14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2309
tat-13 ta' Diċembru 2017
għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2017 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1345 (10) stabbilixxa tnaqqis ta' kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd eċċessiv ta' dawk l-istokkijiet fis-snin ta' qabel. |
(5) |
Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta' jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li nstadu b'mod eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2017. |
(6) |
L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li, jekk ma jkunx possibbli li jsir tnaqqis fuq l-istokk li nstad b'mod eċċessiv fis-sena ta' wara dik is-sena fejn sar is-sajd eċċessiv, għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma għandux kwota disponibbli, it-tnaqqis għandu jsir fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 (11) jenħtieġ li t-tali tnaqqis preferibbilment isir minn kwoti allokati għal stokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet is-sajd li jeċċedi l-kwota, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat l-iskartar tal-ħut fis-sajd imħallat. |
(7) |
L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati dwar it-tnaqqis propost minn kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn differenti minn dawk li kienu suġġetti għas-sajd eċċessiv. |
(8) |
Fl-2016, Spanja stadet aktar mill-kwota tagħha għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku (WHM/ATLANT). It-tnaqqis dovut ġie applikat wara r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 sal-massimu tal-kwota disponibbli għall-marlin abjad fl-2017, f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni 2012/C 72/07. Billi l-kwota tal-marlin abjad għall-2017 fl-Oċean Atlantiku mhijiex suffiċjenti, Spanja, permezz ta' ittra bid-data tad-9 ta' Awwissu 2017, talbet li jiġi applikat it-tnaqqis li jifdal, inkluż tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti, fuq il-kwota tal-pixxispad għall-2017 fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N (SWO/AN05N). Dik it-talba jenħtieġ li tiġi aċċettata f'konformità mal-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
(9) |
Fl-2016, Spanja stadet aktar mill-kwota tagħha għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N (ALB/AN05N). Permezz ta' ittra tal-20 ta' Lulju 2017, Spanja talbet li jitqassam it-tnaqqis dovut fuq tliet snin. Fid-dawl tal-informazzjoni li ngħatat u meta wieħed iqis li l-paragrafu 5 tar-Rakkomandazzjoni Supplementari 13-05 tal-ICCAT, fir-rigward tal-programm ta' reabilitazzjoni tal-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku (12), jistabbilixxi li s-sajd żejjed għandu jitnaqqas fi żmien massimu ta' sentejn, it-tixrid ugwali tat-tnaqqis fuq perjodu ta' sentejn jista'eċċezzjonalment jiġi aċċettat b'mod alternattiv. |
(10) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet tas-sajd Spanjoli skoprew li ċ-ċifri dwar il-qbid għall-2016 mibgħuta lill-Kummissjoni għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, kienu żbaljati. Abbażi tad-dejta kkoreġuta trażmessa minn Spanja fl-4 ta' Awwissu 2017, jidher li l-kwota ta' Spanja għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, inqabżet b'ammont iżgħar minn dak ikkunsidrat għat-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345. It-tnaqqis mill-kwota Spanjola tal-2017 għall-alonga fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġustat. |
(11) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345, l-awtoritajiet Portugiżi sabu li ċ-ċifri għall-qabda tal-2016 trażmessi lill-Kummissjoni għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, (SWO/AN05N) kienu żbaljati. Abbażi tad-dejta kkoreġuta mibgħuta mill-Portugall fit-22 ta' Awwissu 2017, jidher li l-kwota Portugiża għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, inqabżet b'ammont iżgħar minn dak ikkunsidrat għat-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345. It-tnaqqis fil-kwota Portugiża għall-2017 għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N, għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġustat. |
(12) |
Fis-17 ta' Mejju 2017, il-Litwanja talbet biex jiġu aġġornati id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħha rigward il-kavalli fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi IVa (MAC/* 4 A-EN). Abbażi ta' dejta aġġornata mibgħuta mil-Litwanja fl-istess data, jidher li l-kwota Litwana għall-2016 inqabżet għall-kavalli fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi IVa kif ukoll l-istokk ġenitur, jiġifieri l-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV (MAC/2CX14-). It-tnaqqis korrispondenti għaldaqstant jenħtieġ li jiġi miżjud mal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345. |
(13) |
Fl-10 ta' Awwissu 2017, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li l-qabdiet inċidentali ta' mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV (DGS/* 15X14) kienu ġew irrappurtati b'mod żbaljat. Wara l-korrezzjonijiet ippreżentati fit-30 ta' Awwissu 2017 mir-Renju Unit f'sistema ta' rappurtar tad-dejta dwar il-qabdiet aggregati, jidher li l-użu ta' qabdiet inċidentali ta' mazzola griża fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV, baqa' taħt il-kwota allokata għall-2016. Għalhekk, jenħtieġ li t-tnaqqis korrispondenti jitneħħa mill-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345. |
(14) |
F'Ottubru 2017, korrezzjoni fl-algoritmi tas-sistema ta' rappurtar tad-dejta dwar il-qabdiet aggregati kixfet is-sajd żejjed mid-Danimarka tal-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet ta' Greenland fiż-żona NAFO 1 (PRA/N1GRN.). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Wara bidliet fid-definizzjonijiet taż-żoni tal-istokk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/127 sabiex jippermettu r-rappurtar preċiż tal-qabdiet, it-tnaqqis applikabbli lin-Netherlands għal sajd żejjed tal-pollakkju iswed fiż-żoni III u IV; fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIb, IIIc u fl-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22-32 (POK/2A34) fis-sena 2016 jenħtieġ li issa jiġi applikat għall-kwota tal-pollakkju iswed għall-2017 fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni IIa (POK/2C3A4). |
(16) |
Fl-2017, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), fil-parir tiegħu u skont il-punt ta' riferiment għall-2016, kien emenda ż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell. Għalhekk, it-tnaqqis dovut mid-Danimarka u r-Renju Unit wara s-sajd żejjed għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żona ta' ġestjoni 1 għaċ-ċiċċirell (SAN/234_1) fl-2016 huwa mħaddem fuq il-kwota tal-2017 għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tal-ġestjoni taċ-ċiċċirell 1r (SAN234_1R). |
(17) |
Barra minn hekk, ċertu tnaqqis stipulat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jidher li huwa akbar mill-kwota addattata disponibbli għas-sena 2017 u, b'riżultat ta' dan, it-tnaqqis ma jistax isir kollu f'dik is-sena. Skont il-Komunikazzjoni Nru 2012/C 72/07, jenħtieġ li l-ammonti li jifdal jitnaqqsu mill-kwoti addattati disponibbli għas-snin ta' wara sa ma jintradd lura l-ammont kollu tas-sajd eċċessiv. |
(18) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2017 li huma stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/1903, (UE) 2016/2285, (UE) 2016/2372 u (UE) 2017/127 li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tat-twettiq tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 tat-18 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 16, 23.1.2016, p. 1).
(6) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 1).
(7) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).
(8) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372 tad-tad-19 ta' Diċembru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 26).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1345 tat-18 ta' Lulju 2017 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 186, 19.7.2017, p. 6).
(11) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2012/C 72/07) (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).
(12) https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2013-05-e.pdf
ANNESS I
TNAQQIS MILL-KWOTI GĦALL-ISTOKKIJIET ALTERNATTIVI
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Il-ħatt l-art permess għall-2016 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali 2016 (kwantità f'kilogrammi) |
Konsum tal-kwota (%) |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi) |
Fattur ta' Multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi) |
Tnaqqis 2017 (kwantità f'kilogrammi) |
Tnaqqis diġà applikat fl-2017 fuq l-istess stokk (kwantità f'kilogrammi) (6) |
Kwantità li jifdal li għandha titnaqqas fuq stokk alternattiv (f'kilogrammi) |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
|
||||||||||||||
DE |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
2 118 |
Ma japplikax |
2 118 |
/ |
/ |
/ |
2 118 |
0 |
2 118 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DE |
ARU |
34-C. |
Arġentina silus |
L-ilmijiet tal-Unjoni III u IV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
2 118 |
|
||||||||||||||
DK |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
1 350 |
Ma japplikax |
1 350 |
/ |
/ |
/ |
1 350 |
0 |
1 350 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
NEP |
2AC4-C |
Skampu |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
1 350 |
|
||||||||||||||
DK |
NOP |
04-N. |
Merluzz tan-Norveġja |
L-ilmijiet Norveġiżi IV |
0 |
22 880 |
Ma japplikax |
22 880 |
/ |
/ |
/ |
22 880 |
/ |
22 880 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
NOP |
2A3A4. |
Merluzz tan-Norveġja |
IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
22 880 |
|
||||||||||||||
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
0 |
3 920 |
Ma japplikax |
3 920 |
/ |
/ |
/ |
3 920 |
/ |
3 920 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
POK |
2C3A4 |
Pollakkju iswed |
IIIa and IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
3 920 |
|
||||||||||||||
DK |
SAN |
04-N. |
Ċiċċirella |
L-ilmijiet Norveġiżi IV |
0 |
19 860 |
Ma japplikax |
19 860 |
/ |
/ |
/ |
19 860 |
/ |
19 860 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
DK |
SAN |
234_2R |
Ċiċċirella |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIa u IV (żona ta' ġestjoni 2 taċ-ċiċċirella) |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
19 860 |
|
||||||||||||||
ES |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
0 |
13 396 |
Ma japplikax |
13 396 |
/ |
A |
/ |
20 094 |
/ |
20 094 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
ES |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
20 094 |
|
||||||||||||||
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
9 000 |
27 600 |
306,67 % |
18 600 |
1.0 |
A |
/ |
27 900 |
/ |
27 900 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
ES |
RED |
1N2AB |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
27 900 |
|
||||||||||||||
ES |
WHM |
ATLANT |
Marlin abjad |
L-Oċean Atlantiku |
2 460 |
9 859 |
400,77 % |
7 399 |
1,0 |
A |
138 994 |
150 092 |
2 427 |
147 665 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
ES |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
147 665 |
|
||||||||||||||
FR |
POK |
1/2/INT |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet internazzjonali I u II |
0 |
2 352 |
Ma japplikax |
2 352 |
/ |
/ |
/ |
2 352 |
/ |
2 352 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
FR |
POK |
2C3A4 |
Pollakkju iswed |
IIIa u IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa |
|
|
|
|
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
2 352 |
|
||||||||||||||
FR |
RED |
51214S |
Redfish (pelaġiku tal-baxx) |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali V; l-ilmijiet internazzjonali XII u XIV |
0 |
29 827 |
Ma japplikax |
29 827 |
/ |
/ |
/ |
29 827 |
/ |
29 827 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
FR |
BLI |
5B67- |
Linarda |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali Vb, VI u VII |
|
|
|
|
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
29 827 |
|
||||||||||||||
IE |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
0 |
5 969 |
Ma japplikax |
5 969 |
/ |
/ |
/ |
5 969 |
/ |
5 969 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
IE |
HER |
1/2- |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, Norveġiżi u internazzjonali I u II |
|
|
|
|
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
5 969 |
|
||||||||||||||
NL |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
1 260 |
Ma japplikax |
1 260 |
/ |
/ |
/ |
1 260 |
/ |
1 260 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
NL |
COD |
2A3AX4 |
Bakkaljaw |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
1 260 |
|
||||||||||||||
NL |
HAD |
7X7A34 |
Merluzz tal-linja sewda |
VIIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
559 |
26 220 |
Ma japplikax |
25 661 |
/ |
/ |
/ |
25 661 |
/ |
25 661 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
NL |
HAD |
2AC4. |
Merluzz tal-linja sewda |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
25 661 |
|
||||||||||||||
PT |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
0 |
18 487 |
Ma japplikax |
18 487 |
/ |
/ |
/ |
18 487 |
/ |
18 487 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
PT |
RED |
1N2AB |
Redfish |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
18 487 |
|
||||||||||||||
UK |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
17 776 |
Ma japplikax |
17 776 |
/ |
/ |
/ |
17 776 |
/ |
17 776 |
Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk |
||||||||||||||
UK |
PLE |
2A3AX4 |
Barbun tat-tbajja' |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
17 776 |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2015 għall-2016 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skont l-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2014, 2015 u 2016. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2016 skont ir-Regolament (UE) 2016/2226 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/162 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed
(6) Il-kwantitajiet li jistgħu jitnaqqsu fuq l-istess stokk permezz tal-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
ANNESS II
ANNESS
TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwota oriġinali tal-2016 (f'kilogrammi) |
Il-ħatt l-art permess għall-2016 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali 2016 (kwantità f'kilogrammi) |
Il-konsum tal-kwota relatat mal-ħatt l-art permess |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi) |
Fattur ta' Multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi) |
Tnaqqis li għandu jsir fl-2017 (kwantità f'kilogrammi) (6) |
Tnaqqis diġà applikat fl-2017 (kwantità f'kilogrammi (7) |
Għandu jitnaqqas fl-2018 u fis-sena/snin ta' wara (kwantità f'kilogrammi) |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
(16) |
BE |
SOL |
7FG. |
Lingwata komuni |
VIIf u VIIg |
487 000 |
549 565 |
563 401 |
102,52 % |
13 836 |
/ |
/ |
/ |
13 836 |
13 836 |
/ |
BE |
SOL |
8AB. |
Lingwata komuni |
VIIIa u VIIIb |
42 000 |
281 638 |
287 659 |
102,14 % |
6 021 |
/ |
C (8) |
/ |
6 021 |
6 021 |
/ |
BE |
SRX |
07D. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIId |
87 000 |
86 919 |
91 566 |
105,35 % |
4 647 |
/ |
/ |
/ |
4 647 |
4 647 |
/ |
BE |
T/B |
2AC4-C |
Barbun imperjali u barbun lixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
329 000 |
481 000 |
514 275 |
106,92 % |
33 275 (9) |
/ |
/ |
/ |
33 275 |
33 275 |
/ |
DE |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
0 |
2 118 |
Ma japplikax |
2 118 |
/ |
/ |
/ |
2 118 |
2 118 |
/ |
DE |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV |
22 751 000 |
21 211 759 |
22 211 517 |
104,71 % |
999 758 |
/ |
/ |
/ |
999 758 |
999 758 |
/ |
DK |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
0 |
1 350 |
Ma japplikax |
1 350 |
/ |
/ |
/ |
1 350 |
1 350 |
/ |
DK |
HER |
1/2- |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, Norveġiżi u internazzjonali I u II |
7 069 000 |
10 331 363 |
10 384 320 |
100,51 % |
52 957 |
/ |
/ |
/ |
52 957 |
52 957 |
/ |
DK |
JAX |
4BC7D |
Sawrell u ħut ieħor assoċjat |
L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IVb, IVc u VIId |
5 519 000 |
264 664 |
265 760 |
100,42 % |
1 096 |
/ |
/ |
/ |
1 096 |
1 096 |
/ |
DK |
MAC |
2A34. |
Kavalli |
IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIb, IIIc u l-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22-32 |
19 461 000 |
13 354 035 |
14 677 440 |
109,91 % |
1 323 405 |
/ |
/ |
/ |
1 323 405 |
1 323 405 |
/ |
DK |
MAC |
2A4 A-N |
Kavalli |
L-ilmijiet Norveġiżi IIa u IV |
14 043 000 |
14 886 020 |
16 351 930 |
109,85 % |
1 465 910 |
/ |
/ |
/ |
1 465 910 |
1 465 910 |
/ |
DK |
NOP |
04-N. |
Merluzz tan-Norveġja |
L-ilmijiet Norveġiżi IV |
0 |
0 |
22 880 |
Ma japplikax |
22 880 |
/ |
/ |
/ |
22 880 |
22 880 |
/ |
DK |
OTH |
*2AC4C |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
6 018 300 |
3 994 920 |
4 508 050 |
112,84 % |
513 130 |
1.2 |
/ |
/ |
615 756 |
615 756 |
/ |
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
/ |
0 |
3 920 |
Ma japplikax |
3 920 |
/ |
/ |
/ |
3 920 |
3 920 |
/ |
DK |
PRA |
N1GRN. |
Gamblu tat-Tramuntana |
Ilmijiet Greenlandiżi ta' NAFO 1 |
1 300 000 |
2 700 000 |
2 727 690 |
101,03 % |
27 690 |
/ |
/ |
/ |
27 690 |
27 690 |
/ |
DK |
SAN |
04-N. |
Ċiċċirella |
L-ilmijiet Norveġiżi IV |
0 |
0 |
19 860 |
Ma japplikax |
19 860 |
/ |
/ |
/ |
19 860 |
19 860 |
/ |
DK |
SAN |
234_1 (11) |
Ċiċċirella |
Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni |
12 263 000 |
12 517 900 |
12 525 750 |
100,06 % |
7 850 |
/ |
/ |
/ |
7 850 |
7 850 |
/ |
ES |
ALB |
AN05N |
Alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N |
14 917 370 |
14 754 370 |
16 645 498 |
112,82 % |
1 891 128 |
1.2 |
/ |
/ |
2 269 354 |
1 134 677 (12) |
1 134 677 (12) |
ES |
ALF |
3X14- |
Fonsa ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
67 000 |
86 159 |
79 185 |
91,90 % |
– 6 974 |
/ |
/ |
817 |
0 |
0 |
/ |
ES |
BSF |
8910- |
Ċinturin Iswed |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali VIII, IX u X |
12 000 |
24 004 |
16 419 |
68,41 % |
– 7 585 |
/ |
/ |
2 703 |
0 |
0 |
/ |
ES |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
0 |
0 |
13 396 |
Ma japplikax |
13 396 |
/ |
A |
/ |
20 094 |
20 094 |
/ |
ES |
COD |
1/2B. |
Bakkaljaw |
I u IIb |
13 192 000 |
9 730 876 |
9 731 972 |
100,01 % |
1 096 |
/ |
/ |
/ |
1 096 |
1 096 |
/ |
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
/ |
9 000 |
27 600 |
306,67 % |
18 600 |
1.0 |
A |
/ |
27 900 |
27 900 |
/ |
ES |
GHL |
N3LMNO |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
Iż-żona 3LMNO tan-NAFO |
4 067 000 |
4 070 000 |
4 072 999 |
100,07 % |
2 999 |
/ |
C (8) |
/ |
2 999 |
2 999 |
/ |
ES |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
876 000 |
459 287 |
469 586 |
102,24 % |
10 299 |
/ |
/ |
/ |
10 299 |
10 299 |
/ |
ES |
SRX |
89-C. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIII u IX |
1 057 000 |
925 232 |
956 878 |
103,42 % |
31 646 |
/ |
A |
131 767 |
179 236 |
179 236 |
/ |
ES |
WHM |
ATLANT |
Marlin abjad |
L-Oċean Atlantiku |
2 460 |
2 460 |
9 859 |
400,77 % |
7 399 |
1.0 |
A |
138 994 |
150 092 |
150 092 (13) |
/ |
FR |
LIN |
04-C. |
Lipp |
L-ilmijiet tal-Unjoni IV |
162 000 |
262 351 |
304 077 |
115,91 % |
41 726 |
1.0 |
/ |
/ |
41 726 |
41 726 |
/ |
FR |
POK |
1/2/INT |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet internazzjonali I u II |
0 |
0 |
2 352 |
Ma japplikax |
2 352 |
/ |
/ |
/ |
2 352 |
2 352 |
/ |
FR |
RED |
51214S |
Redfish (pelaġiku tal-baxx) |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali V; l-ilmijiet internazzjonali XII u XIV |
0 |
0 |
29 827 |
Ma japplikax |
29 827 |
/ |
/ |
/ |
29 827 |
29 827 |
/ |
FR |
SBR |
678- |
Paġella ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali V, VII u VIII |
6 000 |
28 817 |
31 334 |
108,72 % |
2 517 |
/ |
/ |
/ |
2 517 |
2 517 |
/ |
FR |
SRX |
07D. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIId |
663 000 |
630 718 |
699 850 |
110,96 % |
69 132 |
1,0 |
A |
/ |
103 698 |
103 698 |
/ |
FR |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
3 255 000 |
3 641 000 |
39 254 |
101,08 % |
39 254 |
/ |
/ |
/ |
39 254 |
39 254 |
/ |
FR |
WHG |
08. |
Merlangu |
VIII |
1 524 000 |
2 406 000 |
2 441 333 |
101,47 % |
35 333 |
/ |
/ |
/ |
35 333 |
35 333 |
/ |
IE |
PLE |
7FG. |
Barbun tat-tbajja' |
VIIf u VIIg |
200 000 |
66 332 |
67 431 |
101,66 % |
1 099 |
/ |
/ |
/ |
1 099 |
1 099 |
/ |
IE |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
/ |
0 |
5 969 |
Ma japplikax |
5 969 |
/ |
/ |
/ |
5 969 |
5 969 |
/ |
IE |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
1 048 000 |
949 860 |
980 960 |
103,27 % |
31 056 |
/ |
A (8) |
/ |
31 056 |
31 056 |
/ |
LT |
MAC |
*4 A-EN |
Kavalli |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa; L-ilmijiet tal-Unjoni u Norveġiżi IVa. |
0 |
900 000 |
901 557 |
100,17 % |
1 557 |
/ |
/ |
/ |
1 557 |
1 557 |
/ |
LT |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali IIa, XII u XIV |
140 000 |
2 027 000 |
2 039 332 |
100,61 % |
12 332 |
/ |
/ |
/ |
12 332 |
12 332 |
/ |
NL |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
0 |
1 260 |
Ma japplikax |
1 260 |
/ |
/ |
/ |
1 260 |
1 260 |
/ |
NL |
HAD |
7X7A34 |
Merluzz tal-linja sewda |
VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
/ |
559 |
26 220 |
Ma japplikax |
25 661 |
/ |
/ |
/ |
25 661 |
25 661 |
/ |
NL |
HER |
*25B-F |
Aringi |
II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe) |
736 000 |
477 184 |
476 491 |
99,86 % |
– 693 |
/ |
/ |
23 551 |
22 858 |
22 858 |
/ |
NL |
OTH |
*2 A-14 |
Qabdiet aċċessorji assoċjati mas-sawrell (minfaħ, merlangu u kavall) |
l-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IVa, VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali XII u XIV |
1 663 800 |
1 777 300 |
2 032 689 |
114,37 % |
255 389 |
1,2 |
/ |
/ |
306 467 |
306 467 |
/ |
NL |
POK |
2A34. (14) |
Pollakkju iswed |
IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIb, IIIc u l-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22-32 |
68 000 |
110 846 |
110 889 |
100,04 % |
43 (10) |
/ |
/ |
1 057 |
1 057 |
1 057 |
/ |
NL |
T/B |
2AC4-C |
Barbun imperjali u barbun lixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
2 493 000 |
2 551 261 |
2 737 636 |
107,31 % |
186 375 |
/ |
/ |
/ |
186 375 |
186 375 |
/ |
PT |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
49 550 |
49 550 |
50 611 |
102,14 % |
1 061 |
/ |
/ |
/ |
1 061 |
1 061 |
/ |
PT |
GHL |
1N2AB |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
L-ilmijiet Norveġiżi I u II |
/ |
0 |
18 487 |
Ma japplikax |
18 487 |
/ |
/ |
/ |
18 487 |
18 487 |
/ |
PT |
MAC |
8C3411 |
Kavalli |
VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
6 971 000 |
6 313 658 |
6 823 967 |
108,08 % |
510 309 |
/ |
/ |
/ |
510 309 |
510 309 |
/ |
PT |
SRX |
89-C. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIII u IX |
1 051 000 |
1 051 000 |
1 068 676 |
101,68 % |
17 676 |
/ |
/ |
/ |
17 676 |
17 676 |
/ |
PT |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N |
1 161 950 |
1 541 950 |
1 560 248 |
101,19 % |
18 298 |
/ |
/ |
/ |
18 298 |
18 298 |
/ |
UK |
DGS |
2AC4-C |
Mazzola griża |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
0 |
0 |
17 776 |
Ma japplikax |
17 776 |
/ |
/ |
/ |
17 776 |
17 776 |
/ |
UK |
HER |
4AB. |
Aringi |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N |
70 348 000 |
70 710 390 |
73 419 998 |
103,83 % |
2 709 608 |
/ |
/ |
|
2 709 608 |
2 709 608 |
/ |
UK |
MAC |
2CX14- |
Kavalli |
VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali Vb; l-ilmijiet internazzjonali IIa, XII u XIV |
208 557 000 |
195 937 403 |
209 143 232 |
106,74 % |
13 205 829 |
/ |
A (8) |
/ |
13 205 829 |
13 205 829 |
/ |
UK |
SAN |
234_1 (11) |
Ċiċċirella |
Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni |
268 000 |
0 |
0 |
Ma japplikax |
0 |
/ |
/ |
1 466 168 |
1 466 168 |
1 466 168 |
/ |
UK |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k |
2 076 000 |
2 006 000 |
2 008 431 |
100,12 % |
2 431 |
/ |
/ |
/ |
2 431 |
2 431 |
/ |
UK |
T/B |
2AC4-C |
Barbun imperjali u barbun lixx |
L-ilmijiet tal-Unjoni IIa u IV |
693 000 |
522 000 |
544 680 |
104,34 % |
22 680 |
/ |
/ |
/ |
22 680 |
22 680 |
/ |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2015 għall-2016 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skont l-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2014, 2015 u 2016. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2016 skont ir-Regolament (UE) 2016/2226 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/162 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.
(6) Tnaqqis li għandu jsir fl-2017
(7) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2017 li jista' jiġi effettivament applikat filwaqt li titqies il-kwota disponibbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(8) Il-fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(9) Fuq talba tal-Belġju, il-Kummissjoni ppermettiet ħatt l-art addizzjonali sa 10 % tal-kwota għal T/B skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
(10) Il-kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata waħda ma jitqisux.
(11) Għandu jitnaqqas minn (SAN/234_1R) (żona tal-ġestjoni 1r taċ-ċiċċirella).
(12) Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis ta' 2 269 354 kilo li jrid isir fl-2017 se jitqassam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2017 u l-2018).
(13) Li minnhom jitnaqqsu 2 427 kilo mill-kwota WHM/ATLANT għall-2017 u 147 665 kilo jitnaqqsu mill-kwota SWO/AN05N għall-2017.
(14) Għandu jitnaqqas minn POK/2C3A4.