21.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1928

tal-20 ta' Ottubru 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kintoa (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-domanda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Kintoa” mressqa minn Franza, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Kintoa” għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Permezz tal-ittra li waslet fit-22 ta' Awwissu 2016, l-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni li l-azjenda agrikola b'responsabbiltà limitata (EARL) du Carré (Alain Cazanave, Le chalet, 380, Chemin du Carré, 64300 Sallespisse) stabbilita fit-territorju tagħhom, kienet ilha tikkummerċjalizza legalment u b'mod kontinwu l-prodott li jibbenefika mid-denominazzjoni tal-bejgħ “Kintoa” għal aktar minn 5 snin u li dan il-punt tqajjem fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni.

(4)

Peress li l-impriża, iċċitata fil-premessa 3, tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-għoti ta' perjodu tranżitorju li fih tkun tista' tuża d-denominazzjoni b'mod legali wara r-reġistrazzjoni tagħha, jenħtieġ tingħata perjodu tranżitorju li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 li matulu tkun tista' tuża d-denominazzjoni “Kintoa”.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Kintoa” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

L-azjenda agrikola b'responsabbiltà limitata (EARL) du Carré (Alain Cazanave, Le chalet, 380, Chemin du Carré, 64300 Sallespisse) hija awtorizzata li tkompli tuża d-denominazzjoni rreġistrata “Kintoa” (DOP) sal-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 90, 23.3.2017, p. 9.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).