|
12.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2279
tal-11 ta' Diċembru 2017
li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 20(2) u 27(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun hemm tikkettar li jagħmel sens, b'ċerti lingwi tal-Unjoni jistgħu jintużaw ċerti espressjonijiet speċifiċi għall-għalf għall-annimali domestiċi. Xi żviluppi ġodda li kien hemm fis-settur tal-għalf għall-annimali domestiċi f'żewġ Stati Membri jissuġġerixxu li ċerti espressjonijiet speċifiċi li jintużaw għall-għalf għall-annimali domestiċi huma adegwati wkoll bil-lingwi ta' dawk l-Istati Membri. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Jenħtieġ li t-tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi u l-addittivi tal-għalf fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost jiġu riveduti minħabba l-progress teknoloġiku li sar fl-analitika u l-esperjenzi li nkisbu ta' prattika tajba tal-laboratorju. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Hemm għadd dejjem ikbar ta' awtorizzazzjonijiet tal-addittivi tal-għalf, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistabbilixxu l-kontenut massimu tal-addittivi tal-għalf fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost għal addittivi li għalihom ma kien ġie stabbilit l-ebda valur qabel u awtorizzazzjonijiet oħrajn li stabbilixxew il-kunċett il-ġdid ta' kontenut massimu rrakkomandat għal addittiv fl-għalf komplet. Barra minn hekk, it-teknoloġija tal-manifattura tal-għalf tista' twassal għal tnaqqis fl-għadd ta' addittivi, bħall-vitamini, li jiżdiedu fl-għalf u li jistgħu jkunu preżenti wkoll b'mod naturali fil-prodott aħħari. Fil-prattika dan jista' jwassal għal ambigwità jekk l-operatur ikollu jimmarka l-ammont miżjud fuq it-tikketta, imma l-awtorità ta' kontroll tkun tista' tanalizza u tivverifika biss l-ammont li jkun hemm fil-prodott aħħari. Sabiex jitqiesu dawn l-iżviluppi u jkun żgurat tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkun ibbilanċjat u adegwat u li jkun jagħmel sens, jenħtieġ li l-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu użu ikbar ta' ikel bħala għalf li m'għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (3) iniżżel it-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel bħala materjali tal-għalf. Madankollu, minħabba li xi kultant il-kwalità tat-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel tista' ma tkunx konformi mar-rekwiżiti għall-għalf, jenħtieġ li t-tikketti tat-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel juru li dawn jistgħu jintużaw bħala għalf biss wara li jiġu pproċessati. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Minħabba li għal raġunijiet ta' sikurezza l-emendi tal-Annessi mhux bil-fors jibdew jiġu applikati minnufih, sabiex ma jkunx hemm tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u sabiex l-operaturi ma jinħolqilhomx piż amministrattiv bla bżonn, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżitorji li jippermettu li jinbidlu bla xkiel it-tikketti. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew ittikkettati qabel l-1 ta' Jannar 2019 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew ittikkettati qabel l-1 ta' Jannar 2020 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).
ANNESS
(1)
L-Anness II huwa emendat kif ġej:il-punt 3(b) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(b) |
fid-deżinjazzjoni tal-għalf għall-annimali domestiċi għandhom jitħallew jintużaw l-espressjonijiet li ġejjin: bil-Bulgaru “храна”; bl-Ispanjol “alimento”; biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “kompletní krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “kompletní krmivo” u d-deżinjazzjoni “doplňková krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “doplňkové krmivo”; bl-Ingliż “pet food”; bit-Taljan “alimento”; bl-Ungeriż “állateledel”; bl-Olandiż “samengesteld voeder”; bil-Pollakk “karma”; bis-Sloven “hrana za hišne živali”; bil-Finlandiż “lemmikkieläinten ruoka”; bl-Estonjan “lemmikloomatoit”; u bil-Kroat “hrana za kućne ljubimce”.”. |
(2)
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:il-Parti A tinbidel b'dan li ġej:
“Parti A: Tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII
|
(1) |
It-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi analitiċi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-valuri stabbiliti fil-punt 2 jiġu adattati kif meħtieġ sabiex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi. |
|
(2) |
Meta jinstab li materjal tal-għalf jew għalf kompost ikollu kompożizzjoni li tkun tvarja mill-valur mogħti fuq it-tikketta tal-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3)
L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej:“ANNESS VI
Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel
Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)
|
1. |
L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom, man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:
Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat. L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza. |
|
2. |
Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”. |
|
3. |
Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 4 u 6 jistgħu jintużaw it-taqsiriet li ġejjin jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003:
|
|
4. |
L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika. |
|
5. |
Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma. |
|
6. |
L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom. |
|
7. |
Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, meta fuq it-tikketta jiġi indikat b'mod volontarju addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali, l-ammont miżjud tiegħu għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika. |
|
8. |
Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat. |
|
9. |
Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat. |
Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)
|
1. |
Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, u qabilhom għandu jitniżżel it-titlu “Kostitwenti analitiċi” (3):
|
|
2. |
Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom. |
|
3. |
Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(4)
L-Anness VII jinbidel b'dan li ġej:“ANNESS VII
Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel
Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)
|
1. |
L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom u/jew man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:
Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat. L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza. |
|
2. |
Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”. |
|
3. |
Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 5 u 7 jistgħu jintużaw it-taqsiriet mogħtija fit-tabella fil-punt 3 tal-Anness VI jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
4. |
L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika. |
|
5. |
B'deroga mill-punt 1, fil-każ tal-addittivi tal-gruppi funzjonali tal-“preżervattivi”, tal-“antiossidanti”, tal-“koloranti” u tal-“komposti tat-togħma”, irid jiġi indikat biss il-grupp funzjonali kkonċernat. F'dan il-każ, min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-informazzjoni msemmija fil-punti 1 u 2 jekk dan jitlobhielu. |
|
6. |
Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma. |
|
7. |
L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom. |
|
8. |
L-ammont miżjud tal-addittivi tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika, jekk dawn ikunu ġew indikati b'mod volontarju fuq it-tikketta. |
|
9. |
Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat. |
|
10. |
Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat. |
Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)
|
1. |
Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” (4):
|
|
2. |
Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom. |
|
3. |
Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(5)
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:|
(a) |
il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(b) |
jiżdied il-punt li ġej:
|
(1) It-tolleranzi qed jingħataw jew bħala valur perċentwali assolut (li jrid jitnaqqas mill-kontenut iddikjarat jew jiżdied miegħu) jew bħala valur relattiv immarkat bis-sinjal ‘%’ wara l-valur (li għandu jiġi applikat għall-kontenut iddikjarat biex tiġi kkalkulata d-devjazzjoni aċċettabbli).
(2) It-tolleranzi japplikaw meta ma tkun ġiet stabbilita l-ebda tolleranza skont metodu tal-UE jew skont metodu nazzjonali uffiċjali fl-Istat Membru li fih l-għalf jitqiegħed fis-suq jew skont metodu li jkun adotta l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (https://standards.cen.eu/dyn/www/f?p=204:32:0::::FSP_ORG_ID,FSP_LANG_ID:6308,25&cs=1C252307F473504B6354F4EE56B99E235).”.
(3) Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.
(4) Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.