|
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/13 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2155
tat-22 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ma jesponux lill-kontropartijiet ċentrali (central counterparties, CCPs), lill-membri tal-ikklerjar, lill-klijenti, lill-klijenti indiretti jew livelli oħra ta' klijenti indiretti għal riskju addizzjonali tal-kontroparti, u jenħtieġ li l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti jibbenefikaw minn livell xieraq ta' protezzjoni. Għaldaqstant huwa essenzjali li kwalunkwe tip ta' arranġament tal-ikklerjar indirett jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet involuti fl-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi, u li l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jiġu permessi biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Billi jenħtieġ li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontroparti li jiġu pprovduti servizzi tal-ikklerjar indirett għalihom jibbenefikaw minn protezzjoni b'effett ekwivalenti għal dak imsemmi fl-Artikoli 39 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-kunċetti differenti tal-klijent indirett huma kruċjali għal dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġu ddefiniti fih. |
|
(3) |
Meta wieħed iqis li jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar jikkwalifikaw bħala parteċipanti fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-klijenti indiretti bħal dak mogħti lill-klijenti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett ikunu istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti tal-investiment jew entitajiet ta' pajjiżi terzi ekwivalenti għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment. |
|
(4) |
Il-livell ogħla ta' attività ta' intermedjazzjoni bejn CCP u l-livelli differenti ta' klijenti indiretti jitlob passi operattivi addizzjonali, kontijiet addizzjonali kif ukoll soluzzjonijiet teknoloġiċi u flussi ta' proċessar aktar kumplessi. Dan jirriżulta f'żieda fil-kumplessità ta' arranġamenti tal-ikklerjar indirett meta mqabbla ma' arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li dak il-livell ogħla ta' intermedjazzjoni jittaffa b'rekwiżiti għal għażla alternattiva u aktar sempliċi fil-livell operattiv ta' strutturi tal-kontijiet għal arranġamenti tal-ikklerjar indirett milli għal arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti. |
|
(5) |
L-arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti jirrikjedu l-għoti ta' kontijiet segregati individwalment. Madankollu, għal arranġamenti tal-ikklejar indirett jenħtieġ li tiġi rikjesta offerta ta' struttura tal-kontijiet indiretti omnibus gross b'mekkaniżmu biex jiġi trasferit marġni appellat biss u, jekk jintlaħaq ftehim, marġni li jaqbeż il-marġni appellat, mill-klijent indirett sas-CCP, u mingħajr ma jiġi permess l-ebda nettjar ta' pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti differenti fl-istess kont indirett omnibus gross, apparti l-kontijiet indiretti omnibus li jippermettu dan l-innettjar. Dan il-mekkaniżmu jippermetti li ssir distinzjoni, b'mod ekwivalenti għal kontijiet segregati individwalment, bejn il-kollateral u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' klijent indirett speċifiku, fuq naħa waħda, u l-kollateral u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijent jew klijenti indiretti oħrajn fuq in-naħa l-oħra. |
|
(6) |
Barra minn hekk, anke jekk assi u pożizzjonijiet miżmuma fi struttura ta' kont omnibus gross għal arranġamenti tal-ikklerjar indirett xorta jibqgħu esposti għat-telf ta' klijent indirett ieħor billi dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jitħalltu f'kont wieħed, il-veloċità li biha dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jistgħu jiġu identifikati meta jkun meħtieġ biex jiġu likwidati wara inadempjenza, tikkontribwixxi biex timminimizza dak it-telf potenzjali. |
|
(7) |
Fl-istess ħin, dan il-mekkaniżmu jippermetti struttura ta' kont aktar sempliċi li tnaqqas l-ispejjeż u l-kumplessità meta mqabbel ma' kontijiet segregati individwalment filwaqt li jippermetti li ssir distinzjoni tal-kollateral u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti differenti u għaldaqstant jiżgura livell ta' protezzjoni li huwa ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni offrut minn kont segregat individwalment. Madankollu, jenħtieġ li r-rikjesta għal offerta ta' kontijiet indiretti omnibus gross ma tipprekludix il-possibbiltà li jiġu offruti kontijiet segregati individwalment għal klijenti indiretti fl-arranġamenti tal-ikklejar li jikkonsistu f'CCP, membru tal-ikklerjar, klijent u livell uniku ta' klijenti indiretti. |
|
(8) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal ikklerjar ċentrali, billi jiġu razzjonalizzati s-servizzi tal-ikklerjar u jiġu ssimplifikati r-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u l-klijenti indiretti, xi gruppi li joffru servizzi tal-ikklerjar bl-użu ta' żewġ entitajiet mill-istess grupp li jaġixxu bħala intermedjarji fil-forniment ta' dawn is-servizzi. Għal raġunijiet simili, il-grupp tal-klijent xi drabi juża entità waħda biex jittratta direttament mal-membru tal-ikklerjar u entità differenti biex jittratta direttament mal-klijent indirett, tipikament għax dik it-tieni entità hija stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-klijent indirett. F'dawn il-każijiet, is-servizzi tal-ikklerjar huma razzjonalizzati matul l-attivitajiet ekonomiċi differenti tal-grupp u r-relazzjoni kummerċjali bejn il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u l-klijenti indiretti hija ssimplifikata wkoll. Dment li dawn it-tipi ta' arranġamenti jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw li r-riskju tal-kontroparti ma jiżdiedx u li jingħata livell xieraq ta' protezzjoni lill-ikklerjar indirett, dawn għandhom jiġu permessi. |
|
(9) |
Fi ktajjen ta' ikklerjar indirett li jinvolvu aktar minn CCP waħda, membru tal-ikklerjar, klijent u livell uniku ta' klijenti indiretti, l-użu ta' kontijiet segregati individwalment jista' joħloq diffikultajiet tekniċi mhux mistennija billi jkollha tiġi ġestita l-inadempjenza potenzjali ta' kontroparti waħda jew aktar f'dik il-katina u għadd ta' kontijiet segregati individwalment. L-offerta ta' kontijiet segregati individwalment f'dawk il-ktajjen itwal tista' tqarraq bil-kontropartijiet li jkunu qed ifittxu l-livell ta' protezzjoni normalment assoċjat ma' kontijiet segregati individwalment billi dak il-livell ta' protezzjoni jista' ma jinkisibx f'xi wħud minn dawk il-ktajjen itwal. Sabiex jiġu evitati r-riskji li jirriżultaw minn dik is-suppożizzjoni falza, jenħtieġ li f'dawn il-ktajjen itwal ta' kklerjar indirett jiġi permessi li jintużaw biss kontijiet segregati omnibus, dment li l-kontropartijiet li jikklerjaw permezz ta' dawn l-arranġamenti jkunu infurmati b'kollox bil-livell ta' segregazzjoni u r-riskji assoċjati ma' dak it-tip ta' kont. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ammont tal-marġni msejjaħ fi struttura ta' kont indirett omnibus tkun l-istess bħall-ammont li kien jissejjaħ li kieku ntuża kont tal-ikklerjar indirett segregat individwalment, jenħtieġ li CCP tirċievi informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijent indirett biex jiġi kkalkulat l-appell għall-marġni assoċjat dwar klijent indirett b'bażi tal-klijenti indiretti. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata l-ekwivalenza fl-ikklerjar tal-klijenti, jenħtieġ li membru tal-ikklerjar ikollu proċeduri fis-seħħ biex jiffaċilita t-trasferiment ta' pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti għal klijent alternattiv wara li klijent jonqos milli jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti. Għal-istess raġuni, jenħtieġ li membru tal-ikklerjar ikollu proċeduri biex jillikwida l-pożizzjonijiet u l-assi ta' klijenti indiretti u jirritorna r-rikavat minn likwidazzjoni lil dawn il-klijenti indiretti meta jkun magħruf. Meta, għal xi raġuni, ir-rikavati minn likwidazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu rritornati direttament lill-klijenti indiretti kkonċernati, jenħtieġ li r-rikavati minn likwidazzjoni jiġu ritornati lill-klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu. |
|
(12) |
Jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ proċeduri sabiex, f'każ ta' inadempjenza tal-klijent, l-informazzjoni dwar l-identità tal-klijenti indiretti tkun tista' tiġi magħrufa u l-membru tal-ikklerjar ikun jista' jidentifika liema assi u pożizzjonijiet jappartjenu lil liema klijent indirett. |
|
(13) |
Jenħtieġ li klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti jippeżenta għażla ta' strutturi ta' kontijiet lill-klijent indirett. Madankollu, mhuwiex possibbli li klijent indirett ma jkunx ta struzzjonijiet lil klijent tal-għażla tiegħu f'perjodu ta' żmien raġonevoli. F'dan il-każ, jenħtieġ li dan il-klijent ikun jista' jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti lil dak il-klijent indirett billi juża kwalunkwe struttura ta' kontijiet, dment li dak il-klijent jinforma lill-klijent indirett bl-istruttura tal-kont użata, ir-riskji assoċjati ma' dak il-kont u l-livell ta' segregazzjoni tiegħu, u l-possibiltà li jibdel l-istruttura tal-kontijiet fi kwalunkwe ħin. |
|
(14) |
L-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti jistgħu jwasslu għal riskji speċifiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-partijiet kollha li jipparteċipaw fl-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, inklużi membri tal-ikklerjar u CCPs, jidentifikaw, jissorveljaw u jġestixxu kull riskju materjali li jirriżulta minn dawn l-arranġamenti fuq bażi kontinwa. Tqassim xieraq tal-informazzjoni bejn il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar huwa partikolarment importanti għal dawn l-iskopijiet. Madankollu, jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar jiżguraw li dik l-informazzjoni tintuża biss għal skopijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' proviżjonament ta' marġni u biex dik l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva ma tintużax ħażin. |
|
(15) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (3) japplikaw mill-istess data. |
|
(16) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(17) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(18) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (5) jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 1, jiddaħħlu l-punti segwenti (d) u (e):
|
|
(3) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett minn klijenti 1. Klijent jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lil klijenti indiretti sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Il-klijent imsemmi fil-paragrafu 1 u l-klijent indirett għandhom jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:
L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar. 3. CCP ma għandhiex tipprevjeni l-konklużjoni tal-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li tkun daħlet fihom fuq termini kummerċjali raġonevoli.” |
|
(4) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Obbligi tas-CCPs 1. CCP għandha tiftaħ u żżomm kwalunkwe wieħed mill-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4) skont it-talba tal-membru tal-ikklerjar. 2. CCP li żżomm l-assi u l-pożizzjonijiet ta' diversi klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(b) għandha żżomm reġistri separati tal-pożizzjonijiet ta' kull klijent indirett, tikkalkula l-marġini fir-rigward ta' kull klijent indirett u tiġbor l-ammont ta' dawk il-marġni fuq bażi gross, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3). 3. CCP għandu jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kull riskju materjali li jirriżulta mill-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi avversi tas-suq.” |
|
(5) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 Obbligi tal-membri tal-ikklerjar 1. Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu jagħmel dan fuq termini kummerċjali raġonevoli u għandu jiddivulga pubblikament it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali li bihom jipprovdi dawn is-servizzi. It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu r-riżorsi finanzjarji minimi u r-rekwiżiti tal-kapaċità operattiva għal klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett. 2. Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu jiftaħ u jżomm mill-inqas dawn il-kontijiet li ġejjin skont it-talba tal-klijent:
3. Membru tal-ikklerjar li jżomm assi u pożizzjonijiet għall-kont ta' diversi klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu jipprovdi s-CCP fuq bażi ta' kuljum bl-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti li s-CCP tidentifika l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kull klijent indirett. Din l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4). 4. Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti għandu mill-inqas jiftaħ u jżomm dawn il-kontijiet li ġejjin fis-CCP skont it-talba li tkun saret mill-klijent:
5. Membru tal-ikklerjar għandu jistabbilixxi proċeduri għall-ġestjoni ta' inadempjenza ta' klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti. 6. Membru tal-ikklerjar li jżomm l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) għandu:
7. Membru tal-ikklerjar li jżomm assi u pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu:
8. Membru tal-ikklerjar għandu jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta mill-forniment ta' servizzi tal-ikklejar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tiegħu għal żviluppi avversi tas-suq Il-membru tal-ikklerjar għandu jistabbilixxi l-proċeduri interni biex jiżgura li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(8) ma tkunx tista' tintuża għal skopijiet kummerċjali” |
|
(6) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Obbligi tal-klijenti 1. Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu joffri għażla lill-klijenti indiretti bejn mill-inqas it-tipi ta' kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) u għandu jiżgura li dawk il-klijenti indiretti jkunu infurmati b'kollox dwar il-livelli tas-segregazzjoni u r-riskji assoċjati ma' kull tip ta' kont. 2. Il-klijent imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jassenja wieħed mit-tipi ta' kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) lill-klijenti indiretti li ma jkunux għażlu wieħed f'perjodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-klijent. Il-klijent għandu jinforma lill-klijent indirett dwar ir-riskji assoċjati mat-tip ta' kont assenjat mingħajr dewmien żejjed.. Il-klijent indirett jista' jagħżel tip differenti ta' kont fi kwalunkwe ħin billi jitlob dan bil-miktub lill-klijent. 3. Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti jżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulu jiddistingwi bejn l-assi u l-pożizzjonijiet tiegħu stess u dawk miżmuma għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu. 4. Meta l-assi u l-pożizzjonijiet ta' diversi klijenti indiretti jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), il-klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni meħtieġa fuq bażi ta' kuljum biex jippermetti li l-membru tal-ikklerjar jidentifika l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kull klijent indirett. 5. Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu, skont l-għażla tal-klijenti indiretti tiegħu, jitlob lill-membru tal-ikklerjar jiftaħ u jżomm fis-CCP il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4). 6. Klijent għandu jipprovdi lill-klijenti indiretti tiegħu biżżejjed informazzjoni biex jippermetti li dawn il-klijenti indiretti jidentifikaw is-CCP u l-membru tal-ikklerjar użati biex jikklerjaw il-pożizzjonijiet tagħhom 7. Meta l-assi u l-pożizzjonijiet ta' wieħed mill-klijenti indiretti jew aktar jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), il-klijent għandu jinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet kollha fl-arranġament tal-ikklerjar mal-klijenti indiretti tiegħu biex jiżgura li, fil-każ ta' inadempjenza ta' dak il-klijent, il-membru tal-ikklerjar jista' jirritorna fil-pront lill-klijenti indiretti r-rikavati mil-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-assi miżmuma għall-kont ta' dawn il-klijenti indiretti skont l-Artikolu 4(7) 8. Klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar b'biżżejjed informazzjoni biex jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta mill-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tal-membru tal-ikklerjar 9. Klijent għandu jkollu arranġamenti fis-seħħ biex jiżgura li, meta jsir inadempjenti, l-informazzjoni kollha li għandu fir-rigward tal-klijenti indiretti tiegħu tkun disponibbli għall-membru tal-ikklerjar, inkluż l-identità tal-klijenti indiretti msemmija fl-Artikolu 5(4)”. |
|
(7) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett minn klijenti indiretti 1. Klijent indirett jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lit-tieni klijenti indiretti dment li l-partijiet għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu ddokumentati b'mod ċar. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-partijiet għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
3. Għall-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti li jkunu daħlu fihom il-partijiet fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a):
4. Għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li jkunu daħlu fihom il-partijiet fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b):
|
|
(8) |
Jiddaħħal l-Artikolu 5b li ġej: “Artikolu 5b Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett mit-tieni klijienti indiretti 1. It-tieni klijent indirett jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lit-tielet klijenti indiretti dment li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:
L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar. 2. Meta t-tieni klijenti indiretti jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indiretti skont il-paragrafu 1:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).