|
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2153
tal-20 ta' Novembru 2017
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
Wara li ġew organizzati mill-Federazzjoni Russa elezzjonijiet tal-gvernaturi fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol fl-10 ta' Settembru 2017, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tiżdied persuna mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuna elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. REPS
ANNESS
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“161. |
Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV (Дмитрий Владимирович Овсянников) |
Data tat-twelid: 21.2.1977 Post tat-Twelid: Omsk, USSR |
‘Gvernatur ta' Sevastopol’. Ovsyannikov ġie elett bħala l-‘Gvernatur ta' Sevastopol’ fl-elezzjonijiet tal-10 ta' Settembru 2017 organizzati mill-Federazzjoni Russa fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol. Fit-28 ta' Lulju 2016, il-President Putin ħatru bħala Aġent ‘Gvernatur ta' Sevastopol’. F'din il-kapaċità, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-peniżola annessa illegalment tal-Krimea fi ħdan il-Federazzjoni Russa, u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Fl-2017 għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u fl-anniversarju tar-‘referendum’ illegali tal-Krimea. Huwa ikkommemora l-veterani tal-hekk imsejħa ‘unitajiet ta' awtodifiża’ li ffaċilitaw l-iskjerament ta' forzi Russi fil-peniżola tal-Krimea qabel ma saret l-annessjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, u appella biex Sevastopol issir il-Kapitali tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa. |
21.11.2017” |