|
11.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2058
tal-10 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u għall-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment. |
|
(2) |
Wara l-inċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta' azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 (6), li mbagħad ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 (7). |
|
(3) |
Billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jistipula li l-miżuri previsti fih għandhom jiġu riveduti sat-30 ta' Ġunju 2016, u biex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tas-sitwazzjoni u d-dejta ta' okkorrenza għall-2015 u għall-2016 dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (8) iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (10) u għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi għal dawn ir-Regolamenti kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li tqieset aktar minn 132 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fi prodotti alimentari għajr iċ-ċanga u aktar minn 527 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fiċ-ċanga, provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b'rabta mal-ħames u mas-sitt staġun ta' tkabbir (Jannar 2015 sa Diċembru 2016) wara l-inċident. |
|
(6) |
Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma ġie osservat l-ebda qbiż tal-livelli massimi ta' radjuattività f'għalf u f'ikel li joriġina minn Akita matul il-ħames u s-sitt staġun ta' tkabbir wara l-inċident u ma għadux neċessarju li jkun meħtieġ li jittieħdu kampjuni u li ssir analiżi tal-għalf u tal-ikel alimentari li joriġinaw fil-prefetturi ta' Akita fir-rigward tal-preżenza ta' radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(7) |
Għal prodotti tal-għalf u tal-ikel alimentari li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-dejta ta' okkorrenza pprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi għas-snin 2014, 2015 u 2016, huwa xieraq li jitneħħa r-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għar-ross u prodotti derivati minnu. Għal għalf u prodotti alimentari oħra li joriġinaw f'dik il-prefettura, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Iwate u Chiba, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ, il-ħut u l-prodotti tas-sajd u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u s-sitt staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal xi wħud minn dawk il-prodotti bażiċi tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw minn ċerti prefetturi, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-prefetturi ta' Akita, Yamagata u Nagano, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li ma għadux meħtieġ li jittieħdu l-kampjuni u li ssir analiżi tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta' Akita u huwa xieraq li t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ma jkunux meħtieġa aktar qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, mill-prefetturi ta' Yamagata u Nagano. |
|
(10) |
Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun ta' tkabbir tipprovdi evidenza li huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta' Shizuoka, Yamanashi u Niigata. |
|
(11) |
Filwaqt li titqies id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun tat-tkabbir, huwa xieraq li jiġu strutturati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 b'mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li għalihom jibqa' l-obbligu tal-kampjunar u tal-analiżi qabel l-esportazzjoni fl-Unjoni tal-istess tip ta'għalf u prodotti alimentari. |
|
(12) |
Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unjoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma nstab ebda nuqqas ta' konformità għal aktar minn ħames snin. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm frekwenza baxxa ta' kontrolli waqt l-importazzjoni. |
|
(13) |
Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 meta r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi dwar il-preżenza ta' radjuattività tal-ikel u tal-għalf tas-seba' u tat-tmien staġuni ta' tkabbir (2017 u 2018) wara l-aċċident ikunu disponibbli, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2019. |
|
(14) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej: “Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel, inkluż ikel ta' importanza minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (*1) (‘il-prodotti’) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta': |
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 14 Rieżami Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta' Ġunju 2019.” |
|
(4) |
L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness II jinbidel mit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Il-kunsinni tal-għalf u tal-prodotti alimentari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/6 li telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 qabel l-emenda tiegħu b'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011 (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta' Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta' Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 5).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'għalf wara inċident nukleari jew f'xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78)
ANNESS I
“ANNESS I
Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
|
Ikel għat-trabi u tfal żgħar |
Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib |
Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat |
Ikel ieħor |
|
Total ta' ċesju-134 u ċesju-137 |
50 (2) |
50 (2) |
10 (2) |
100 (2) |
Livelli massimi għall-għalf (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
|
Għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat u għaż-żwiemel |
Għalf maħsub għall-ħnieżer |
Għalf maħsub għat-tjur |
Għalf għall-ħut (5) |
|
Total ta' ċesju-134 u ċesju-137 |
100 (4) |
80 (4) |
160 (4) |
40 (4) |
(1) Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.
Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5.
Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux iffermentat. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te mnixxef huwa ta' 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta' 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxef jiżgura li l-livell fit-te msajjar ma jaqbiżx il-livell massimu ta' 10 Bq/kg.
(2) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.
(3) Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.
(4) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.
(5) Bl-eċċezzjoni ta' għalf għall-ħut ornamentali.
ANNESS II
“ANNESS II
Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137
|
(a) |
prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima:
|
|
(b) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Miyagi
|
|
(c) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Nagano
|
|
(d) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Chiba jew Iwate:
|
|
(e) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Yamanashi, Shizuoka jew Niigata:
|
|
(f) |
prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (e) ta' dan l-Anness. |
ANNESS III