19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1897

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti bis-saħħa tal-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 2375 (2017) tal-KSNU.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509.

Bastimenti deżinjati skont il-paragrafu 6 tal-UNSCR 2375 (2017):

1.   Isem: PETREL 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9562233. MMSI: 620233000

2.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597. MMSI: 341985000

3.   Isem: TONG SAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8937675. MMSI: 445539000

4.   Isem: JIE SHUN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518780. MMSI: 514569000