10)

L-entrata dwar “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, hi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BO-BIO-144

Il-Bolivja

x

x

CL-BIO-144

Iċ-Ċilì

x

x

x

x

CO-BIO-144

Il-Kolombja

x

x

CR-BIO-144

Il-Costa Rica

x

LA-BIO-144

Il-Laos

x

x

US-BIO-144

L-Istati Uniti

x

x

—”

(b)

il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid u prodotti koperti bl-Anness III.”

(11)

L-entrata dwar “Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)” hija mħassra.

(12)

Fl-entrata dwar “IMOcert Latinoamérica Ltda.”, fil-punt 3, ir-ringieli li għandhom x'jaqsmu mal-Arġentina u l-Costa Rica jinbidlu b'dan li ġej:

“AR-BIO-123

L-Arġentina

x

CR-BIO-123

Il-Costa Rica

x

x

—”

(13)

L-entrata dwar “IMOswiss AG” hija mħassra.

(14)

Fl-entrata dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Sit web: www.kiwabcs-oeko.com”

(15)

Fl-entrata dwar “Letis S.A”, fil-punt 3 jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AF-BIO-135

L-Afganistan

x

 

x

ET-BIO-135

L-Etjopja

x

 

x

IR-BIO-135

L-Iran

x

 

x

KZ-BIO-135

Il-Każakistan

x

 

x

MD-BIO-135

Il-Moldova

x

 

x

PK-BIO-135

Il-Pakistan

x

 

x

RU-BIO-135

Ir-Russja

x

 

x

TJ-BIO-135

It-Taġikistan

x

 

x

TR-BIO-135

It-Turkija

x

 

x

UA-BIO-135

L-Ukrajna

x

 

x

—”

(16)

L-entrata dwar “Organic agriculture certification Thailand”, hija emendata kif ġej:

(a)

l-isem jinbidel b'dan li ġej:

“‘Organic Agriculture Certification Thailand (ACT)’”

(b)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: 102 Moo 2, Soi Ngamwongwan 23, Ngamwongwan Road, Muang District, Nonthaburi 11000, it-Tajlandja.”

(17)

Fl-entrata dwar “Organic Control System”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“BA-BIO-162

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

—”

(18)

L-entrata dwar “Organic Standard” hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3, fir-ringieli dwar il-Kirgiżitan, il-Każakistan, il-Moldova u r-Russja, jiżdied salib fil-kolonna B;

(b)

il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(19)

Fl-entrata dwar “Organska Kontrola”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“XK-BIO-101

Il-Kosovo (*1)

x

x

x

(20)

Fl-entrata dwar “ORSER” fil-punt 3 jiddaħħlu dawn ir-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AZ-BIO-166

L-Ażerbajġan

x

x

BA-BIO-166

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

GE-BIO-166

Il-Georgia

x

x

IR-BIO-166

L-Iran

x

x

KG-BIO-166

Il-Kirgiżistan

x

x

KZ-BIO-166

Il-Każakistan

x

x

NP-BIO-166

In-Nepal

x

x

—”

(21)

Wara l-entrata dwar “Quality Partner”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

““Servicio de Certificación CAAE S.L.U.”

1.

Indirizz: Avenida Emilio Lemos, 2 mod. 603, 41020 Seville, Spanja

2.

Sit web: http://www.caae.es

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

BO-BIO-178

Il-Bolivja

x

x

EC-BIO-178

L-Ekwador

x

x

MA-BIO-178

Il-Marokk

x

x

MX-BIO-178

Il-Messiku

x

x

PE-BIO-178

Il-Perù

x

x

TR-BIO-178

It-Turkija

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021.”

(22)

Wara l-entrata dwar “Suolo e Salute Srl”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

““Tse-Xin Organic Certification Corporation”

1.

Indirizz: 7F., No.75, Sec.4, Nanjing E. R., Songshan Dist., Taipei City 105, it-Tajwan (R.O.C.)

2.

Sit web: http://www.tw-toc.com/en

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

Numru tal-Kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija tal-prodotti

A

B

C

D

E

F

TW-BIO-174

It-Tajwan

x

x

4.

Ħlief: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid.

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2021.”


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”


ANNESS III

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fin-nota korrispondenti tal-kaxxa 12, ir-referenza għall-“kaxxa 24” tinbidel għall-“kaxxa 21”.