14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/53 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2314
tat-13 ta' Diċembru 2017
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Novembru 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti. |
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li ma tressqux skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
I.A
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018 (f'kg) |
09.4590 |
— |
— |
09.4599 |
— |
— |
09.4591 |
— |
— |
09.4592 |
— |
— |
09.4593 |
— |
— |
09.4594 |
— |
— |
09.4595 |
— |
— |
09.4596 |
— |
— |
I.F
Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera |
||
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018 (f'kg) |
09.4155 |
— |
— |
I.H
Prodotti li joriġinaw min-Norveġja |
||
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018 (f'kg) |
09.4179 |
— |
2 707 600 |
I.I
Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda |
||
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018 (f'kg) |
09.4205 |
— |
— |
09.4206 |
— |
— |
I.K
Prodotti li joriġinaw min-New Zealand |
||
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018 (f'kg) |
09.4514 |
— |
7 000 000 |
09.4515 |
— |
4 000 000 |
09.4182 |
— |
16 806 000 |
09.4195 |
— |
20 540 500 |
I.L
Prodotti li joriġinaw mill-Ukraina |
||
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2018 sat-30.6.2018 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2018 sal-31.12.2018 (f'kg) |
09.4600 |
— |
3 777 000 |
09.4601 |
— |
1 250 000 |
09.4602 |
0,608872 |
— |