13.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2293

tat-3 ta' Awwissu 2017

dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u prodotti tal-injam laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 (2) ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-prodotti tal-injam kontrolaminat u l-prodotti tal-injam laminat b'fuljetta fina huma prodotti għall-bini li għalihom japplika dak ir-Regolament Delegat.

(2)

It-testijiet urew li l-prodotti tal-injam kontolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u l-prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar diment li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet dwar il-forma tal-prodott kif ukoll l-installazzjoni tiegħu u d-densità u l-ħxuna medja tiegħu.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u l-prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 jitqiesu li jissodisfaw ċerta klassi ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar stabbilita bir-Regolament Delegat (UE) 2016/364 meta jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, mingħajr ma jenħtieġ aktar ittestjar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351 u l-prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni indikati fl-Anness, mingħajr ittestjar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4).


ANNESS

Tabella 1

Il-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-prodotti tal-injam kontrolaminat u prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina għall-ħitan u s-soqfa

Prodott (1)

Dettalji tal-prodott

Densità medja minima (2) (kg/m3)

Ħxuna globali minima (mm)

Klassi (3)

Prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351

Ħxuna minima tal-folja ta' 18 mm

350

54

D-s2, d0 (4)

Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374

Ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm

400

18

D-s2, d0 (4)


Tabella 2

Il-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-prodotti tal-injam kontrolaminat u prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina għall-pavimenti

Prodott (5)

Dettalji tal-prodott

Densità medja minima (6) (kg/m3)

Ħxuna globali minima (mm)

Klassi għall-pavimenti (7)

Prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351

b'ħxuna minima tal-folja ta' 18 mm u b'wiċċ magħmul mill-arżnu

430

54

DFL-s1 (8)

Prodotti tal-injam kontrolaminat koperti bl-istandard armonizzat EN 16351

b'ħxuna minima tal-folja ta' 18 mm u b'wiċċ magħmul mill-abit

400

54

DFL-s1 (8)

Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374

b'ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm u b'wiċċ magħmul mill-arżnu

480

15

DFL-s1 (8)

Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374

b'ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm u b'wiċċ magħmul mill-arżnu

430

20

DFL-s1 (8)

Prodotti tal-injam maqtugħ laminat b'fuljetta fina koperti bl-istandard armonizzat EN 14374

b'ħxuna minima tal-fuljetta fina ta' 3 mm u b'wiċċ magħmul mill-abit

400

15

DFL-s1 (8)


(1)  Japplika għall-ispeċijiet kollha u t-tipi kollha ta' kolla koperti bl-istandards tal-prodott.

(2)  Ikkundizzjonat f'konformità mal-istandard EN 13238.

(3)  Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.

(4)  Il-klassi hi valida għal kull sottostrat jew għal spazju għall-arja wara.

(5)  Japplika wkoll għat-turġien tat-taraġ.

(6)  Ikkundizzjonat f'konformità mal-istandard EN 13238.

(7)  Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.

(8)  Il-klassi hi valida għal kull sottostrat jew għal spazju għall-arja wara.