3.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1783
tat-28 ta' Settembru 2017
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
ANNESS
Stat Membru |
Il-Belġju |
Stokk |
MAC/2A34. kif ukoll il-kundizzjonijiet speċjali korrispondenti MAC/*02AN-, MAC/*4AN. u MAC/*FRO1 |
Speċi |
Kavalli (Scomber scombrus) |
Żona |
IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32 |
Data tal-għeluq |
23.8.2017 |