|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2229
tal-4 ta' Diċembru 2017
li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-melamina u tad-dekokinat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/32/KE tipprevedi l-projbizzjoni tal-użu tal-prodotti maħsubin għall-għalf tal-annimali li jkun fihom is-sustanzi mhux mixtieqa f'livelli li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-ossidu tar-ram (I) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha (2). F'dik l-opinjoni jingħad li, f'ċerti każijiet, il-livelli taċ-ċomb fl-ossidu tar-ram (I) jaqbżu l-livelli massimi attwali tal-Unjoni għaċ-ċomb, iżda li dawn il-livelli ma jippreżentaw l-ebda tħassib dwar is-sikurezza minħabba li l-annimali se jkunu inqas esposti għaċ-ċomb mill-użu ta' dak l-addittiv milli se jkunu mill-użu ta' komposti tar-ram oħrajn li huma konformi mal-liġijiet tal-Unjoni. Abbażi tat-tagħrif ipprovdut, l-ossidu tar-ram (I) ma jistax jilħaq il-livell massimu taċ-ċomb fl-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-komposti tal-mikronutrijenti b'mod konsistenti meta wieħed japplika prattiki tajbin tal-manifattura. Huwa xieraq li l-livell massimu taċ-ċomb fl-ossidu tar-ram (I) jiġi adattat skont dan. |
|
(3) |
Ħafna koprodotti u prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel maħsubin għall-għalf għall-annimali domestiċi jsiru l-iktar mit-tonn. Il-livelli massimi attwali tal-merkurju għal dawk il-koprodotti u għal dawk il-prodotti sekondarji huma inqas mil-livell massimu tal-merkurju li japplika għat-tonn għall-konsum mill-bniedem, u dan iwassal biex ma jkunx hemm biżżejjed provvisti ta' dawk il-koprodotti u ta' dawk il-prodotti sekondarji li jkunu konformi mal-livell massimu tal-merkurju li jista' jintuża fl-għalf għall-annimali. Għalhekk huwa xieraq li l-livell massimu tal-merkurju għall-ħut, għall-annimali akkwatiċi l-oħrajn u għall-prodotti derivati minnhom maħsubin għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi, jiġi adattat skont dan, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-annimali. |
|
(4) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-aċidu gwanidinoaċetiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-GAA”) għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ għat-tgħammir, għas-sriedaq u għall-ħnieżer (3). Huwa speċifikat li l-aċidu gwanidinoaċetiku, li huwa addittiv, ikun fih il-melamina bħala impurità sa livell ta' 20 milligramma għal kull kilogramm. L-Awtorità kkonkludiet li l-kontribut tal-GAA għall-kontenut tal-melamina fl-għalf mhux se jkun ta' tħassib. Il-livell massimu tal-melamina fl-għalf ġie stabbilit fid-Direttiva 2002/32/KE. S'issa għall-GAA għadu ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu tal-melamina. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu tal-melamina fil-GAA. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2014 (4) naqqas iż-żmien għall-irtirar tad-dekokinat minn tlett ijiem għall-ebda jum. Għalhekk jenħtieġ li titħassar id-dispożizzjoni dwar it-trażmissjoni inevitabbli tad-dekokinat fil-withdrawal feed maħsub għat-tiġieġ tas-simna. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2002/32/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.
(2) L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf għall-annimali ppubblikata fl-2016 bit-titlu “Scientific opinion on the safety and efficacy of copper (I) oxide as feed additive for all animal species”. EFSA Journal 2016;14(6):4509, 19-il paġna, doi:10.2903/j.efsa.2016.4509, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2016.4509/epdf.
(3) L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf għall-annimali ppubblikata fl-2016 bit-titlu “Scientific opinion on the safety and efficacy of guanidinoacetic acid for chickens for fattening, breeder hens and roosters, and pigs”. EFSA Journal 2016;14(2):4394, 39 paġna, doi:10.2903/j.efsa.2016.4394, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2016.4394/epdf.
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2014 tal-21 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1289/2004 fir-rigward taż-żmien għall-irtirar u limiti massimi ta' residwi tal-addittiv tal-għalf dekokinat (ĠU L 87, 22.3.2014, p. 87).
ANNESS
L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Taqsima I, ir-ringiela numru 4 dwar iċ-ċomb qed tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima I, ir-ringiela numru 5 dwar il-merkurju qed tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Fit-Taqsima I, imsejħa “KONTAMINANTI INORGANIĊI U KOMPOSTI NITROĠENIĊI”, in-nota tat-tmiem bin-numru 13 qed tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Fit-Taqsima I, ir-ringiela numru 7 dwar il-melamina qed tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Fit-Taqsima VII, ir-ringiela numru 1 dwar id-dekokinat qed tinbidel b'dan li ġej:
|