15.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/37


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1547

tal-14 ta' Settembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tatl-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jdaħħal fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1549 (3) li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 li żied “Portijiet tal-Baħar tal-Krimea” fil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.

(3)

Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561 (4) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, fejn inkluda deroga għall-pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet: il-Port tas-Sajd ta' Kerch, il-Port Kummerċjali ta' Yalta u l-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea.

(4)

Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1549 u d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

1.

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

B'deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet: il-Port tas-Sajd ta' Kerch, il-Port Kummerċjali ta' Yalta u l-Port Kummerċjali ta' Evpatoria, u għal servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea.”

2.

fl-Artikolu 12(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

dwar fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 6a;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is- sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1549 tal-14 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1561 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara paġna 72 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).