17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1865

tas-16 ta' Ottubru 2017

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Vacqueyras (PDO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Vacqueyras”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Vacqueyras” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 206, 30.6.2017, p. 9.