14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/38 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2064
tat-13 ta' Novembru 2017
li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”). |
(2) |
Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex waħda mill-entitajiet tinżamm fuq il-lista. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija emendata kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 3).
ANNESS
L-entità segwenti hija mħassra mil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001:
II. GRUPPI U ENTITAJIET
“18. |
‘Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia’ — ‘FARC’ (il-‘Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja’).”. |