30.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2205

tad-29 ta' Novembru 2017

dwar regoli dettaljati rigward il-proċeduri għan-notifika ta' vetturi kummerċjali b'nuqqasijiet kbar jew perikolużi identifikati matul spezzjoni teknika waqt it-traġitt

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/47/UE, f'każijiet fejn, fost affarijiet oħra, jiġu identifikati nuqqasijiet kbar jew perikolużi f'vettura li mhijiex irreġistrata fl-Istat Membru tal-ispezzjoni, il-punt ta' kuntatt għandu jinnotifika r-riżultati tal-ispezzjoni lill-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura. In-notifika għandu jkun fiha l-elementi tar-rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġitt kif stipulat fl-Anness IV tagħha, li jkollu jitfassal mill-ispettur mat-tlestija ta' spezzjoni aktar dettaljata b'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/47/UE.

(2)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali, jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' notifika.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/47/UE, in-notifika għandha preferibbilment tiġi kkomunikata permezz tar-reġistru elettroniku nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jispeċifika l-kontenut minimu obbligatorju tar-reġistri elettroniċi nazzjonali. Madankollu, l-elementi tar-rapport tal-ispezzjoni waqt it-traġitt kif stipulat fl-Anness IV tad-Direttiva 2014/47/UE ma jagħmlux parti minn dak il-kontenut minimu obbligatorju.

(5)

L-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jipprevedi li r-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom ikunu interkonnessi.

(6)

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u l-ambitu limitat li jirriżulta tar-Reġistri Ewropej tas-sistema tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), in-notifika stabbilita fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/47/UE ma tistax tiġi trażmessa permezz tar-reġistri elettroniċi nazzjonali bl-użu ta' dik is-sistema.

(7)

Madankollu, sabiex jiġu evitati piżijiet u spejjeż amministrattivi mhux meħtieġa, jenħtieġ li tintuża l-arkitettura tas-sistema tal-ERRU biex tiġi żviluppata s-sistema ta' messaġġi għan-notifika stipulata bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/47/UE.

(8)

Ir-regoli komuni għall-interkonnessjoni permezz tal-ERRU huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 (3).

(9)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 (4) se jintroduċi xi emendi sinifikanti għall-funzjonalitajiet ġenerali tal-ERRU u se jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1213/2010 mit-30 ta' Jannar 2019. Is-sistema ta' messaġġi li tintuża għan-notifika tal-ispezzjoni waqt it-traġitt (RSI) se tissawwar fuq il-funzjonalitajiet ġenerali tal-ERRU.

(10)

Għalhekk, sabiex jiġu limitati l-piżijiet u l-proċeduri amministrattivi u biex tiġi żgurata l-koerenza, huwa meħtieġ li s-sistema ta' messaġġi li tintuża għan-notifiki wara RSI ssir applikabbli wkoll mit-30 ta' Jannar 2019.

(11)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulati b'mod partikolari permezz tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), japplikaw għall-ipproċessar ta' kwalunkwe dejta personali skont id-Direttiva 2014/47/UE. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri xierqa ta' sigurtà sabiex jipprevjenu l-użu ħażin tad-dejta personali.

(12)

Meta applikabbli, id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulati bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), japplikaw għall-ipproċessar ta' kwalunkwe dejta personali skont id-Direttiva 2014/47/UE.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma adottati skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli applikabbli għan-notifika tar-riżultati ta' spezzjoni teknika waqt it-traġitt (RSI) ta' vetturi kummerċjali b'nuqqasijiet kbar jew perikolużi kkomunikati permezz tas-sistema tal-RSI msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Messaġġ tal-RSI” tfisser il-messaġġ ta' notifika wara spezzjoni teknika aktar dettaljata waqt it-traġitt kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/47/UE, mibgħut permezz tas-sistema tal-RSI jew permezz ta' netwerk sigur f'format strutturat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

“Rapport aktar dettaljat tal-RSI” tfisser id-dokument maħruġ wara spezzjoni aktar dettaljata waqt it-traġitt kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/47/UE.

(3)

“Stat Membru tar-reġistrazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-vettura jew, f'każijiet fejn il-vettura ma tkunx soġġetta għal reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, fejn din titqiegħed fis-servizz.

Artikolu 3

Is-sistema tal-RSI

1.   Il-Kummissjoni għandha twaqqaf sistema ta' messaġġi (is-sistema tal-RSI) li tuża l-arkitettura tas-sistema ta' messaġġi tar-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480. Is-sistema tal-RSI għandha tiffaċilita l-obbligu ta' notifika stipulat fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/47/UE.

2.   Is-sistema tal-RSI għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I, fil-punti 1 u 2 tal-Anness III, fl-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480 u fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

In-notifika

1.   Il-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru li jkun wettaq l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt għandu jinnotifika mingħajr dewmien ir-riżultati tal-ispezzjoni lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

2.   L-Istat Membru li jmexxi l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt għandu jinnotifika lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni bl-użu tas-sistema tal-RSI, skont il-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Ġunju 2020.

Madankollu, l-Artikolu 4(1) għandu jibda japplika mill-20 ta' Mejju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 tal-1 ta' April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 4).

(5)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).


ANNESS

Ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-messaġġi XML

1.   Intestatura

Kull messaġġ XML li jiġi skambjat mas-sistema għandu jkollu l-istess intestatura biex jiġu identifikati l-persuna li tkun bagħtitu, id-destinatarju, id-data u l-ħin li ntbagħat, u xi informazzjoni teknika.

Intestatura Komuni

Obbligatorja

Verżjoni

Il-verżjoni uffiċjali tal-ispeċifikazzjonijiet XML għandha tiġi speċifikata fl-ispazju tal-isem definit fil-fajl tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (XSD) tal-messaġġ u fl-attribut tal-verżjoni tal-element tal-intestatura ta' kull messaġġ XML. In-numru tal-verżjoni (“n.m”) għandu jiġi definit bħala valur fiss f'kull rilaxx tal-XSD.

Iva

Identifikatur tat-Test

ID fakultattiv għall-ittestjar. L-oriġinatur tat-test għandu jimla l-ID u kull parteċipant fil-fluss tax-xogħol għandu jgħaddi 'l quddiem/jirritorna l-istess ID. Fil-produzzjoni dan għandu jiġi injorat, u jekk jingħata ma għandux jintuża.

Le

Identifikatur Tekniku

UUID li jidentifika b'mod uniku kull messaġġ individwali. Min jibgħat il-messaġġ jiġġenera UUID u jimla dan l-attribut. Din id-dejta ma tintużax f'xi kapaċità kummerċjali.

Iva

Identifikatur tal-Fluss tal-Ħidma

L-ID tal-fluss tal-ħidma hija UUID u għandha tiġi ġġenerata mill-Istat Membru tar-rikjesta. Imbagħad din l-ID tintuża fil-messaġġi kollha biex tikkorrelata l-fluss tal-ħidma.

Iva

Mibgħut Fi

Id-data u l-ħin fil-format ta' Ħin Universali Koordinat (UTC) meta ntbagħat il-messaġġ.

Iva

Skadenza

Dan hu attribut fakultattiv tad-data u tal-ħin (fil-format ta' UTC). Dan il-valur għandu jiġi ssettjat biss mill-Hub għar-rikjesti mgħoddijin 'il quddiem. Dan għandu jinforma lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar il-ħin meta tkun se tiskadi r-rikjesta. Huwa fakultattiv u allura l-istess definizzjoni tal-intestatura tista' tintuża għat-tipi kollha ta' messaġġi kemm jekk ikun meħtieġ l-attribut tal-Iskadenza kif ukoll jekk ma jkunx.

MHUX UŻATI, peress li nibagħtu notifiki biss, mhi mistennija l-ebda risposta.

Le

Mingħand

Il-kodiċi Alfa 2 tal-ISO 3166-1 tal-Istat Membru li jibgħat il-messaġġ jew “EU” (“EU” tintuża meta jintbagħtu messaġġi ta' żball mill-Hub).

Iva

Lil

Il-kodiċi Alfa 2 tal-ISO 3166-1 tal-Istat Membru li jkun qed jintbagħatlu l-messaġġ jew “EU” (“EU” tintuża meta jintbagħtu messaġġi ta' żball lill-Hub).

Iva

2.   Rapport Aktar Dettaljat

F'każ ta' komunikazzjoni tar-riżultat ta' spezzjoni teknika aktar dettaljata waqt it-traġitt, il-messaġġ tal-RSI u l-messaġġ ta' konferma li jintbagħat awtomatikament għandhom ikunu komposti kif ġej.

Sabiex tiġi ffaċilitata n-notifika, il-lista ta' kontroll stipulata fl-Anness IV, ir-raġunijiet għaliex elementi ma jgħaddux mit-test u l-valutazzjoni tan-nuqqasijiet stabbilita fl-Anness II tad-Direttiva 2014/47/UE għandhom ikunu inklużi fil-messaġġ tal-RSI bħala kontenut fakultattiv.

Il-messaġġ tal-RSI għandu dejjem jintbagħat mill-Istat Membru tal-ispezzjoni lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. L-irċevuta tal-messaġġ tal-RSI ma għandhiex tiġi rrifjutata.

Il-messaġġ ta' konferma jservi biex jiġi kkonfermat li jkun wasal il-messaġġ tan-notifika.

Talba għal Notifika ta' RSI

Obbligatorja

Identifikatur tal-Każ tan-Negozju

Numru tas-serje jew ta' referenza li jidentifika kull każ individwali.

L-ID tal-każ tista' tintuża biex tinżamm konnessjoni meta aktar minn fluss wieħed ta' messaġġi jintuża biex jittratta l-istess każ, pereżempju meta tintbagħat notifika inizjali u warajha oħra aktar dettaljata, u t-tnejn li huma jkunu relatati mal-istess każ.

(Test)

Iva

Awtorità Emittenti

L-awtorità kompetenti li toħroġ il-messaġġ tal-RSI.

(Test)

Iva

Dettalji tal-RSI

Iva

Identifikatur tal-RSI

L-ID uniku tal-RSI fl-Istat Membru tal-ispezzjoni.

Jiffaċilita l-komunikazzjoni u jippermetti li l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jitlob għal aktar dettalji lill-Istat Membru tal-ispezzjoni, li jista' jużah biex ifittex fil-bażi tad-dejta rispettiv.

(Test)

Le

Post

Il-post fejn seħħ l-RSI. Jista' jkun l-koordinati eżatti, il-muniċipalità, il-belt jew ir-raħal, eċċ.

(Test)

Iva

Data/Ħin

Id-data tal-RSI fl-ISO 8601 f'Format ta' UTC (SSSS-XX-JJTss:mm:ssZ)

Iva

Spettur

L-isem tal-uffiċjal, tal-ispettur jew tal-awtorità li mexxa/mexxiet l-RSI.

(Test)

Iva

Dettalji tal-Vettura

Iva

Kategorija

Il-kategorija tal-vettura.

N2 (3,5 sa 12-il t)

N3 (aktar minn 12-il t)

O3 (3,5 sa 12-il t)

O4 (aktar minn 10 t)

M2 (> 9 sits sa 5 t)

M3 (> 9 sits u aktar minn 5 t)

T5

T1b,

T2b,

T3b,

T4.1b,

T4.2b

T4.3b

Kategorija oħra ta' vettura

(Lista bl-għażla, b'element wieħed biss magħżul)

Iva

Kategorija oħra

Speċifika l-kategorija l-oħra:

M1, N1, O1, O2, T1a, T2a, T3a, T4a, T4.1a, T4.2a, T4.3a, C, R1a, R1b, R2a, R2b, R3a, R3b, R4a, R4b, S1a, S1b, S2a, S2b, L1e, L2e, L3e, L4e, L5e, L6e, L7e

(Lista bl-għażla, b'element wieħed biss magħżul, jekk tintgħażel “Oħra” biss iżda mhix obbligatorja)

Le

Reġistrazzjoni

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

(Test)

Iva

VIN

In-numru tal-identifkazzjoni tal-vettura.

(Test)

Iva

Odometru

Il-qari tal-odometru tal-vettura fil-mument tal-RSI.

IMPORTANTI: Jekk ikun hemm odometru mwaħħal, din il-kaxxa trid jimtela, jew inkella niżżel “0”.

(Numru)

Iva

Impriża tat-Trasport/Dettalji tad-Detentur

Iva (Waħda minnhom trid timtela, Impriża jew Detentur)

 

Impriża tat-Trasport

Iva (fil-każ ta' Impriża biss)

Isem l-Impriża

Isem l-impriża tat-trasport.

(Test)

Iva

Indirizz tal-Impriża

L-indirizz tal-impriża tat-trasport (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż).

(Test)

Iva

Il-Liċenzja Komunitarja tal-Impriża

In-numru tal-liċenzja Komunitarja (skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009)

IMPORTANTI: Jekk il-liċenzja Komunitarja tkun magħrufa, trid timtela.

(Test)

Iva

 

Id-detentur (f'każ ta' ebda impriża)

Iva (f'kaz ta' Detentur biss)

 

Kumpanija

Iva (jekk id-Detentur ikun kumpanija biss)

Isem

Isem il-kumpanija tad-Detentur

(Test)

Iva

Indirizz

L-indirizz tal-kumpanija tad-Detentur (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż).

(Test)

Iva

Persuna fiżika

Iva (jekk id-Detentur ikun persuna fiżika biss)

Kunjom

Kunjom id-Detentur.

(Test)

Iva

Isem

Isem (ismijiet) id-Detentur.

(Test)

Iva

Indirizz

L-indirizz tad-Detentur (l-indirizz, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż).

(Test)

Iva

Ċertifikat tar-reġistrazzjoni

Numru taċ-“Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni”.

Le

Dettalji tas-Sewwieq

Iva

Kunjom

Kunjom is-sewwieq.

(Test)

Iva

Isem

Isem (ismijiet) is-sewwieq.

(Test)

Iva

Liċenzja tas-Sewqan

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq. Jekk huwa possibbli, għal identifikazzjoni aħjar.

(Test)

Le

Il-pajjiż tal-Liċenzja tas-Sewqan

Il-pajjiż fejn inħarġet il-liċenzja tas-sewqan b'kodiċi ta' żewġ ittri alfa 2 tal-ISO 3166-1.

Le

Element iċċekkjat

(din it-taqsima tiġi ripetuta għal kull Element Iċċekkjat; obbligatorja għal messaġġ ta' RSI u mbagħad mill-inqas element wieħed irid ikun indikat bħala iċċekkjat)

Iva

Element

L-elementi definiti fil-lista ta' kontroll tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/47/UE.

Jekk element jintgħażel, dan ifisser li jkun ġie ċċekkjat.

Elementi fil-lista:

(0)

Identifikazzjoni

(1)

Tagħmir tal-ibbrejkjar

(2)

Stering

(3)

Viżibbiltà

(4)

Tagħmir tat-tidwil u sistema elettrika

(5)

Fusijiet, roti, tajers, sospensjoni

(6)

Xażi u aċċessorji tax-xażi

(7)

Tagħmir ieħor inklużi t-takografu u l-apparat ta' limitazzjoni tal-ispid

(8)

Fastidju inklużi l-emissjonijiet u t-tixrid ta' fjuwil u/jew ta' żejt

(9)

Testijiet addizzjonali għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3

(10)

Irbit tal-merkanzija

(Lista bl-għażla, b'element wieħed biss magħżul)

Iva

Ma għaddiex?

Għal kull Element iċċekkjat ir-riżultat tal-kontroll (Għadda/Ma għaddiex): Veru jekk Ma għaddiex

(Veru/Falz)

Iva

 

Dettall tal-element iċċekkjat

(Jekk ir-riżultat Ma għaddiex, għal kull element iċċekkjat din it-taqsima tiġi ripetuta għal kull nuqqas misjub)

Le (Jekk ir-riżultat ikun li Ma għaddiex biss, iżda mhux obbligatorju li jiġu indikati aktar dettalji)

Raġuni għaliex element ma jgħaddix mit-test

Għal kull Element iċċekkjat = Ma għaddiex, id-dettall tan-nuqqas kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2014/47/UE.

Elementi fil-lista:

0.1.a IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA > Pjanċi tar-Reġistrazzjoni (jekk meħtieġ mir-rekwiżiti) > Pjanċa/i nieqsa/neqsin jew tant mhux imwaħħla sew li aktarx taqa'/jaqgħu.

1.1.1.a TAGĦMIR TAL-IBBREJKJAR > Kundizzjoni u tħaddim mekkaniċi > Pern tal-pedal/liver tal-brejk ta' servizz > Pern magħfus wisq.

6.2.5.a.1 XAŻI U AĊĊESSORJI TAX-XAŻÌ > Kabina u karrozzerija > Sit tas-sewwieq > Sit bi struttura difettuża.

Eċċ.

(Lista bl-għażla, element wieħed biss magħżul, jekk ikun hemm aktar minn nuqqas wieħed din is-subtaqsima għandha tiġi ripetuta għal kull wieħed minnhom)

Il-valutazzjoni tan-nuqqas mhijiex indikata, l-għarfien huwa skont l-Anness II tad-Direttiva 2014/47/UE.

IMPORTANTI: Fl-Anness II, mhumiex numerati xi raġunijiet għaliex elementi ma jgħaddux mit-test, jiġifieri 6.2.5.a għandha żewġ għażliet, biex wieħed ikun jaf għal-liema waħda qed nirreferu dawn għandhom ikunu numerati 1 u 2 fis-sistema.

Iva

Rettifikat?

In-nuqqas ġie rettifikat fl-Istat Membru tal-ispezzjoni? Veru = Iva

(Veru/Falz)

Le

Riżultat tal-ispezzjoni

Iva

Riżultat tal-ispezzjoni

Ir-riżultat tal-RSI (Għadda/Ma għaddiex): Veru jekk Għadda

(Veru/Falz)

Iva

Projbizzjoni jew Restrizzjoni

Projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-użu tal-vettura, li għandha nuqqasijiet perikolużi.

(Veru/Falz)

Iva

PTI Mitluba?

L-Istat Membru tal-ispezzjoni qed jitlob lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni biex iwettaq spezzjoni teknika perjodika? Veru = Iva

(Veru/Falz)

Iva


Konferma ta' Notifika ta' RSI

(Mibgħuta awtomatikament)

Obbligatorja

Kodiċi tal-Istatus

Il-kodiċi tal-istatus tal-konferma.

(Lista bl-għażla, b'element wieħed biss magħżul)

Iva

Messaġġ tal-Istatus

Kummenti addizzjonali dwar il-Kodiċi tal-Istatus.

(Test)

Le