|
1.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1982
tal-31 ta' Ottubru 2017
li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti minn Dongguan Luzhou Shoes Co. Ltd, Dongguan Shingtak Shoes Co. Ltd, Guangzhou Dragon Shoes Co. Ltd, Guangzhou Evervan Footwear Co. Ltd, Guangzhou Guangda Shoes Co. Ltd, Long Son Joint Stock Company u Zhaoqing Li Da Shoes Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u b'mod partikolari l-Artikolu 266 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) u (3) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 (2) li jistabbilixxi miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda (“żraben”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Vjetnam (ir-“Regolament provviżorju” — traduzzjoni mhux uffiċjali). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (3), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi għal sentejn u li jvarjaw bejn 9,7 % u 16,5 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda, li joriġinaw mill-Vjetnam u mir-RPĊ (“ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006” jew “ir-Regolament ikkontestat”). |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008 (4) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali (“RAS”) tal-Macao, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-RAS tal-Macao kemm jekk le. |
|
(4) |
Wara eżami tal-iskadenza mibdi fit-3 ta' Ottubru 2008 (5), il-Kunsill estenda aktar il-miżuri antidumping għal 15-il xahar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 (6), jiġifieri sal-31 ta' Marzu 2011, meta l-miżuri skadew (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009”). |
|
(5) |
Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co Ltd, kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“l-applikanti”) ikkontestaw ir-Regolament ikkontestat fil-Qorti tal-Prim Istanza (issa: il-Qorti Ġenerali). B'sentenzi tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) u Oħrajn vs il-Kunsill u tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawżi Magħquda T-407/06 u T-408/06 Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs il-Kunsill il-Qorti Ġenerali rrifjutat dawk il-kontestazzjonijiet. |
|
(6) |
L-applikanti appellaw dawn is-sentenzi. Fis-sentenzi tagħha tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann Footwear (HK) u oħrajn vs il-Kunsill u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang Shoes vs il-Kunsill (“is-sentenzi Brosmann u Aokang”), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat dawn is-sentenzi. Hija sostniet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-liġi meta hija ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa li teżamina talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku minn negozjanti mhux inklużi fil-kampjun (il-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 29 u 32 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
|
(7) |
Il-Qorti mbagħad tat sentenza hi stess fuq din il-kwistjoni. Hija ddeċidiet li “il-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet dokumentati li l-appellanti ppreżentawlha fuq il-bażi tal-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażikusabiex jibbenefikaw minn TES fil-kuntest tal-proċedura antidumping [li hija] prevista mir-Regolament kontenzjuż. Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex eskluż li eżami bħal dan kien iwassal għall-impożizzjoni, fir-rigward tagħhom, ta' dazju antidumping definittiv differenti mid-dazju ta' 16,5 % li huwa applikabbli fir-rigward tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tar-regolament ikkontestat. Fil-fatt, minn din l-istess dispożizzjoni jirriżulta li dazju antidumping definittiv ta' 9,7 % ġie impost fir-rigward tal-operatur uniku taċ-Ċina li jidher fil-kampjun li kiseb it-TES. Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 38 tas-sentenza preżenti, kieku l-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kienu jipprevalu wkoll għall-appellanti, dawn tal-aħħar, meta l-kalkolu ta' marġni tad-dumping individwali ma kienx possibbli, kellhom jibbenefikaw ukoll minn din l-aħħar imsemmija rata” (il-paragrafu 42 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
|
(8) |
B'konsegwenza ta' dan, hija ħassret ir-Regolament ikkontestat safejn dan jirrigwarda lill-applikanti kkonċernati. |
|
(9) |
F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), ħabbret li hija kienet iddeċidiet li terġa' tibda l-proċediment antidumping fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità, u li kienet sejra teżamina jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ipprevalewx għall-applikanti għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005. L-avviż stieden lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw ruħhom u jagħmlu lilhom infushom magħrufa |
|
(10) |
F'Marzu 2014, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE (8), irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi adottat Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd u temm il-proċedimenti fir-rigward ta' dawk il-produtturi. Il-Kunsill kien tal-fehma li l-importaturi, peress li jkunu xtraw żraben minn dawk il-produtturi esportaturi, li għalihom id-dazji doganali rilevanti kienu ġew rimborsati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9) li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), kisbu aspettattivi leġittimi fuq il-bażi tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ikkontestat, li kien għamel id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, u b'mod partikolari l-Artikolu 221 tiegħu, applikabbli għall-ġbir tad-dazji. |
|
(11) |
Tliet importaturi tal-prodott ikkonċernat, C&J Clark International Ltd (“Clark”), Puma SE (“Puma”) u Timberland Europe B.V. (“Timberland”) (“l-importaturi kkonċernati”) ikkontestaw il-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċertu lbies għar-riġlejn miċ-Ċina u mill-Vjetnam u invokaw il-ġurisprudenza msemmija fil-premessi minn (5) sa (7) quddiem il-Qrati nazzjonali tagħhom, li rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari. |
|
(12) |
Fl-4 ta' Frar 2016, fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C&J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE (10), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 bħala invalidi sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma eżaminatx it-TES u t-talbiet għal trattament individwali (“TI”) ippreżentati mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam mhux inklużi fil-kampjun (“is-sentenzi”), kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (11). |
|
(13) |
Rigward il-Kawża C-571/14, Timberland Europe, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-11 ta' April 2016 li tħassar il-kawża mir-reġistru fuq talba tal-qorti nazzjonali tar-rinviju. |
|
(14) |
L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti. Fil-każ ta' annullament ta' att adottat mill-istituzzjonijiet fil-kuntest ta' proċedura amministrattiva, bħall-antidumping, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tikkonsisti fil-bdil tal-att annullat b'att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (12). |
|
(15) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista' titkompla fil-punt li fih saret l-illegalità (13). Dan jimplika b'mod partikolari li, f'sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura antidumping. F'sitwazzjoni fejn regolament li jimponi miżuri definittivi ta' antidumping jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċedura kontra d-dumping tkun għadha miftuħa, għaliex l-att li jikkonkludi l-proċediment antidumping jgħib mill-ordni legali tal-Unjoni (14), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-ftuħ. |
|
(16) |
Minbarra l-fatt li l-istituzzjonijiet ma eżaminawx it-talbiet għal TES u TI li ġew ippreżentati minn produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam li ma ġewx kampjunati, is-sejbiet l-oħrajn kollha magħmula fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 jibqgħu validi. |
|
(17) |
F'dan il-każ, l-illegalità saret wara l-ftuħ. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa' tibda dan il-proċediment antidumping li kien għadu miftuħ wara s-sentenzi fil-punt li fih saret l-illegalità u li teżamina jekk kinux jipprevalu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005, li kien il-perjodu ta' investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll, fejn xieraq, jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jikkwalifikawx għal TI skont 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (15) (ir-“Regolament bażiku qabel ma ġie emendat”) (16). |
|
(18) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 (17), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark u Puma ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ u prodotti minn tlettax-il produttur esportatur Ċiniż li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
|
(19) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (18), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark, Puma u Timberland ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mill-Vjetnam u prodotti minn ċerti produtturi esportaturi Vjetnamiżi li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
|
(20) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 (19), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Puma u Timberland ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn produttur esportatur wieħed fil-Vjetnam u minn żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ li li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
|
(21) |
Fid-dawl tal-implimentazzjoni tas-sentenza fil-kawżi magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE imsemmijin hawn fuq fil-premessa (12), il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 (20). Fl-Artikolu 1 ta' dak ir-regolament, il-Kummissjoni tat istruzzjoni lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex iressqu t-talbiet kollha għar-rimborż tad-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Vjetnam magħmula minn importaturi abbażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u abbażi tal-fatt li produttur esportatur mhux fil-kampjun kien talab għal TES jew TI fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri definittivi mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pretensjoni rilevanti għal TES jew TI u timponi mill-ġdid ir-rata ta' dazju xierqa. Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom imbagħad jiddeċiedu dwar it-talba għal ħlas lura u l-maħfra tad-dazji antidumping. |
|
(22) |
Wara n-notifika mingħand l-awtoritajiet doganali Franċiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li pprovdew talbiet għal TES u għal TI fl-investigazzjoni oriġinali, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ieħor ġie identifikat li kien fornitur ta' Deichmann, importatur Ġermaniż li kkontesta l-pagament ta' dazji. B'konsegwenza, il-Kummissjoni analizzat l-formola ta' talbiet għal TES u TI minn dawn it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(23) |
B'riżultat ta' dan ta' hawn fuq, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 (21), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn tliet produtturi esportaturi li ppreżentaw talbiet għal TES u TI iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
|
(24) |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, tal-Belġju u tal-Iżvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fit-12 ta' Lulju 2016 (ir-Renju Unit), fit-13 ta' Lulju 2016 (il-Belġju) u fis-26 ta' Lulju 2016 (l-Iżvezja) rispettivament. B'riżultat ta' dawn in-notifiki, il-Kummissjoni analizzat formoli ta' talbiet TES u TI minn dsatax-il produttur esportatur u, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423 (22), imponiet mil-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti minn dawn id-dsatax-il produttur esportatur. |
|
(25) |
Kif imsemmi fil-premessa (34) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423 imsemmi hawn fuq, matul l-investigazzjoni msemmija hawn fuq, permezz tal-kummenti magħmula minn bosta partijiet interessati wara l-iżvelar addizzjonali, ħames kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji ġew identifikati li kienu jew huma stess jew permezz ta' produttur esportatur Ċiniż jew Vjetnamiż ressqu formola tat-talba għal TES/IT matul l-investigazzjoni oriġinali, iżda li ma ġewx inklużi fil-kampjun u li ma ġewx ivvalutati f'kull eżerċizzju ta' implimentazzjoni preċedenti. Dawn il-kumpaniji kienu elenkati fl-Anness VI għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423 u kienu parti minn erba' gruppi ta' kumpaniji. |
|
(26) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni identifikat erba' gruppi ta' kumpaniji li jinkludu flimkien seba' kumpaniji individwali li kienu produtturi esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi li ma ġewx inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali u li ppreżentaw formola ta' talba għal TES/TI. Għalhekk, f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni vvalutat il-formoli ta' talba għal TES u TI ta': Dongguan Luzhou Shoes Co. Ltd, Dongguan Shingtak Shoes Co. Ltd, Guangzhou Dragon Shoes Co. Ltd, Guangzhou Evervan Footwear Co. Ltd, Guangzhou Guangda Shoes Co. Ltd, Long Son Joint Stock Company u Zhaoqing Li Da Shoes Co. Ltd (“il-produtturi esportaturi kkonċernati”). Dongguan Luzhou Shoes Co. Ltd u Zhaoqing Li Da Shoes Co. Ltd. huma kumpanniji relatati mal-kumpanija Dah LIH Puh elenkati fl-Anness VI għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423. Dongguan Shingtak Shoes Co. Ltd, Guangzhou Dragon Shoes Co. Ltd u Guangzhou Guangda Shoes Co. Ltd, huma kumpanniji relatati ma' Shing Tak Ind. Co. Ltd. elenkati fl-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423. Il-kumpanija Guangzhou Evervan Footwear Co. Ltd hija relatata ma' Evervan Group P/A Eva Overseas Intl. Ltd, elenkata ukoll fl-Anness VI għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423. |
B. IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA FIL-KAWŻI MAGĦQUDA C-659/13 U C-34/14 GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MIĊ-ĊINA
|
(27) |
Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma tbiddilx il-partijiet tal-valutazzjoni li ma kinux affettwati mis-sentenza (23). |
|
(28) |
Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li nstab li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu għad-dikjarazzjoni ta' invalidità f'dak li jirrigwarda l-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (26). |
|
(29) |
Il-konklużjonijiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, li ma ġewx iddikjarati invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqgħu validi u huma hawnhekk inkorporati f'dan ir-Regolament. |
|
(30) |
Għaldaqstant, il-premessi li ġejjin huma limitati għall-valutazzjoni l-ġdida meħtieġa għall-konformità mas-sentenzi tal-Qorti. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-TES jew it-TI kinux prevalenti għall-produtturi esportaturi kkonċernati msemmija fil-premessa (26) li ppreżentaw talbiet għal TES/TI għall-perjodu ta' investigazzjoni. L-iskop ta' din id-determinazzjoni huwa li jiġi aċċertat il-grad li bih l-importaturi kkonċernati huma intitolati li jirċievu pagament lura ta' dazju antidumping imħallas fir-rigward ta' dazji antidumping imħallsa fuq esportazzjonijiet ta' dawn il-fornituri. |
|
(32) |
Jekk l-analiżi tiżvela li t-TES kellu jingħata lill-produtturi esportaturi kkonċernati li l-esportazzjonijiet tagħhom kienu soġġetti għad-dazju antidumping imħallas mill-importaturi kkonċernati, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita lil dak il-produttur esportatur u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas u r-rata ta' dazju individwali, jiġifieri, fil-każ ta' importazzjonijiet miċ-Ċina, id-differenza bejn 16,5 %, u d-dazju impost fuq l-unika kumpanija esportatriċi fil-kampjun li kisbet TES, jiġifieri 9,7 %; u fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Vjetnam, id-differenza bejn 10 % u r-rata ta' dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm. |
|
(33) |
Jekk l-analiżi tiżvela li t-TI kellu jingħata lil produttur esportatur li għalih it-TES ġie rrifjutat, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita għall-produttur esportatur ikkonċernat u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas, jiġifieri, fil-każ ta' importazzjonijiet miċ-Ċina 16,5 % u fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Vjetnam 10 %, u d-dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm. |
|
(34) |
Min-naħa l-oħra, f'każ li l-analiżi ta' tali talbiet tat-TES u tat-TI tiżvela li kemm it-TES kif ukoll it-TI għandhom jiġu miċħuda, ma jista' jingħata l-ebda ħlas lura ta' dazji antidumping. |
|
(35) |
Kif spjegat fil-premessa (12), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċertu żraben minn ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi, għaliex il-Kummissjoni ma eżaminatx it-talbiet għal TES u għal TI ppreżentati minn dawn il-produtturi esportaturi. |
|
(36) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għal TES u għal TI tal-produtturi esportaturi kkonċernati biex tistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tagħhom. Dik il-valutazzjoni wriet li l-informazzjoni pprovduta ma wrietx li l-produtturi esportaturi kkonċernati jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jew li jikkwalifikaw għal trattament individwali (għal spjegazzjoni dettaljata ara l-premessa (37) u dawk sussegwenti hawn taħt). |
C. VALUTAZZJONI TAT-TALBIET GĦAL TES
|
(37) |
Huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TES bis-saħħa tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jippruvaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju ta' dan, huwa f'idejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-produttur humiex biżżejjed sabiex juru li l-kriterji stabbiliti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) huma ssodisfati biex jingħata TES, u hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika jekk din il-valutazzjoni hijiex ivvizzjata bi żball manifest (il-paragrafu 32 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 24 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
|
(38) |
F'konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-artikolu għandhom jiġu ssodisfati biex produttur esportatur ikun jista' jingħata TES. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jonqos li jiġi ssodisfat kriterju wieħed biss, dan ikun biżżejjed biex tiġi miċħuda t-talba għal TES. |
|
(39) |
Ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma seta' juri li jissodisfa l-kriterju 1 (Deċiżjonijiet tan-negozju). B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni sabet li ċerti produtturi esportaturi (Kumpaniji 28, 29, 31 u 32) (24) ma setgħux jiddeterminaw b'mod ħieles il-kwantitajiet tal-bejgħ tagħhom għal swieq domestiċi u esportaturi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li kien hemm limitazzjonijiet fl-output u/jew limitazzjoni għal kwantitajiet tal-bejgħ fi swieq speċifiċi (domestiċi jew esportaturi). Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi kkonċernati kollha naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u sħiħa (bħal provi dwar l-istruttura u l-kapital tal-kumpanija, provi jew spjegazzjonijiet li jikkonċernaw it-teħid ta' deċiżjoni tal-kumpanija, provi dwar il-kost tal-elettriku jew verżjoni Ingliża tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni) li juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom kienu ttieħdu skont is-sinjali tas-suq mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-kriterju 2 (Kontabbiltà), is-seba' produtturi esportaturi kollha naqsu milli juru li kellhom sett ta' rekords kontabilistiċi bażiċi awditjati b'mod indipendenti f'konformità ma' standards kontabilistiċi internazzjonali. F'dan ir-rigward, il-valutazzjoni għall-Kumpaniji 27, 28, 29, 31 żvelat li l-kontijiet tagħhom kienu qed jiksru l-istandards internazzjonali tal-kontabilità b'mod partikolari n-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kiri tal-bini jew ir-rappurtar żbaljat ta' drittijiet għall-użu tal-art jew l-użu ta' rati ta' skambju fissi. Għall-Kumpaniji 27, 28, 30 u 32, il-Kummissjoni sabet inkonsistenzi bejn l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal TES u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ (jiġifieri l-Karta tal-Bilanċ). Il-kumpanija 26 ipprovdiet lill-Kummissjoni b'opinjoni/rapport tal-awditur indipendenti u dikjarazzjonijiet finanzjarji bil-Vjetnamiż biss u naqset milli tissottometti traduzzjoni bl-Ingliż tagħhom. |
|
(41) |
Rigward il-kriterju 3 (Assi u “riport”), il-Kumpaniji 26, 27, 28, 29, 30, 31 u 32 naqsu milli juru li ma ġiet riportata l-ebda distorsjoni mis-sistema ta' ekonomija mhux tas-suq. B'mod partikolari, dawn il-kumpaniji naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u kompluta, inter alia, dwar l-assi li huma proprjetà tal-kumpanija, it-termini u l-valur tal-użu tal-art, id-devjazzjoni mir-rata tat-taxxa standard, il-politika ta' reklutaġġ tal-kumpanija, ir-rata tat-taxxa jew il-fornituri tal-elettriku u r-rati. |
|
(42) |
Il-Kumpanija 27 naqset milli turi li ssodisfat il-Kriterju 4 (Ambjent Legali). B'mod partikolari, għalkemm din il-kumpannija kienet f'sitwazzjoni ta' falliment apparenti skont il-karta tal-bilanċ tagħha, dan ma ġiex żvelat fir-rapporti finanzjarji tagħha jew fir-rapport tal-awditur. Il-kumpanija b'hekk naqset milli turi li hija taħdem taħt liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà li jiggarantixxu stabbilità u ċertezza legali. |
|
(43) |
Il-Kumpanija 29 naqset milli turi li ssodisfat il-Kriterju 5 (“Kambju tal-valuta”) peress li, skont in-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-kumpanija użat rata ta' kambju fissa għan-negozju tal-munita barranija, li mhijiex konformi mal-kriterju 5 li jistipula li l-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu fir-rata tas-suq. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni informat lill-produtturi esportaturi kkonċernati bis-sejbiet tat-TES u stednithom jipprovdu kummenti. Ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(45) |
Għaldaqstant, l-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati ma ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u, b'riżultat ta' dan, it-TES ġie miċħud lilhom kollha. |
D. VALUTAZZJONI TAT-TALBIET GĦAL TI
|
(46) |
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tal-istess Regolament, għandu madankollu jiġi speċifikat dazju individwali għall-esportaturi li jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu. |
|
(47) |
Kif imsemmi fil-premessa (37) huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob għal TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu. Għal dan l-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu jipprovdi li t-talba ppreżentata trid tiġi sostanzjata kif xieraq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jippruvaw li l-esportatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju, l-istituzzjonijiet tal-UE jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-esportatur humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu humiex issodisfati biex jingħata t-TI. |
|
(48) |
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, qabel l-emendar tiegħu, l-esportaturi għandhom juru, fuq il-bażi ta' talba sostanzjata kif xieraq, li l-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-Artikolu huma ssodisfati sabiex ikun jistgħu jingħataw it-TI. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas li jiġi ssodisfat mill-inqas kriterju wieħed kien biżżejjed sabiex tiġi miċħuda t-talba għal TI. |
|
(49) |
Il-ħames kriterji huma dawn li ġejjin:
|
|
(50) |
Il-produtturi esportaturi kollha kkonċernati talbu TI f'każ li ma jingħatawx TES. Għalhekk, il-Kummissjoni evalwat ukoll jekk għandux jingħata TI lil dawn il-produtturi esportaturi, minbarra li rrifjutat it-talbiet TES tagħhom kif deskritt fil-premessi (37) sa (44) hawn fuq. |
|
(51) |
Rigward il-kriterju 1 (Ripatrijazzjoni tal-kapital u l-profitti), il-Kumpanija 30 naqset milli turi li kienet libera li tibgħat lura lejn pajjiżha l-kapital u l-profitti u għalhekk ma urietx li dan il-kriterju ġie ssodisfat. |
|
(52) |
Fir-rigward tal-kriterju 2 (Bejgħ bl-esportazzjoni u l-prezzijiet stabbiliti b'mod liberu), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Kumpaniji 29, 31 u 32, naqsu milli jagħtu prova li deċiżjonijiet tan-negozju bħall-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ kienu ddeterminati b'mod liberu bħala reazzjoni għal sinjali tas-suq, peress li l-evidenza analizzata, bħall-artikoli tal-assoċjazzjoni jew il-liċenzji kummerċjali, uriet limitazzjoni fl-output u/jew fuq il-kwantitajiet tal-bejgħ taż-żraben fi swieq speċifiċi. |
|
(53) |
Fir-rigward tal-kriterju 3 (Il-kumpanija — il-persunal maniġerjali ewlieni u l-ishma — hija indipendenti biżżejjed mill-interferenza mill-Istat), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Kumpaniji 26, 27, 28, 29, 30 u 31 naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex juru li kienu indipendenti biżżejjed mill-interferenza mill-Istat. Inter alia, ma ngħatat l-ebda informazzjoni jew informazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-istruttura tas-sjieda tal-kumpanija u kif ittieħdu d-deċiżjonijiet (il-Kumpaniji 27, 28, 29, 30), kif id-dritt għall-użu tal-art kienu ttrasferiti lil dawn il-kumpaniji u f'liema termini u kundizzjonijiet (Kumpanijiet 28, 29, u 31). Il-Kumpanija 26 ipprovdiet ukoll verżjoni Vjetnamiża biss tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni u naqset milli tipprovdi traduzzjoni bl-Ingliż tagħhom. |
|
(54) |
Barra minn hekk, il-Kumpaniji 26, 27, 28, 29 u 30 naqsu wkoll milli jagħtu prova li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 5 (Ċirkomvenzjoni) fuq il-bażi li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni fuq kif ittieħdu d-deċiżjonijiet fil-kumpanija u jekk l-Istat eżerċitax influwenza snifikanti f'dan it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-kumpanija. |
|
(55) |
Fl-aħħar nett, għall-Kumpanija 29 il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju ma sarux fir-rata tas-suq, iżda b'rata fissa kif imsemmi aktar' il fuq fil-premessa (43) hawn fuq. Għalhekk, ma ssodisfatx ir-rekwiżiti tal-kriterju 4 (ir-rata ta' kambju bbażati fuq is-suq). |
|
(56) |
Fid-dawl ta' hawn fuq, l-ebda waħda mis-seba' produtturi esportaturi kkonċernati ma ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu u għalhekk it-TI ġie miċħud lilhom kollha. Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi kkonċernati dwar dan u stednithom jipprovdu l-kummenti tagħhom. Ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(57) |
Id-dazju residwu antidumping applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, ta' 16,5 % u 10 % rispettivament, għandu għalhekk jiġi impost għall-esportazzjonijiet magħmula mid-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat għall-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament kien inizjalment mis-7 ta' Ottubru 2006 sas-7 ta' Ottubru 2008. Wara li inbeda rieżami ta' skadenza fit-30 ta' Diċembru 2009 dan ġie estiż sal-31 ta' Marzu 2011. L-illegalità identifikata fis-sentenzi hija li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma stabbilixxewx jekk il-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati għandhomx ikunu soġġetti għal dazju residwu jew għal dazju individwali. Fuq il-bażi tal-illegalità identifikata mill-Qorti, ma hemmx raġuni legali għal eżenzjoni sħiħa fuq il-prodotti mmanifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati milli jħallsu xi dazju antidumping. Att ġdid li jirrimedja l-illegalità identifikata mill-Qorti għalhekk jeħtieġ biss li jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tar-rata tad-dazju antidumping applikabbli, u mhux tal-miżuri stess. |
|
(58) |
Billi ġie konkluż li d-dazju residwu applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, għandu jkun impost mill-ġdid fir-rigward tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-istess rata li kienet ġiet oriġinarjament imposta bir-Regolament kontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, ma hija meħtieġa l-ebda bidla fir-Regolament (KE) Nru 388/2008. Dan ir-Regolament jibqa' validu. |
E. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA D-DIVULGAZZJJONI
|
(59) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti f'isem FESI u l-Footwear Coalition (25) li jirrrepreżentaw l-importaturi taż-żraben fl-Unjoni. |
Rekwiżiti proċedurali meta jiġu vvalutati l-formoli tat-talba għal TES u TI
|
(60) |
FESI u Footwear Coalition sostnew li l-oneru tal-prova meta jiġu vvalutati t-talbiet għal TES/TI huwa tal-Kummissjoni, peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kienu ssodisfaw l-oneru billi ressqu talbiet għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. FESI u Footwear Coalition seħqu wkoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali kellhom jingħataw l-istess drittijiet proċedurali bħal dawk mogħtija lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali. FESI u Footwear Coalition sostnew b'mod partikolari li twettqet biss analiżi tad-dokumenti u li ma saritx żjara ta' verifika fuq il-post u li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi ma ngħatawx l-opportunità jikkomplementaw il-formuli tat-talbiet għal TES/TI tagħhom permezz ta' ittri ta' defiċjenza. |
|
(61) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni ma ngħatawlhomx l-istess garanziji proċedurali bħal dawk li jingħataw fl-investigazzjonijiet antidumping standard iżda ġew applikati standards aktar stretti. FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Kummissjoni ma qisitx iż-żmien li għadda bejn il-preżentazzjoni tat-talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali u l-valutazzjoni ta' dawn it-talbiet. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi, matul l-investigazzjoni oriġinali ngħataw biss 15-il jum biex jimlew it-talbiet għal TES/TI, minflok il-21 jum li s-soltu jingħataw. |
|
(62) |
Fuq din il-bażi, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-prinċipju legali fundamentali li l-partijiet interessati tingħatalhom l-opportunità sħiħa jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma ġiex irrispettat. Fuq din il-bażi, ġie argumentat li meta l-produtturi esportaturi ma ngħatatilhomx l-opportunità li jikkompletaw l-informazzjoni nieqsa, il-Kummissjoni użat ħażin is-setgħa tagħha u effettivament invertiet l-oneru tal-prova fl-istadju tal-implimentazzjoni. |
|
(63) |
Fl-aħħar nett, FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li dan l-approċċ ikun diskriminatorju mhux biss fil-konfront tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali, imma wkoll fil-konfront ta' produtturi esportaturi f'pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq li kienu suġġetti għal investigazzjoni antidumping u li ppreżentaw talbiet għal TES/TI f'dik l-investigazzjoni. Għalhekk, il-kumpaniji Ċiniżi u Vjetnamiżi konċernati mill-implimentazzjoni attwali m'għandhomx jkunu suġġetti għall-istess limitu ta' għoti ta' informazzjoni kif applikat f'investigazzjoni normali ta' 15-il xahar u ma għandhomx ikunu soġġetti għal standards proċedurali aktar stretti. |
|
(64) |
FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li l-Kummissjoni applikat l-fatti de facto disponibbli, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-istess Kummissjoni ma osservatx ir-regoli proċedurali stipulati fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-ġurisprudenza l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob TES/TI skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, kif sostnut mill-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokang, l-Istituzzjonijiet mhumiex obbligati li jippruvaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-provi fornuti mill-produttur konċernat humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati sabiex jingħata TES/TI (ara l-premessa (48)). F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li ma hemm l-ebda obbligu għall-Kummissjoni fir-Regolament bażiku u lanqas fil-ġurisprudenza li tagħti l-possibilità lill-produtturi esportaturi biex tikkomplementa t-talba TES-TI bl-informazzjoni fattwali kollha nieqsa. Il-Kummissjoni tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur. |
|
(66) |
Fir-rigward tal-argument li saret biss analiżi dokumentarja, il-Kummissjoni tinnota li analiżi dokumentarja hija proċedura fejn it-talbiet għal TES/TI jiġu analizzati abbażi tad-dokumenti sottomessi mill-produttur esportatur. L-applikazzjonijiet kollha għal TES/TI jiġu suġġetti għal analiżi dokumentarja mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twettaq spezzjonijiet fuq il-post ukoll. L-ispezzjonijiet fuq il-post, madankollu mhumiex meħtieġa u lanqas ma jitwettqu għal kull applikazzjoni għal TES/TI. L-ispezzjonijiet fuq il-post, meta jitwettqu, ġeneralment ikollhom bħala għan li jikkonfermaw xi valutazzjoni preliminari magħmula mill-istituzzjonijiet u/jew li tiġi kkontrollata l-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur ikkonċernat. Fi kliem ieħor, jekk l-elementi ta' prova sottomessi mill-produttur esportatur juru b'mod ċar li TES/TI mhuwiex iġġustifikat, normalment ma ssirx spezzjoni fuq il-post, li hija ħaġa addizzjonali u fakultattiva. Hija l-Kummissjoni li tivvaluta jekk żjara ta' verifika tkunx opportuna (26). Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni tiddeċiedi dwar il-mezzi biex tivverifika l-informazzjoni f'formula ta' talba għal TES/TI. B'hekk, meta, bħal f'dan il-każ, il-Kummissjoni tiddeċiedi, abbażi ta' analiżi dokumentarja, li għandha biżżejjed provi biex tiddeċiedi dwar talba għal TES/T, la tkun meħtieġa żjara ta' verifika u lanqas ma tkun tista' tintalab. |
|
(67) |
Rigward l-affermazzjoni li d-drittijiet tad-difiża ma ġewx rispettati sew mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibgħatx ittri ta' defiċjenza, fl-ewwel lok wieħed ifakkar li d-drittijiet tad-difiża huma drittijiet individwali, u li FESI u Footwear Coalition ma jistgħux jinvokaw il-ksur ta' dritt individwali ta' kumpaniji oħra. It-tieni nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-affermazzjoni li hemm prattika mill-Kummissjoni li jkunu hemm ammont sinifikanti ta' skambju ta' informazzjoni u proċess dettaljat ta' tlestija tad-defiċjenzi meta ssir biss analiżi dokumentarja minflok analiżi dokumentarja flimkien ma' verifika fuq il-post. Fil-fatt, FESI u Footwear Coalition ma kinux kapaċi jipprovdu evidenza li turi l-kuntrarju. |
|
(68) |
Il-kummenti ta' FESI u ta' Footwear Coalition dwar id-diskriminazzjoni jkollhom jiġu miċħuda wkoll bħala infondati. Wieħed ifakkar li l-prinċipju ta' trattament ugwali jinkiser meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jittrattaw każijiet simili b'mod differenti, u b'hekk ipoġġu lil xi negozjanti fi żvantaġġ meta mqabbla ma' oħrajn, mingħajr ma din id-differenzazzjoni tkun iġġustifikata mill-eżistenza ta' differenzi oġġettivament sostanzjali (27). Madankollu, dan huwa eżattament dak li l-Kummissjoni mhux qed tagħmel: billi tirrikjedi lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun jissottometu talbiet għal rivalutazzjoni tat-TES/TI, hija għandha l-intenzjoni li ġġib lil dawn il-produtturi esportaturi li qabel ma kinux fil-kampjun fuq l-istess livell bħaldawk li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni inizjali. Barra minn hekk, billi r-Regolament bażiku ma jistabbilixxix perjodu minimu f'dan ir-rigward, dment li l-qafas taż-żmien għal dan l-għan ikun raġonevoli u jipprovdi lill-partijiet b'opportunità suffiċjenti biex jiġbru (jew jiġbru mill-ġdid) l-informazzjoni meħtieġa filwaqt li fl-istess ħin jitħarsu d-drittijiet tad-difiża tagħhom, ma tkunx saret diskriminazzjoni. |
|
(69) |
Rigward l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, fil-każ attwali l-Kummissjoni aċċettat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi kkonċernati u ma ċaħditx din l-informazzjoni anzi bbażat il-valutazzjoni tagħha fuqha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma applikatx l-Artikolu 18. Minn dan isegwi li ma kienx hemm bżonn li tiġi segwita l-proċedura tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament Bażiku. Il-proċedura tal-Artikolu 18(4) hija segwita fil-każijiet meta l-Kummissjoni jkun beħsiebha tirrifjuta ċerta informazzjoni pprovduta mill-parti interessata u minflok tuża l-fatti disponibbli. |
Il-bażi legali tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni
|
(70) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw li l-Kummissjoni tkun qed tikser l-Artikolu 266 tat-TFUE, peress li dan l-artikolu ma jipprovdix bażi ġuridika għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni fir-rigward ta' miżura li skadiet. FESI u Footwear Coalition tennew ukoll li l-Artikolu 266 TFUE ma jippermettix l-impożizzjoni ta' dazji antidumping retroattivament u dan jista' jiġi kkonfermat ukoll bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-458/98P IPS v il-Kunsill (28). |
|
(71) |
F'dan ir-rigward, FESI u Footwear Coalition argumentew li l-proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam kien ġie konkluż fl-31 ta' Marzu 2011 mal-iskadenza tal-miżuri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kienet ħarġet avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar l-iskadenza tad-dazji fis-16 ta' Marzu 2011 (29) (“avviż ta' skadenza”), l-industrija tal-Unjoni ma kienet qalet xejn dwar kontinwazzjoni ta' dumping u anki s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma invalidatx l-avviż ta' skadenza. |
|
(72) |
Barra minn hekk, l-istess partijiet argumentaw li lanqas fir-Regolament bażiku ma hemm bażi li tippermetti lill-Kummissjoni terġa' tiftaħ l-investigazzjoni antidumping. |
|
(73) |
F'dan il-kuntest, FESI u Footwear Coalition argumentaw li barra minn hekk, il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u tal-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati fl-investigazzjoni oriġinali qed jiksru l-prinċipju universali tal-preskrizzjoni jew tal-limitazzjoni. Dan il-prinċipju huwa stabbilit fil-Ftehim tad-WTO u fir-Regolament bażiku li jistabbilixxu limitu ta' żmien ta' 5 snin għall-miżuri u fl-Artikoli 236(1) u 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju li jiffissa perjodu ta' tliet snin għall-importaturi biex jitolbu l-ħlas lura ta' dazji antidumping fuq naħa u għall-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jiġbru d-dazji tal-importazzjoni u d-dazji antidumping fuq in-naħa l-oħra (30). L-Artikolu 266 tat-TFUE ma jippermettix devjazzjoni minn dan il-prinċipju. |
|
(74) |
Finalment, intqal li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni jew ġurisprudenza preċedenti li tappoġġa l-użu tal-Artikolu 266 tat-TFUE bħala bażi legali għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. |
|
(75) |
Fir-rigward tan-nuqqas ta' kwalunkwe bazi legali għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar il-ġurisprudenza kkwotata hawn fuq fil-premessa (15), skont liema tista' tkompli l-investigazzjoni mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità. Skont il-ġurisprudenza, il-legalità ta' regolament antidumping trid tiġi evalwata fid-dawl tan-normi oġġettivi tad-dritt tal-Unjoni, u mhux minn prattika deċiżjonali, anki f'każijiet fejn it-tali prattika teżisti (li mhuwiex il-każ hawnhekk). Għalhekk, il-prassi tal-imgħoddi tal-Kummissjoni, quod non, ma jistax joħloq aspettattivi leġittimi: skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, l-aspettattivi leġittimi jistgħu jinħolqu biss meta l-istituzzjonijiet ikunu taw assigurazzjonijiet speċifiċi li jippermettu lil parti interessata leġittimament tiddeduċi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu se jaġixxu b'ċertu mod (31). La FESI u lanqas Footwear Coalition ma ppruvaw juru li dawn l-assigurazzjonijiet ingħataw f'dan il-każ. Dan huwa iktar u iktar il-każ minħabba li l-prattika preċedenti msemmija ma tikkorrispondix għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta' dan il-każ u d-differenzi jistgħu jiġu spjegati b'differenzi fattwali u legali fil-każ preżenti. |
|
(76) |
Dawn id-differenzi huma: l-illegalità identifikata mill-Qorti ma tikkonċernax is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni, u għalhekk il-prinċipju tal-impożizzjoni tad-dazju, iżda tikkonċerna biss ir-rata preċiża tad-dazju. L-annullamenti preċedenti invokati mill-partijiet interessati, għall-kuntrarju, kienu jikkonċernaw is-sejbiet dwar dumping, dannu u l-interess tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu għalhekk jikkalkulaw mill-ġdid ir-rata tad-dazju preċiża għall-produtturi esportaturi kkonċernati. |
|
(77) |
B'mod partikolari, f'dan il-każ, ma kien hemm ebda ħtieġa li tintalab aktar informazzjoni mingħand il-partijiet interessati. Minflok, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-informazzjoni li kienet ġiet ippreżentata lilha, iżda li ma kinitx ġiet ivvalutata qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Fi kwalunkwe każ, kif innotat fil-premessa (75), il-prassi preċedenti f'każijiet oħra ma tistax tikkostitwixxi assigurazzjoni preċiża u inkundizzjonata għal dan il-każ. |
|
(78) |
Fl-aħħar nett, il-partijiet kollha li kontrihom huwa dirett il-proċediment, jiġifieri l-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll il-partijiet fil-kawżi quddiem il-Qorti u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta waħda minn dawn il-partijiet, ġew infurmati bid-divulgazzjoni tal-fatti rilevanti li abbażi tagħhom il-Kummissjoni beħsiebha tadotta din il-valutazzjoni għal TES/TI. Għalhekk, id-drittijiet tad-difiża tagħhom huma mħarsa. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat b'mod partikolari li importaturi mhux relatati, fi proċediment antidumping, ma jgawdux drittijiet ta' difiża, peress li dawn il-proċedimenti mhumiex diretti kontrihom. |
|
(79) |
Fir-rigward tal-argument li l-miżuri inkwistjoni skadew fil-31 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ma tarax raġuni għaliex l-iskadenza tal-miżura tkun ta' relevanza għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta att ġdid li jissostitwixxi l-att annullat wara sentenza li tannulla l-att inizjali. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-premessa (15) ta' hawn fuq, il-proċedura amministrattiva għandha terġa' tinbeda mill-punt fejn saret l-illegalità. |
|
(80) |
Għaldaqstant il-proċedimenti antidumping, b'riżultat tal-annullament tal-att li jikkonkludi l-proċedimenti, għadhom miftuħa. Il-Kummissjoni hija taħt obbligu li tagħlaq dawk il-proċedimenti; L-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku jistipula li investigazzjoni għandha tingħalaq b'att tal-Kummissjoni. |
L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju.
|
(81) |
FESI u Footwear Coalition sostnew ukoll li l-proċedura adottata biex terġa' tiftaħ l-investigazzjoni u jiġi imponut dazju b'mod retroattiv jammonta għal abbuż ta' setgħa min-naħa tal-Kummissjoni u tikser it-TFUE. FESI u Footwear Coalition isostnu f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma għandhiex l-awtorità tinterferixxi fl-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità billi tipprevjeni l-ħlas lura tad-dazji antidumping. Huma argumentaw li kien f'idejn l-awtoritajiet doganali nazzjonali li jisiltu l-konsegwenzi ta' invalidazzjoni tad-dazji antidumping u li huma jkunu wkoll obbligati jirrimborżaw dawk id-dazji antidumping li kienu ġew iddikjarati invalidi mill-Qorti. |
|
(82) |
F'dan ir-rigward, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku ma jippermettix lill-Kummissjoni tidderoga mill-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, peress li dawn iż-żewġ leġiżlazzjonijiet huma tal-istess ordni ġuridiku u r-Regolament bażiku ma jistax jitqies bħala lex specialis tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. |
|
(83) |
Barra minn hekk, l-istess partijiet komplew jgħidu li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku ma jirreferix għall-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u jgħid biss li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali mill-Kummissjoni, iżda mhux deroga mill-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
|
(84) |
Bi tweġiba għal dan, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku ma jirrendix awtomatikament applikabbli r-regoli li jirregolaw il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping individwali (32). Għall-kuntrarju, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku jagħti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni d-dritt li jittrasponu u japplikaw, meta jkun neċessarju u utli, ir-regoli li jirregolaw tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni (33). |
|
(85) |
Din it-traspożizzjoni ma teħtieġx applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. L-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku b'mod espliċitu jipprevedi dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tad-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, eżempju tajjeb ta' fejn isseħħ devjazzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Huwa fuq din il-bażi li l-Kummissjoni għamlet użu mis-setgħat li jirriżultaw mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku u ħtieġet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex temporanjament ma jħallsux rimborżi. Dan ma jikkontestax il-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet doganali nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' tilwim dwar dejn doganali: l-awtorità biex jittieħdu deċiżjonijiet tibqa' tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għadhom jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li tasal għalihom il-Kummissjoni fir-rigward ta' talbiet għal TES u għal TI, jekk għandux jingħata rimborż jew le. |
|
(86) |
B'hekk, għalkemm huwa minnu li xejn fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jippermetti li jinħolqu ostakoli għar-rimbors ta' dazji doganali mħallsa bi żball, l-ebda tali dikjarazzjoni ma tista' ssir f'dak li għandu x'jaqsam ma'ħlas lura ta' dazji antidumping. Għaldaqstant, u minħabba l-ħtieġa ġenerali li jiġu protetti r-riżorsi proprji tal-Unjoni minn talbiet mhux iġġustifikati għal ħlas lura u d-diffikultà relatata li din kienet tikkawża biex wara jinġabru lura ripagamenti mhux ġustifikati, il-Kummissjoni kellha tiddevjaw temporanjament mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi tagħmel użu mis-setgħat tagħha skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku. |
Nuqqas ta' dikjarazzjoni tal-bażi ġuridika
|
(87) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li bi ksur tal-Artikolu 296 tat-TFUE, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet u indikazzjoni tal-bażi ġuridika li fuqha d-dazji ġew imposti mill-ġdid retroattivament u għaldaqstant iċ-ċaħda tar-rimborż tad-dazji lill-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali. Għaldaqstant, FESI u Footwear Coalition affermaw li l-Kummissjoni kienet kisret id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-partijiet interessati. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni tqieset li r-raġunament legali estensiv mogħti fid-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali u f'dan ir-Regolament jimmotiva kif dovut dan tal-aħħar. |
Aspettattivi leġittimi
|
(89) |
FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li aktar korrezzjoni retroattiva ta' miżuri skaduti tikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. FESI argumentat li, l-ewwel nett, il-partijiet inklużi l-importaturi ħassewhom assigurati li l-miżuri skadew fl-31 ta' Marzu 2011 u li minħabba ż-żmien li għadda minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali l-partijiet kienu intitolati jkollhom aspettattivi ġġustifikati li l-investigazzjoni oriġinali mhux se tkompli jew terġa' tinfetaħ. Bl-istess mod il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kienu intitolati jkollhom aspettattivi leġittimi ġġustifikati li t-talbiet tagħhom għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali ma kinux se jiġu rieżaminati aktar mill-Kummissjoni, abbażi tal-fatt waħdu li dawn it-talbiet mhumiex qed jiġu vvalutati fil-perjodu ta' tliet xhur applikabbli matul l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(90) |
Rigward l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati li l-miżuri antidumping skadew u li l-investigazzjoni mhux se terġa' tinfetaħ qatt, qed issir referenza għall-premessi (78) u (79) fejn dawn l-affermazzjonijiet ġew indirizzati fid-dettall. |
|
(91) |
F'dak li jirrigwarda l-aspettattivi leġittimi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li t-talbiet tagħhom għal TES/TI ma jerġgħux jiġu rieżaminati, qed issir referenza għall-premessa (74) t'hawn fuq, fejn din ġiet indirizzata daqstant ieħor fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar din il-kwistjoni. |
Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni
|
(92) |
FESI u Footwear Coalition issottomettew li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping b'effett retroattiv jikkostitwixxi diskriminazzjoni ta' (i) l-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali vis-à-vis l-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang imsemmija fil-premessa (6) li ġew rimborżati dazji mħallsa fuq importazzjonijiet ta' żraben mill-ħames produtturi esportaturi kkonċernati b'dawn is-sentenzi, kif ukoll (ii) diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-implimentazzjoni attwali vis-à-vis il-ħames produtturi esportaturi kkonċernati mis-sentenzi Brosmann u Aokang li ma kienu suġġetti għall-ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE. |
|
(93) |
Rigward l-affermazzjoni dwar id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar l-ewwel nett dwar ir-rekwiżiti għal diskriminazzjoni, kif stipulat fil-premessa (67) ta' hawn fuq. |
|
(94) |
Imbagħad, tinnota li d-differenza bejn l-importaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni u dawk li huma kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang hija li dawn tal-aħħar ikkontestaw ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li oħrajn ma għamlux hekk. |
|
(95) |
Deċiżjoni adottata minn istituzzjoni tal-Unjoni, li ma ġietx ikkontestata mid-destinatarju tagħha fit-terminu previst mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ssir definittiva fil-konfront tiegħu. Din ir-regola hija bbażata b'mod partikolari fuq il-kunsiderazzjoni li t-termini li fihom proċedimenti legali jridu jinbdew huma intiżi sabiex iħarsu ċ-ċertezza legali billi jevitaw li miżuri tal-Unjoni li jipproduċu effetti legali jiġu tiddubidati b'mod indefinittiv (34). |
|
(96) |
Dan il-prinċipju proċedurali tad-dritt tal-Unjoni neċessarjament joħloq żewġ gruppi: dawk li kkontestaw miżura tal-Unjoni u li setgħu kisbu pożizzjoni favorevoli b'riżultat (bħal Brosmann u l-erba' produtturi esportaturi l-oħra), u dawk li ma għamlux hekk. Madankollu, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni ttrattat iż-żewġ partijiet b'mod ugwali bi ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament. Għarfien li parti taqa' taħt il-kategorija tal-aħħar minħabba deċiżjoni konxja li ma tikkontestax miżura tal-Unjoni ma jiddiskriminax kontra dak il-grupp. |
|
(97) |
Għalhekk, il-partijiet interessati kollha kienu qed jibbenefikaw mill-protezzjoni ġudizzjarja fil-qrati tal-Unjoni l-ħin kollu. |
|
(98) |
F'dak li jikkonċerna l-allegat diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni li ma kienu suġġetti għall-ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE, għandu jiġi nnutat li d-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jimponix mill-ġdid dazji ttieħdet b'mod ċar ħadet fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tas-sitwazzjoni speċifika kif kienet fiż-żmien meta l-Kummissjoni għamlet il-proposta tagħha għall-impożizzjoni mill-ġdid ta' dawk id-dazji u b'mod partikolari minħabba li dawn il-miżuri antidumping kienu diġà ġew rimborsati, u sal-punt li l-komunikazzjoni oriġinali tad-dejn lid-debitur inkwistjoni kienet ġiet irtirata wara s-sentenzi Brosmann u Aokang. Skont il-Kunsill, dan ir-rimborż kien ħoloq aspettattivi leġittimi min-naħa tal-importaturi kkonċernati. Peress li ma sar l-ebda rimborż komparabbli lil importaturi oħra, dawn ma humiex f'sitwazzjoni paragunabbli ma' dik tal-importaturi kkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kunsill. |
|
(99) |
F'kull każ, il-fatt li l-Kunsill għażel li jaġixxi b'ċertu mod, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ quddiemu, ma jistax jorbot lill-Kummissjoni timplimenta sentenza oħra eżattament fl-istess mod. |
Il-kompetenza tal-Kummissjoni li timponi miżuri antidumping definittivi
|
(100) |
Barra minn hekk, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza tadotta r-Regolament li jimponi dazju antidumping b'mod retroattiv fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali, u li din il-kompetenza fi kwalunkwe każ tkun tal-Kunsill. Din l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq l-argument li jekk l-investigazzjoni titkompla mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità, għandhom ikunu applikabbli wkoll l-istess regoli li kien hemm fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali, meta l-miżuri definittivi kienu jiġu adottati mill-Kunsill. Dawn il-partijiet argumentaw li skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) (imsejħa wkoll “ir-Regolament Omnibus I”), il-proċedura l-ġdida tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni ma għandhiex tapplika f'dan il-kuntest minħabba li qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Omnibus I, il-Kummissjoni (i) kienet diġà adottat att (ir-Regolament proviżorju), (ii) il-konsultazzjonijiet li kienu meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kienu miftuħa u konklużi, u (iii) il-Kummissjoni kienet diġà adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jadotta miżuri definittivi. Fuq din il-bażi, dawn il-partijiet ikkonkludew li għandhom japplikaw il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' Regolament Omnibus I. |
|
(101) |
Din l-affermazzjoni madankollu, tiffoka fuq id-data tal-ftuħ tal-investigazzjoni (li hi relevanti ħafna f'dak li jirrigwarda l-emendi sostanzjali l-oħra li saru fir-Regolament bażiku) iżda naqset milli tinnota li r-Regolament (UE) Nru 37/2014 juża kriterju differenti (jiġifieri, il-bidu tal-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri). Il-pożizzjoni ta' FESI u ta' Footwear Coalition hija għalhekk ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tar-regola tranżizzjonali fir-Regolament (UE) Nru 37/2014. |
|
(102) |
Fil-fatt, meta wieħed iqis ir-referenza fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 għal “proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri”, li tistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-bidliet fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri antidumping, u fid-dawl tat-tifsira ta' “proċedura” fir-Regolament bażiku, għal investigazzjoni li nbdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 37/2014, iżda fejn il-Kummissjoni ma kinitx nediet il-konsultazzjoni mal-kumitat rilevanti bil-ħsieb li jiġu adottati miżuri qabel dan id-dħul fis-seħħ, japplikaw ir-regoli l-ġodda għall-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri antidumping imsemmija. L-istess jgħodd għal proċedimenti fejn kienu ġew imposti miżuri fuq il-bażi tar-regoli qodma u qed jiġu rieżaminati, jew għal miżuri fejn kienu ġew imposti dazji proviżjonali fuq il-bażi ta' regoli qodma, iżda l-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi ma kinitx ġiet imnedija meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 37/2014. Fi kliem ieħor, ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 japplika għal “proċedura għall-adozzjoni” speċifika u mhux għal perjodu kollu ta' investigazzjoni partikolari jew saħansitra proċediment. |
|
(103) |
Ir-Regolament ikkontestat ġie adottat fl-2006. Il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli għal din il-proċedura hija r-Regolament bażiku. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax. |
F. KONKLUŻJONIJIET
|
(104) |
Wara li tqiesu l-kummenti magħmula u l-analiżi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazju residwu antidumping applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, jiġifieri 16,5 % u 10 % rispettivament, għandu jiġi impost mill-ġdid għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament. |
G. ŻVELAR
|
(105) |
Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-partijiet kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv fuq l-esportazzjonijiet tas-seba' produtturi esportaturi kkonċernati. Kienu konċessi perjodu taż-żmien li fih kellhom jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet sussegwenti għall-iżvelar. |
|
(106) |
Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'dan qed jiġi impost dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda jew kompożizzjoni tal-ġilda, esklużi żraben sportivi, żraben li jinvolvu teknoloġija speċjali, papoċċi u żraben oħra ta' ġewwa u żraben b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba', li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM: 6403 20 00, ex 6403 30 00 (36), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 (37) li seħħew matul il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009. Il-kodiċijiet TARIC huma mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“żraben sportivi” għandha tfisser ilbies tar-riġlejn skont it-tifsira tan-nota 1 tas-sottotitolu tal-Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (38); |
|
— |
“żraben li jinvolvu teknoloġija speċjali” għandha tfisser żraben li għandhom prezz CIF għal kull par ta' mhux inqas minn EUR 7,5, għall-użu f'attivitajiet sportivi, b'suletta iffurmata b'saff wieħed jew diversi, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b'mod li jassorbi l-impatt ta' movimenti vertikali jew laterali u b'karatteristiċi tekniċi bħal boroż ermetiċi li fihom gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta' densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98; |
|
— |
“żraben b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba” għandha tfisser żraben li jinkorporaw kappa ta' protezzjoni għas-swaba b'reżistenza għall-impatti ta' mill-anqas 100 joules (39) u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM: ex 6403 30 00 (40), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00; |
|
— |
“papoċċi u żraben oħra ta' ġewwa” għandha tfisser dawk iż-żraben li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00. |
3. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandha tkun ta' 16,5 % għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati u ta' 10 % għall-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kkonċernati.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti f'eċċess tar-rata definittiva ta' dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċertu tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1)
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 tad-29 ta' April 2008 li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott konsenjati mill-Macao SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Macao SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1)
(5) ĠU C 251, 3.10.2008, p. 21.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċertu tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Macao SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Macao SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1).
(7) ĠU C 295, 11.10.2013, p. 6.
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 27).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(10) ĠU C 106, 21.3.2016, p. 2.
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.
(12) Il-Kawżi Magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, paragrafi 27 u 28.
(13) Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85; Il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, paragrafi 99 u 142; Il-Kawżi maqgħuda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-1999, paragrafu 83.
(14) Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ġie emendat sussegwentement bir-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1). Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 765/2012, l-emendi introdotti b'dak ir-Regolament emendatorju japplikaw biss għal investigazzjonijiet mibdija wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-investigazzjoni preżenti nbdiet fis-7 ta' Lulju 2005 (ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14).
(17) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 52)
(18) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co Ltd, Freetrend Industrial Ltd. u l-kumpanija relatata tagħha Freetrend Industrial A (il-Vjetnam) Co, Ltd., Fulgent Sun Footwear Co., Ltd., General Shoes Golden Star Co, Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd., Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, 14.9.2016, p. 16)
(19) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 262, 29.9.2016, p. 4)
(20) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223 tas-17 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' ċertu trattament tal-ekonomija tas-suq u talbiet individwali għat-trattament li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 3).
(21) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 340I, 15.12.2016, p. 1).
(22) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 20147/423 tad-9 ta' Marzu 2017 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 64, 10.3.2017, p. 72).
(23) Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.
(24) Sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità, l-ismijiet tal-kumpaniji ġew sostitwiti b'numri. Il-Kumpaniji 1 sa 3 kienu ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 imsemmi fi premessa (20), filwaqt li l-Kumpaniji 4 sa 6 kienu ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 imsemmi fil-premessa (23). Il-Kumpaniji 7 sa 25 ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423 imsemmi fil-premessa (24). Il-kumpaniji kkonċernati mir-Regolament attwali ġew attribwiti n-numri konsekuttivi 26 sa 32.
(25) Wolverine Europe BV, Wolverine Europe Limited u Damco Netherlands BV, fir-risposta tagħhom għad-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali rreferew għall-kummenti sottomessi minn FESI u mill-Footwear Coalition.
(26) Il-Kawża T-192/08, Transational Company Kazchrome u ENRC Marketing vs il-Kunsill, [2011] Ġabra II-07449, il-paragrafu 298. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell, ara l-Kawża C-10/12 P Transnational Company Kazchrome u ENRC Marketing vs il-Kunsill, ECLI:EU:C:2013:865.
(27) Il-Kawża T-255/01 Changzhou Hailong Electronics & Light Fixtures u Zhejiang Sunlight Group vs il-Kunsill, [2003] Ġabra II-04741, fil-paragrafu 60.
(28) C-458/98 P — Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.
(29) Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 82, 16.3.2011, p. 4).
(30) Dak il-limitu taż-żmien issa jinsab fl-Artikoli 103(1) u 121(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(31) Il-Kawża C-373/07 P Mebrom vs il-Kummissjoni, [2009] Ġabra I-00054, fil-paragrafi 91-94.
(32) Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, il-Konformità mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang, li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd,/* SWD/2014/046 finali, fil-premessi 45–48.
(33) Il-Kawża C-382/09 Stils Met, [2010] Ġabra I-09315, paragrafi 42-43. It-TARIC, pereżempju, li jintuża wkoll bħala mezz biex tkun żgurata l-konformità mal-miżuri ta' difiża kummerċjali, joriġina fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(34) Il-Kawża C-239/99 Nachi Europe [2001] Ġabra I-01197, fil-paragrafu 29.
(35) Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).
(36) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1) dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.
(37) Kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1719/2005. Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.
(38) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1).
(39) Ir-reżistenza għall-impatt għandha titkejjel skont in-Normi Ewropej EN345 jew EN346.
(40) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1549/2006 dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.
ANNESS I
Kodiċi TARIC għal żraben bil-partijiet ta' fuq tal-ġilda jew ġilda komposta kif definit fl-Artikolu 1:
|
(a) |
Mis-7 ta' Ottubru 2006: 6403300039, 6403300089, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080 |
|
(b) |
Mill-1 ta' Jannar 2007: 6403510519, 6403510599, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403590519, 6403590599, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403910519, 6403910599, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403990519, 6403990599, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080 |
|
(c) |
Mis-7 ta' Settembru 2007: 6403510515, 6403510518, 6403510595, 6403510598, 6403511191, 6403511199, 6403511591, 6403511599, 6403511991, 6403511999, 6403519191, 6403519199, 6403519591, 6403519599, 6403519991, 6403519999, 6403590515, 6403590518, 6403590595, 6403590598, 6403591191, 6403591199, 6403593191, 6403593199, 6403593591, 6403593599, 6403593991, 6403593999, 6403599191, 6403599199, 6403599591, 6403599599, 6403599991, 6403599999, 6403910515, 6403910518, 6403910595, 6403910598, 6403911195, 6403911198, 6403911395, 6403911398, 6403911695, 6403911698, 6403911895, 6403911898, 6403919195, 6403919198, 6403919395, 6403919398, 6403919695, 6403919698, 6403919895, 6403919898, 6403990515, 6403990518, 6403990595, 6403990598, 6403991191, 6403991199, 6403993191, 6403993199, 6403993391, 6403993399, 6403993691, 6403993699, 6403993891, 6403993899, 6403999195, 6403999198, 6403999325, 6403999328, 6403999395, 6403999398, 6403999625, 6403999628, 6403999695, 6403999698, 6403999825, 6403999828, 6403999895, 6403999898, 6405100081 u 6405100089 |
ANNESS II
Lista ta' produtturi esportaturi li ġie impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tagħhom
|
Isem il-produttur esportatur |
Referenza fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/423 (Anness VI) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Dongguan Luzhou Shoes Co. Ltd |
Dah Lih Puh |
A999 |
|
Dongguan Shingtak Shoes Co. Ltd |
Shing Tak Ind. Co. Ltd |
A999 |
|
Guangzhou Dragon Shoes Co. Ltd |
Shing Tak Ind. Co. Ltd |
A999 |
|
Guangzhou Evervan Footwear Co. Ltd |
Everan Group P/A Eva Overseas International, Ltd u Everan Group P/A Jiangxi Guangyou Footwear Co. |
A999 |
|
Guangzhou Guangda Shoes Co. Ltd |
Shing Tak Ind. Co. Ltd |
A999 |
|
Long Son Joint Stock Company |
Long Son Joint Stock Company |
A999 |
|
Zhaoqing Li Da Shoes Co., Ltd |
Dah Lih Puh |
A999 |