|
20.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1585
tad-19 ta' Settembru 2017
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina fil-Kanada u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 442/2009 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 u (UE) Nru 593/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (2), il-Kunsill qabel dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). L-Artikolu 2.4 tal-Ftehim jipprevedi t-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq prodotti li joriġinaw f'waħda mill-Partijiet skont l-iskedi tal-eliminazzjoni tat-tariffi stabbiliti fl-Anness 2-A tal-Ftehim. |
|
(2) |
L-Anness 2-A tal-Ftehim jipprevedi, fost oħrajn, kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u għal-laħam tal-majjal. L-Anness 2-B tal-Ftehim jipprevedi aspetti speċifiċi dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji. Il-punt 6 tal-Anness 2-A jipprevedi regoli ta' tranżizzjoni għall-ewwel sena. |
|
(3) |
Il-Ftehim japplika b'mod provviżorju mill-21 ta' Settembru 2017. Għaldaqstant jeħtieġ li jinfetħu perjodi ta' kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina fil-Kanada mill-21 ta' Settembru 2017 'il quddiem. Sabiex jitqiesu kif dovut ir-rekwiżiti tal-provvista tas-suq eżistenti u emerġenti ta' produzzjoni, ta' pproċessar u ta' konsum fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-laħam tal-majjal fl-Unjoni f'termini tal-kompetittività, taċ-ċertezza u tal-kontinwità tal-provvista u l-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju ta' dak is-suq, jixraq li dawk il-kwoti jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (3) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (4) jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (5) jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella. Dawk ir-Regolamenti għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikunu xierqa xi derogi. |
|
(5) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 (6) li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-istatus tal-applikanti, il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-garanzija li għandha tiġi ppreżentata, jenħtieġ li japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Anness 2-B tal-Ftehim jipprevedi wkoll kif wieħed għandu jipproċedi meta liċenzja tiġi rritornata. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar ir-ritorn tal-liċenzji mhux użati. |
|
(7) |
Il-Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini, mehmuż mal-Ftehim, jistipula r-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-prova tal-oriġini. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini f'konformità ma' dan il-Protokoll. |
|
(8) |
L-Anness 2-A tal-Ftehim jipprevedi li, fil-bidu tas-sena 1, il-kwantitajiet stabbiliti għal kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal jridu jiżdiedu b'piż tal-prodott ta' 4 624 tunnellata metrika (5 549 tunnellata metrika ta' piż ta' karkassi ekwivalenti) skont il-volum għall-prodotti tal-laħam tal-majjal li joriġinaw fil-Kanada kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (7). Barra minn hekk, il-kwantitajiet stabbiliti għal kwota tariffarja għaċ-ċanga u l-vitella friski jew imkessħa jridu jiżdiedu, billi jibdew minn sena 1, b'piż tal-prodott ta' 3 200 tunnellata metrika (4 160 tunnellata metrika ta' piż ta' karkassi ekwivalenti) b'riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (8) u jiġu amministrati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 (9). Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 442/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jiġu emendati skont dan sabiex jitnaqqsu l-volumi korrispondenti. |
|
(9) |
L-Anness 2-A tal-Ftehim jistipula wkoll li l-prodotti li oriġinaw fil-Kanada importati fl-Unjoni bil-kwota tariffarja eżistenti għal-laħam tal-annimali bovini frisk, imkessaħ u ffriżat ta' kwalità għolja kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 (10) għandhom ikunu ħielsa minn kull dazju fid-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Minħabba l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li tibda mill-21 ta' Settembru 2017, il-kwantitajiet kollha għall-perjodu tal-kwota għall-2017 jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-applikazzjonijiet minn Ottubru 2017 għall-applikanti eliġibbli kollha. |
|
(11) |
Fid-dawl tad-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji
1. Dan ir-Regolament jiftaħ u jiġġestixxi l-kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali għall-prodotti indikati fl-Anness I, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. Il-kwantità tal-prodotti koperti mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għas-sena 2017 il-perjodu tal-kwota huwa jinfetaħ mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2017.
4. Il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu amministrati skont il-metodu msemmi fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
5. Diment li ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ir-Regolament (KE) Nru 382/2008, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.
Artikolu 2
Is-subperjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni
Il-kwantitajiet tal-prodotti stabbiliti għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali għan-numri tal-ordni stabbiliti fl-Anness I għandhom jinqasmu f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
(a) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
|
(b) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju; |
|
(c) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
|
(d) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. |
Il-kwantitajiet mhux użati notifikati skont l-Artikolu 8(2)(a) għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu li jmiss. L-ebda bilanċ mhux użat fl-aħħar tal-perjodu tal-kwota annwali ma għandu jiġi ttrasferit għall-perjodu tal-kwota annwali li jmiss.
Artikolu 3
Il-fatturi ta' konverżjoni
Il-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness II għandhom jintużaw għall-konverżjoni tal-piż tal-prodott f'ekwivalenti tal-piż tal-karkassa għall-prodotti koperti min-numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 4
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skont il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għal liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru li kwantità ta' prodotti tkun ġiet importata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' tnax-il xahar immedjatament qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni. Il-kwantità importata għandha tikkonċerna l-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
għall-kwoti tariffarji taċ-ċanga u l-vitella: prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0201, 0202, 0206 10 95 jew 0206 29 91; |
|
(b) |
għal-kwoti tariffarji tal-laħam tal-majjal: prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0201, 0202, 0206 10 95 u 0206 29 91 jew prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2)(q) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tat-tieni xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.
4. Fil-każ li l-kwantità għas-subperjodu ma tkunx ġiet eżawrita wara l-ewwel perjodu tal-applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 l-applikanti eliġibbli jistgħu jressqu applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji tal-importazzjoni fl-ewwel sebat ijiem tax-xahrejn sussegwenti. F'dawn il-każijiet, l-applikanti eliġibbli għandhom ukoll jinkludu l-operaturi tan-negozju tal-ikel li għandhom stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Madankollu, f'Diċembru, ma għandu jinfetaħ l-ebda perjodu tal-applikazzjoni.
5. Ladarba l-kwantità disponibbli f'subperjodu tkun ġiet eżawrita wara perjodu wieħed tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tissospendi iktar applikazzjonijiet għal dak is-subperjodu.
6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Dawn jistgħu jikkonċernaw bosta prodotti koperti minn kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet tan-NM kollha u d-deżinjazzjonijiet tagħhom għandhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja nnifisha. Il-kwantità totali għandha tkun ikkonvertita f'ekwivalenti tal-piż tal-karkassa.
7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun fihom:
|
(a) |
fil-kaxxa 8, l-isem “Il-Kanada” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” immarkata b'salib; |
|
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness III. |
8. Sal-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi f'ekwivalenti tal-piż tal-karkassa u mqassmin skont in-numru tal-ordni.
9. B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, fir-rigward tal-perjodu tal-kwota tal-2017, l-applikanti eliġibbli kollha fit-tifsira tal-paragrafu 4 għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2017.
Artikolu 5
Il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni
1. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu sa mit-23 jum sal-aħħar jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) u (4).
2. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal ħames xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1239 jew id-data tal-bidu tas-subperjodu li għalih il-liċenzja tal-importazzjoni tkun maħruġa, skont liema tkun l-aktar tard. Madankollu, il-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
3. Il-liċenzji tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 6
Ir-ritorn tal-liċenzji
Id-detenturi tal-liċenzji jistgħu jirritornaw kwantitajiet tal-liċenzji mhux użati qabel l-iskadenza tal-liċenzja u sa erba' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Kull detentur tal-liċenzja jista' jirritorna sa 30 fil-mija tal-kwantità tal-liċenzja individwali tiegħu.
Artikolu 7
Il-garanziji
1. Fil-ħin meta titressaq applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 9,5 għal kull 100 kilogramma f'ekwivalenti tal-piż tal-karkassa taċ-ċanga u tal-vitella u EUR 6,5 għal-laħam tal-majjal.
2. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'allokazzjoni ta' kwantità inqas mill-kwantità li għaliha tressqet applikazzjoni, il-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 6(2) ta' dak ir-Regolament, għandha tkun rilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
3. Meta, skont l-Artikolu 6, tiġi rritornata parti mill-kwantità tal-liċenzja, għandha tiġi rilaxxata 60 % tal-garanzija korrispondenti.
4. Meta 95 % tal-kwantità tal-liċenzja individwali tiġi realment importata għandha tiġi rilaxxata l-garanzija sħiħa.
Artikolu 8
In-notifiki
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar wara kull xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul ix-xahar ta' qabel.
2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti permezz tal-kwantitajiet ta' liċenzji f'konformità mal-Artikolu 6 u permezz ta' liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq il-wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
|
(a) |
mhux aktar tard mill-għaxar jum ta' kull xahar tal-perjodu tal-kwota annwali; |
|
(b) |
għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fil-ħin tan-notifika prevista fil-punt (a): sa mhux aktar tard mit-30 ta' April wara t-tmiem ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. |
3. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet għandhom jingħataw f'kilogrammi f'ekwivalenti tal-piż tal-karkassa u għandhom jitqassmu skont in-numru tal-ordni.
Artikolu 9
Il-prova tal-oriġini
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u għal-laħam tal-majjal frisk jew iffriżat li joriġina fil-Kanada għandu jiddependi fuq il-provvediment tad-dikjarazzjoni tal-oriġini. Id-dikjarazzjoni tal-oriġini għandha tiġi pprovduta fuq fattura jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-prodott f'dettal biżżejjed sabiex ikun jista' jiġi identifikat. It-test tad-dikjarazzjoni tal-oriġini għandu jiġi stipulat fl-Anness 2 tal-Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (12).
Artikolu 10
L-emendi tar-Regolament (KE) Nru 442/2009 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013
1. Ir-Regolament (KE) Nru 442/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej “2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55, il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4038 u 09.0123 għandhom jinkludu l-prieżet u l-biċċiet tal-prieżet.”; |
|
(b) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(c) |
L-Artikolu 10(3) jitħassar; |
|
(d) |
Il-Parti B tal-Anness I tinbidel bit-test fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
2. L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.
3. Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“3. Id-dazju doganali ad valorem taħt il-kwoti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' 20 %. Madankollu, għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada d-dazju għandu jkun 0.”
Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta' Settembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja (ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta' kwota tariffarja għal ċanga ta' kwalità għolja (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 tal-21 ta' Ġunju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (ĠU L 170, 22.6.2013, p. 32).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(12) Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23).
ANNESS I
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM. Meta jiġu indikati l-kodiċijiet tan-NM li kienu jintużaw qabel (il-kodiċijiet NM “ex”), l-użu tal-iskema preferenzjali jeħtieġ li jiġi determinat abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.
|
Numru tas-serje |
Kodiċijiet tan-NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-importazzjoni |
Kwantità f'tunnellati (eqwivalenti f'piż tal-karkassa) |
Dazju applikabbli (f'tunnellati ta' EUR) |
|
09.4280 |
ex 0201 10 00 ex 0201 20 20 ex 0201 20 30 ex 0201 20 50 ex 0201 20 90 ex 0201 30 00 ex 0206 10 95 |
Laħam tal-annimali bovini, eskluż il-Bison, frisk jew imkessaħ |
Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 Mill-2022 |
2 584 14 440 19 580 24 720 29 860 35 000 |
0 |
|
09.4281 |
ex 0202 10 00 ex 0202 20 10 ex 0202 20 30 ex 0202 20 50 ex 0202 20 90 ex 0202 30 10 ex 0202 30 50 ex 0202 30 90 ex 0206 29 91 ex 0210 20 10 ex 0210 20 90 ex 0210 99 51 ex 0210 99 59 |
Laħam tal-annimali bovini, eskluż il-Bison, iffriżat jew mod ieħor |
Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 Mill-2022 |
695 5 000 7 500 10 000 12 500 15 000 |
0 |
|
09.4282 |
0203 12 11 0203 12 19 0203 19 11 0203 19 13 0203 19 15 0203 19 55 0203 19 59 0203 22 11 0203 22 19 0203 29 11 0203 29 13 0203 29 15 0203 29 55 0203 29 59 0210 11 11 0210 11 19 0210 11 31 0210 11 39 |
Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffirżat, prieżet, spalel u qatgħat |
Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 Mill-2022 |
5 014 30 549 43 049 55 549 68 049 80 549 |
0 |
ANNESS II
Il-fatturi ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 3
|
Kodiċjijiet tan-NM |
Fattur ta' konverżjoni |
|
0201 10 00 0201 20 20 0201 20 30 0201 20 50 0201 20 90 0201 30 00 0206 10 95 0202 10 00 0202 20 10 0202 20 30 0202 20 50 0202 20 90 0202 30 10 0202 30 50 0202 30 90 0206 29 91 0210 20 10 0210 20 90 0210 99 51 0210 99 59 0203 12 11 0203 12 19 0203 19 11 0203 19 13 0203 19 15 0203 19 55 0203 19 59 0203 22 11 0203 22 19 0203 29 11 0203 29 13 0203 29 15 0203 29 55 0203 29 59 0210 11 11 0210 11 19 0210 11 31 0210 11 39 |
100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 130 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 130 % 130 % 130 % 100 % 100 % 135 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 120 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 100 % 120 % 100 % 100 % 100 % 120 % 120 % |
ANNESS III
L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(7)(b)
|
— |
bil-Bulgaru: Говеждо/телешко месо с високо качество (Регламент за изпълнение (ЕC) …/…) |
|
— |
bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) …/… |
|
— |
biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) …/… |
|
— |
bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) …/… |
|
— |
bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) …/… |
|
— |
bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) …/… |
|
— |
bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) …/… |
|
— |
bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) …/… |
|
— |
bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) …/… |
|
— |
bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) …/… |
|
— |
bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) …/… |
|
— |
bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) …/… |
|
— |
bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) …/… |
|
— |
bl-Ungeriż: (EU) …/… végrehajtási rendelet |
|
— |
bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) …/… |
|
— |
bl-Olandiż: Uitvoeringsverordening (EU) …/… |
|
— |
bil-Polakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) …/… |
|
— |
bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) …/… |
|
— |
bir-Romen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) …/… |
|
— |
bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) …/… |
|
— |
bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) …/… |
|
— |
bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) …/… |
|
— |
bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) …/… |
ANNESS IV
“PARTI B
Kwoti amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju
|
Numru tas-serje |
Kodiċijiet tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Kwantità f'tunnellati (piż nett) |
Dazju applikabbli (f'tunnellati ta' EUR) |
|
09.4038 |
ex 0203 19 55 ex 0203 29 55 |
Lojns u priezet bla għadma, friski, imkessħa jew iffriżati |
35 265 |
250 |
|
09.4170 |
ex 0203 19 55 ex 0203 29 55 |
Lojns u priezet bla għadma, friski, imkessħa jew iffriżati, li joriġinaw mill-Istati Unit tal-Amerika |
4 922 |
250” |
ANNESS V
“ANNESS I
Kwota tariffarja għaċ-ċanga friska, imkessħa jew iffriżata, ta' kwalità għolja
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwoti tariffarji |
Volum tal-kwota tariffarja (f'tunnellati piż nett) |
Dazju fuq il-kwota tariffarja |
|
Perjodi mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 |
|||||
|
09.2202 (1) |
ex 0201 ex 0202 ex 0206 10 95 ex 0206 29 91 |
Laħam tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju |
45 711 |
Żero |
|
li minnu: |
|||||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru |
12 050 |
|||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru |
11 161 |
|||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu |
11 250 |
|||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju |
11 250 |
|||
|
Perjodi mill-1 ta' Lulju 2018 |
|||||
|
09.2201 (1) |
ex 0201 ex 0202 ex 0206 10 95 ex 0206 29 91 |
Laħam tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju |
45 000 |
Żero |
|
li minnu: |
|||||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru |
11 250 |
|||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru |
11 250 |
|||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu |
11 250 |
|||
|
09.2202 |
Mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju |
11 250 |
|||
(1) F'konformità mal-Artikolu 2(2) il-benefiċċju mill-kwota tariffarja jista' jingħata biss billi wieħed japplika għan-numru tal-ordni 09.2202 li jirreferi għall-kwoti subtariffarji.