28.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1966

tas-27 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1189/2011 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta' talbiet għall-għajnuna u tas-segwitu għal dawn it-talbiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/24/UE tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi u miżuri oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1189/2011 (2) tal-Kummissjoni jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-komunikazzjoni ta' talbiet għall-għajnuna għall-irkupru tat-taxxa, is-segwitu għal dawk it-talbiet, l-użu ta' formoli tat-talba standard u ta' strumenti uniformi bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri u t-trasferiment ta' ammonti rkuprati fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna reċiproka tad-Direttiva 2010/24/UE.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-Istat Membru applikant jiġi infurmat bis-sħiħ dwar is-segwitu ta' talba għal notifika, huwa xieraq li l-awtorità li rċeviet it-talba tinforma lill-awtorità applikanti dwar il-mod ta' notifikazzjoni.

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tat-talbiet għal miżuri kawtelatorji, jenħtieġ li jiġu żviluppati formoli standard għall-komunikazzjoni tar-raġunijiet u taċ-ċirkostanzi speċifiċi għal dawn it-talbiet.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jkun speċifikat liema talbiet jistgħu jissemmew fl-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba.

(5)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tat-talbiet għall-irkupru, ir-regoli dwar ir-rata tal-kambju u t-trasferiment tal-ammonti rkuprati jenħtieġ li jiġu adattati, u jenħtieġ li jiġi ċċarat kif għandha tiġi kkomunikata żieda fl-ammont ta' talba.

(6)

L-istruttura u t-tqassim tal-formola standard li takkumpanja t-talba għan-notifikazzjoni u anki dawk tal-formola standard li tippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jenħtieġ ukoll li jiġu adattati sabiex jiġu allinjati mar-rekwiżiti tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika u biex jintużaw fi ftehimiet internazzjonali fil-futur.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Irkupru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1189/2011 jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-data u bil-mod ta' notifikazzjoni hekk kif din issir, billi tiċċertifika n-notifikazzjoni fil-formola tat-talba li tintbagħat lura lill-awtorità applikanti.”;

(2)

L-Artikolu 15 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

1.   It-talbiet għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/24/UE biex jingħata bidu għall-proċedura ta' għajnuna reċiproka jkunu ġew issodisfati.

2.   Fil-każ ta' talba għall-miżuri kawtelatorji, din id-dikjarazzjoni tista' tiġi ssupplimentata minn dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet u ċ-ċirkustanzi tat-talba, stabbilita skont il-mudell stipulat fl-Anness III.”;

(3)

L-Artikolu 16 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Strument uniformi uniku li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista' jinħareġ fir-rigward ta' diversi talbiet u diversi persuni, li jikkorrispondi għall-istrument jew għall-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

“3a.   Fejn l-istrument inizjali msemmi fil-paragrafu 2 jew l-istrument globali msemmi fil-paragrafu 3 jkun jinkludi diversi talbiet, li minnhom almenu waħda tkun diġà nġabret jew ġiet irkuprata, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandu jirreferi biss għal dawk it-talbiet li tintalab l-assistenza fl-irkupru tagħhom.

3b.   Fejn l-istrument inizjali msemmi fil-paragrafu 2 jew l-istrument globali msemmi fil-paragrafu 3 jkun jinkludi diversi talbiet, l-awtorità applikanti tista' telenka dawk it-talbiet fi strumenti uniformi differenti li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, skont id-diviżjoni tal-kompetenzi relatati mat-tip tat-taxxa tal-uffiċċji tal-irkupru rispettivi fl-Istat Membru li rċieva t-talba.”;

(4)

fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-fini tal-għajnuna ta' rkupru għandha tkun ir-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data ta' qabel dik li fiha tintbagħat it-talba. Jekk tali rata ma tkunx disponibbli f'dik id-data, ir-rata tal-kambju għandha tkun l-aktar rata tal-kambju reċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba.”;

(5)

fl-Artikolu 22 il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Jekk l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi żieda fl-ammont tat-talba, l-awtorità applikanti tista' tindirizza lill-awtorità li rċeviet it-talba emendata għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji.

Dik it-talba emendata għandha, kemm jista' jkun, tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba fl-istess ħin bħat-talba oriġinali mill-awtorità applikanti. Fejn, minħabba l-istat ta' progress tal-proċedura eżistenti, ma jkunx possibbli li t-talba emendata tiġi kkonsolidata mat-talba inizjali, jenħtieġ li l-awtorità li rċeviet it-talba tikkonforma mat-talba emendata biss jekk tkun tikkonċerna ammont li ma jkunx anqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.”;

(6)

fl-Artikolu 23(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“L-ammonti li jridu jintbagħtu lill-awtorità applikanti, skont l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/24/UE, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità applikanti f'euro, sakemm l-Istati Membri ma ftehmux biex jittrasferixxu l-ammonti rkuprati f'munita oħra.

It-trasferiment tal-ammonti rkuprati għandu jsir fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun sar l-irkupru, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor bejn l-Istati Membri.”;

(7)

L-Anness I huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(8)

L-Anness II huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(9)

L-Anness III ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1189/2011 tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati f'relazzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/24/UE tal-Kunsill dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 302 19.11.2011, p. 16)


ANNESS I

ANNESS I

Formola uniformi ta' notifika li tipprovdi informazzjoni dwar id-dokument(i) notifikat(i)

(biex tiġi trażmessa lid-destinatarju tan-notifika)  (1)  (2)

Dan id-dokument, stabbilit skont ☐ l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2011 jakkumpanja d-dokument(i) hawn notifikat(i) mill-awtorità kompetenti tal-Istat li ġej: [isem tal-Istat li rċieva t-talba].

Din in-notifika tikkonċerna dokumenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li ġej: [isem tal-Istat applikant], li talab għal assistenza ta' notifika, skont ☐ l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE.

A.   ID-DESTINATARJU TAN-NOTIFIKA

Isem:

Indirizz (magħruf jew maħsub):

Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

B.   L-ISKOP TAN-NOTIFIKA

Din in-notifika hija maħsuba biex:

tinforma lid-destinatarju, dwar id-dokument(i) li miegħu/magħhom huwa mehmuż dan id-dokument.

tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni fir-rigward tat-talba/talbiet imsemmija fid-dokument(i) notifikat(i).

tagħti konferma lid-destinatarju dwar l-obbligu tiegħu biex iħallas l-ammonti msemmija taħt il-punt D.

Jekk jogħġbok innota li f'każ li ma jsirx ħlas, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu miżuri kawtelatorji jew ta' infurzar biex jiżguraw l-irkupru tat-talba/talbiet. Dan jista' jwassal għal iżjed spejjeż li jkollu jħallas id-destinatarju.

Int id-destinatarju ta' din in-notifika, minħabba li int meqjus bħala:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), li għandha assi li jappartjenu lil, jew li għandhom dejn lejn, id-debitur (u l-kodebitur) jew xi persuna oħra responsabbli

parti terza li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jirrigwardaw persuni oħra

(L-informazzjoni segwenti ser tidher jekk id-destinatarju tan-notifika huwa persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur),li jkollha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur (u l-kodebitur) jew xi persuna oħra responsabbli, jew parti terza li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jirrigwardaw persuni oħra:

Id-dokumenti notifikati jirrigwardaw talbiet relatati ma' taxxi u ma' dazji, li għalihom huma responsabbli l-persuna(i) segwenti bħala

id-debitur prinċipali: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]

kodebitur: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]).

L-awtorità applikanti tal-Istat applikant (isem tal-Istat applikant) stiednet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li rċieva t-talba (isem tal-Istat li rċieva t-talba) biex jagħmlu din in-notifika qabel [data]. Jekk jogħġbok innota li din id-data mhijiex relatata speċifikament ma' xi perjodu ta' limitazzjoni.

C.   UFFIĊĊJU/I RESPONSABBLI GĦAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

Uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a):

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

Aktar tagħrif dwar ☐ id-dokument(i) notifikat(i)u/jew il-possibbiltà li jiġu kkontestati l-obbligi jista' jinkiseb

fl-uffiċċju msemmi hawn fuq responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a), u/jew

mill-uffiċċju li ġej:

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

D.   DESKRIZZJONI TAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

Dokument [numru]

Numru ta' referenza:

Data tal-istabbiliment:

In-natura tad-dokument notifikat:

Valutazzjoni tat-taxxa

Ordni ta' hlas

Deċiżjoni wara appell amministrattiv

Dokument amministrattiv ieħor:

Sentenza jew ordni ta':

Dokument ġudizzjarju ieħor:

L-isem tat-talba/talbiet ikkonċernata(i) (fil-lingwa tal-Istat Membru applikant):

In-natura tat-talba/talbiet ikkonċernata(i):

☐ a)

dazji doganali

☐ b)

taxxa fuq il-valur miżjud

☐ c)

dazji tas-sisa

☐ d)

taxxa fuq dħul jew kapital

☐ e)

taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni

☐ f)

taxxi fuq wirt u donazzjoni

☐ g)

taxxi u dazji nazzjonali fuq proprjetà immobbli, apparti dawk imsemmija hawn fuq

☐ h)

taxxi u dazji nazzjonali fuq l-użu jew is-sjieda ta' mezzi tat-trasport

☐ i)

taxxi u dazji oħra imposti minn jew f'isem l-Istat applikant

☐ j)

taxxi u dazji imposti minn jew f'isem sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat applikant, esklużi taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali

☐ k)

taxxi u dazji imposti minn jew f'isem awtoritajiet lokali

☐ l)

talba oħra bbażata fuq it-taxxa

☐ m)

rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), inkluż ammonti li jridu jinġabru f'konnessjoni ma' dawn l-azzjonijiet, u imposti u dazji oħra li hu previst għalihom fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor

L-ammont tat-talba/talbiet ikkonċernata(i):

Ammont prinċipali:

Penali u multi amministrattivi:

Interessi sa [data]:

Spejjeż sa [data]

Tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f'konnessjoni ma' proċeduri amministrattivi relatati mat-talba msemmija fil-punt [x]:

Ammont totali għal din/dawn it-talba/talbiet:

L-ammont imsemmi fil-punt [x] għandu jitħallas:

qabel:

fi żmien [numru] jiem wara d-data ta' din in-notifika

mingħajr aktar dewmien

Dan il-ħlas għandu jsir lil:

Isem id-detentur tal-kont bankarju:

In-Numru Internazzjonali tal-Kont tal-Bank (IBAN):

Il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni Bankarja (BIC):

Isem tal-bank:

Ir-referenza biex tintuża għall-ħlas:

Id-destinatarju jista' jwieġeb għad-dokument(i) li huwa/huma hawnhekk notifikat(i).

L-aħħar ġurnata biex twieġeb:

Il-perjodu taż-żmien biex twieġeb:

Isem u indirizz l-awtorità li lilha tista' tintbagħat tweġiba:

Il-possibbiltà li tikkontesta:

Il-perjodu ta' kontestazzjoni tat-talba jew tad-dokument(i) notifikat(i) diġà skada.

L-aħħar ġurnata għall-kontestazzjoni tat-talba:

Il-perjodu taż-żmien biex tiġi kkontestata t-talba: [numru ta' ġranet] wara

id-data ta' din in-notifika.

l-istabbiliment tad-dokument(i) notifikat(i)

data oħra:

Isem u indirizz l-awtorità li lilha għandha tintbagħat il-kontestazzjoni:

Jekk jogħġbok innota li t-tilwimiet rigward talbiet, l-istrument li jippermetti l-infurzar jew kwalunkwe dokument ieħor li joriġina mill-awtoritajiet tal-Istat applikant (isem tal-Istat applikant), jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant], skont ☐ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/24/UE.

Tali tilwimiet huma rregolati mir-regoli proċedurali u mir-regoli dwar il-lingwa li japplikaw fl-Istat applikant (isem tal-Istat applikant).

Jekk jogħġbok innota li l-irkupru jista' jibda qabel tmiem il-perjodu li fiha t-talba tista' tiġi kkontestata.

Informazzjoni oħra:


(1)  L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji.

(2)  Fejn din il-formola tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħha jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-dejta u l-informazzjoni li hemm fiha ma jinbidlux sostanzjalment.


ANNESS II

ANNESS II

Strument uniformi li jippermetti l-infurzar tat-talbiet koperti mid-Direttiva 2010/24/UE  (1)  (2)

☐   STRUMENT UNIFORMI LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TAT-TALBIET KOPERTIMID-DIRETTIVA 2010/24/UE

Data tal-ħruġ:

Numru ta' referenza:

☐   STRUMENT UNIFORMI RIVEDUT LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TAT-TALBIET KOPERTIMID-DIRETTIVA 2010/24/UE

Data tal-ħruġ tal-istrument uniformi oriġinali:

Data tar-reviżjoni:

Raġuni għar-reviżjoni:

sentenza jew ordni ta' [isem tal-Qorti]ta' [data]

deċiżjoni amministrattiva ta' [data]

Numru ta' referenza:

Stat fejn inħareġ dan id-dokument: [Isem tal-Istat applikant]

Kull Stat Membru tal-UE jista' jitlob għajnuna ta' rkupru mingħand Stati Membri oħra għal talbiet mhux imħallsa msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/24/UE. Din id-Direttiva ġiet adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Marzu 2010 u għandha tiġi applikata fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Miżuri ta' rkupru meħuda fl-Istat li rċieva t-talba huma bbażati fuq:

strument uniformi li jippermetti l-infurzar, skontl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/24/UE.

strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar, skontl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/24/UE (biex jieħu kont tad-deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dik id-Direttiva).

Dan id-dokument huwa l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar (inklużi l-miżuri kawtelatorji). Huwa jikkonċerna t-talba/talbiet imsemmija hawn taħt, li jibqa'/jibqgħu mhux imħallas/imħallsin fl-Istat applikant (isem tal-Istat applikant). L-istrument inizjali għall-infurzar ta' din/dawn it-talba/talbiet ġie notifikat sal-grad meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat applikant [isem tal-Istat Membru applikant].

Tilwimiet rigward it-talba/talbiet jaqgħu esklussivament fi ħdan il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat applikant (isem tal-Istat Membru applikant), skont ☐ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/24/UE. Kull tali azzjoni trid tinġieb quddiemhom skont ir-regoli proċedurali u dwar il-lingwa fis-seħħ fl-Istat applikant (isem tal-Istat applikant).

DESKRIZZJONI TAT-TALBA/TALBIET U TAL-PERSUNA(I) KKONĊERNATA(I)

Identifikazzjoni tat-talba/talbiet (numru)

1.

Referenza:

2.

In-natura tat-talba/talbiet ikkonċernata(i):

☐ a)

dazji doganali

☐ b)

taxxa fuq il-valur miżjud

☐ c)

dazji tas-sisa

☐ d)

taxxa fuq dħul jew kapital

☐ e)

taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni

☐ f)

taxxi fuq wirt u donazzjoni

☐ g)

taxxi u dazji nazzjonali fuq proprjetà immobbli, apparti dawk imsemmija hawn fuq

☐ h)

taxxi u dazji nazzjonali fuq l-użu jew is-sjieda ta' mezzi tat-trasport

☐ i)

taxxi u dazji oħra imposti mill-Istat (applikant) jew f'ismu

☐ j)

taxxi u dazji imposti mis-sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat (applikant) jew f'isimhom, esklużi taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali

☐ k)

taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali jew f'isimhom

☐ l)

talba oħra bbażata fuq it-taxxa

☐ m)

rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), inkluż ammonti li jridu jinġabru f'konnessjoni ma' dawn l-azzjonijiet, u imposti u dazji oħra li hu previst għalihom fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor

3.

Isem tat-taxxa/dazju kkonċernat(a):

4.

Il-perjodu jew id-data kkonċernata:

5.

Id-data tal-istabbiliment tat-talba:

6.

Id-data li fiha l-infurzar isir possibbli:

7.

L-ammont tat-talba li għadu dovut:

l-ammont prinċipali:

penali u multi amministrattivi:

interessi sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

spejjeż sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f'konnessjoni ma' proċeduri amministrattivi relatati mat-taxxa/dazju kkonċernat(a):

l-ammont totali ta' din it-talba:

8.

Data tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant: (isem tal-Istat applikant)

Data:

Ma hemm l-ebda data disponibbli

9.

L-uffiċċju responsabbli għall-evalwazzjoni tat-talba:

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

10.

Aktar tagħrif dwar it-talba jew il-possibiltajiet ta' kontestazzjoni tal-obbligu tal-ħlas jista' jinkiseb:

mill-uffiċċju msemmi hawn fuq

mill-uffiċċju responsabbli għall-Istrument uniformi li jippermetti l-infurzar:

Isem:

Indirizz:

Dettalji oħra ta' kuntatt:

Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

Identifikazzjoni tal-persuna(i) kkonċernata(i) fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti(u) l-infurzar

a)

Din il-persuna hija msemmija fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti(u) l-infurzar

persuna fiżika

et al

Isem

Indirizz (magħruf jew maħsub)

Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

Rappreżentant legali

Isem

Indirizz (magħruf jew maħsub)

Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

Kawża tal-imputabilità:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

b)

il-persuna(i) li ġejja(in) hija/huma msemmija(in) ukoll fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti(u) l-infurzar:

persuna fiżika

et al

Isem:

Indirizz (magħruf jew maħsub):

Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

Rappreżentant legali

Isem:

Indirizz (magħruf jew maħsub):

Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

Kawża tal-imputabilità:

id-debitur prinċipali

kodebitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

Informazzjoni oħra

L-ammont totali globali tat-talba/talbiet

fil-munita tal-Istat applikant:

fil-munita tal-Istat li rċieva t-talba:

f'EUR:


(1)  L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji.

(2)  Fejn din il-formola tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħha jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u għall-possibiltajiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-dejta u l-informazzjoni li jkun hemm fiha ma jinbidlux sostanzjalment.


ANNESS III

Dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għal talba għal miżuri kawtelatorji

Isem il-lingwa(i) ta' dan id-dokument

Dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għal talba għal miżuri kawtelatorji (1)  (2)

abbażi ta':

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2010/24/UE


Din id-dikjarazzjoni hija marbuta mat-talba għal miżuri kawtelatorji

Bir-referenza li ġejja:

Ref. …

mibgħuta mill-Istat applikant li ġej:

 

għall-Istat li rċieva t-talba li ġej:

 

Hija prevista l-informazzjoni li ġejja dwar ir-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi għal din it-talba:

1.

Informazzjoni ġenerali

 

1.1.

It-talba/talbiet huma s-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant li huwa kkontestat.

 

1.2.

It-talba/talbiet huma s-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant li mhuwiex ikkontestat.

 

1.3.

It-talba/talbiet għadhom mhumiex is-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant.

 

1.4.

It-talba/talbiet mhumiex ikkontestati.

 

1.5.

It-talba/talbiet ma jistgħux jiġu aktar ikkontestati b'appell amministrattiv/b'appell quddiem il-qrati.

 

1.6.

It-talba/talbiet huma kkontestati imma l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità applikanti jippermettu li jittieħdu miżuri kawtelatorji.


2.

Dokumenti u/jew raġunijiet ġustifikatorji

 

2.1.

Din it-talba hija akkumpanjata minn strument uniformi li jippermetti l-irkupru fl-Istat li rċieva t-talba.

Nota: dan l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat li rċieva t-talba jippermetti wkoll lill-Istat li rċieva t-talba jieħu miżuri kawtelatorji (għal talbiet ibbażati fuq id-Direttiva 2010/24/UE: ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) ta' dik id-Direttiva).

 

2.2.

Din ir-rikjesta hija bbażata fuq deċiżjoni amministrattiva (mehmuża) li tippermetti li jittieħdu miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant, li fiha hemm l-evalwazzjoni li ġejja:

 

 

2.2.1.

Evalwazzjoni amministrattiva fuq il-bżonn li jittieħdu miżuri kawtelatorji vvalutata minn:

 

 

l-isem tal-awtorità:

 

 

 

l-indirizz tal-awtorità:

 

 

 

id-data ta' din id-deċiżjoni:

JJ/XX/SSSS

 

 

dettalji tal-persuna ta' kuntatt:

 

 

 

2.2.2.

Ċirkostanzi

 

 

 

L-istrument li jippermetti l-infurzar huwa kkontestat.

 

 

 

It-talba/talbiet għadhom mhumiex is-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar.

 

 

 

Il-kontestazzjoni tat-talba/talbiet min-naħa tad-debitur diġà ġiet miċħuda fl-ewwel istanza, iżda din id-deċiżjoni mhijiex finali.

 

 

2.2.3.

Din l-awtorità ppermettiet li jittieħdu miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant skont il-liġi nazzjonali, fid-data li ġejja:

JJ/XX/SSSS

 

 

2.2.4.

Il-miżuri kawtelatorji huma kkunsidrati bħala ġustifikati għar-raġunijiet li ġejjin, li juri l-urġenza u r-riskju li l-kollezzjoni u l-irkupru jistgħu jiġu ostakolati jew mfixklin b'mod qawwi.

 

 

 

ammont għoli (stmat) tad-dejn (mistenni)/debitu sinifikanti

 

 

 

suspett ta' frodi

 

 

 

Il-persuna/persuni kkonċernati jippjanaw l-insolvenza

 

 

 

ristrutturazzjoni tal-assijiet

 

 

 

trasferiment ta' proprjetà

 

 

 

tentattiv sabiex jaħbu/jgħattu/jiddissipaw l-assijiet

 

 

 

ġestjoni traskurata tan-negozju

 

 

 

tibdil frekwenti ta' residenza

 

 

 

rilokazzjoni ta' proprjetà f'pajjiżi barranin

 

 

 

id-debitur mhuwiex qiegħed jirrispetta l-ftehimiet preċedenti dwar il-ħlas

 

 

 

elementi/raġunijiet oħra: …

 

 

Spjegazzjoni qasira (aħjar issir): …

 

2.3.

Din it-talba hija bbażata fuq konferma ġudizzjarja (mehmuża) li l-miżuri kawtelatorji huma ġustifikati:

 

 

2.3.1.

Evalwazzjoni ġudizzjarja fuq il-bżonn li jittieħdu miżuri kawtelatorji vvalutata minn:

 

 

l-isem tal-qorti:

 

 

 

l-indirizz tal-qorti:

 

 

 

id-data tad-deċiżjoni:

JJ/XX/SSSS

 

 

(Dettalji tal-persuna ta' kuntatt)

 

 

 

2.3.2.

Il-Qorti ddeċidiet:

 

 

 

fuq it-talba unilaterali tal-awtoritajiet tat-taxxa

 

 

 

wara l-kontestazzjoni tat-talba min-naħa tad-debitur, ta' persuna oħra responsabbli jew ta' persuna oħra soġġetta għall-miżuri kawtelatorji

 

 

2.3.3.

Din il-Qorti ppermettiet li jittieħdu miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant skont il-liġi nazzjonali tiegħu, fid-data li ġejja:

JJ/XX/SSSS

 

2.4.

Din it-talba għal miżuri kawtelatorji hija bbażata fuq ir-raġunijiet deskritti fid-dokument(i) mehmuż(a).

 

2.5.

Il-miżuri kawtelatorji huma kkunsidrati bħala ġustifikati għar-raġunijiet li ġejjin, li juri l-urġenza u r-riskju li l-kollezzjoni u l-irkupru jistgħu jiġu ostakolati jew mfixklin b'mod qawwi.

 

 

Ammont għoli (stmat) tad-dejn (mistenni)/livelli sinifikanti ta' dejn

 

 

Suspett ta' frodi

 

 

Il-persuna/persuni kkonċernati jippjanaw l-insolvenza

 

 

ristrutturazzjoni tal-assijiet

 

 

trasferiment ta' proprjetà

 

 

tentattiv sabiex jaħbu/jgħattu/jiddissipaw l-assijiet

 

 

ġestjoni traskurata tan-negozju

 

 

tibdil frekwenti ta' residenza

 

 

rilokazzjoni ta' proprjetà f'pajjiżi barranin

 

 

id-debitur mhuwiex qiegħed jirrispetta l-ftehimiet preċedenti dwar il-ħlas

 

 

elementi/raġunijiet oħra: …

 

 

Spjegazzjoni qasira (aħjar issir): …


3.

Informazzjoni oħra

 

3.1.

L-awtoritajiet tal-Istat li rċieva t-talba huma mitlubin biex ma jinfurmawx lid-debitur jew persuni oħra kkonċernati qabel il-bidu tal-miżuri kawtelatorji.

 

3.2.

Informazzjoni oħra: …

(1)  L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji. Huwa ssuġġerit li jitneħħew is-subsezzjonijiet li mhumiex magħżulin.

(2)  Fejn din il-formola tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħha jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u għall-possibiltajiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-dejta u l-informazzjoni li jkun hemm fiha ma jinbidlux sostanzjalment.