|
9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/89 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1990
tas-6 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 7
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fid-29 ta' Jannar 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus. L-emendi huma maħsuba biex jiċċaraw l-IAS 7 biex titjieb l-informazzjoni pprovduta lill-utenti ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji rigward l-attivitajiet ta' finanzjament ta' entità. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 7 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
L-IASB stabbilixxa d-data effettiva tal-emendi bħala l-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017. Id-dispożizzjoni tar-retroattività hija meħtieġa biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-emittenti kkonċernati u konsistenza ma' standards oħrajn tal-kontabbiltà stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1126/2008. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus hu emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)
ANNESS
Inizjattiva ta' Divulgazzjoni
(Emendi għall-IAS 7)
Emendi għall-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus
Il-paragrafi 44A-44E u l-intestatura relatata huma miżjuda. Il-paragrafu 60 huwa wkoll miżjud.
BIDLIET F'OBBLIGAZZJONIJIET LI JIRRIŻULTAW MINN ATTIVITAJIET TA' FINANZJAMENT
|
44A |
Entità għandha tipprovdi divulgazzjonijiet li jippermettu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jevalwaw bidliet fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament, inklużi kemm il-bidliet li jirriżultaw minn bidliet fil-flussi ta' flus kif ukoll dawk li ma jirrigwardawx il-flus likwidi. |
|
44B |
Sa fejn ikun meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżit fil-paragrafu 44A, entità għandha tiddivulga l-bidliet li ġejjin fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament:
|
|
44C |
Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huma obbligazzjonijiet li għalihom il-flussi ta' flus preżenti jew futuri jkunu ġew klassifikati fir-rapport tal-flussi ta' flus bħala flussi ta' flus minn attivitajiet ta' finanzjament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni fil-paragrafu 44a japplika wkoll għal bidliet f'assi finanzjarji (pereżempju, assi li jiħħeġġjaw obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament) jekk il-flussi ta' flus preżenti jew futuri minn dawk l-assi finanzjarji jkunu inklużi fi flussi ta' flus minn attivitajiet ta' finanzjament. |
|
44D |
Mod wieħed biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni fil-paragrafu 44A huwa li tiġi pprovduta rikonċiljazzjoni bejn il-bilanċ tal-ftuħ u dak tal-għeluq fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament, inklużi l-bidliet identifikati fil-paragrafu 44B. Fejn entità tiżvela tali rikonċiljazzjoni, hija għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jgħaqqdu elementi inklużi fir-rikonċiljazzjoni mar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u mar-rapport tal-flussi tal-flus. |
|
44E |
Jekk entità tipprovdi d-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 44A flimkien ma' divulgazzjonijiet ta' bidliet f'assi u obbligazzjonijiet oħrajn, hija għandha tiddivulga l-bidliet fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament b'mod separat mill-bidliet f'dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn. |
DATA EFFETTIVA
…
|
60 |
L-Inizjattiva tad-Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 7), maħruġa f'Diċembru 2016, żiedet il-paragrafi 44A-44E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew il-Ħadd, l-1 ta' Jannar 2017, jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Meta l-entità tapplika dawk l-emendi għall-ewwel darba, mhuwiex meħtieġ li tipprovdi informazzjoni komparattiva għal perjodi preċedenti. |