|
(2)
|
Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a)
|
L-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji
|
(i)
|
għall-familji kollha:
|
—
|
l-aċċess għall-Internet mid-dar (ikun xi jkun l-apparat użat: il-kompjuters kif ukoll l-ismartphones u l-konsols tal-logħob jew l-apparati għall-qari tal-kotba elettroniċi);
|
|
|
(ii)
|
għall-familji li għandhom aċċess għall-Internet:
|
—
|
il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband fissa;
|
|
—
|
il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefonija ċellulari, ta' mill-inqas 3G);
|
|
—
|
(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: aċċess bil-linja normali tat-telefown billi jċemplu jew permezz tal-ISDN;
|
|
—
|
(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni narrowband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefonija ċellulari inqas minn 3G);
|
|
|
(iii)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, inklużi ħaddiema tal-familja, u li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-użu ta' kompjuters, laptops, smartphones, tablets, jew apparat portabbli, fl-impjieg ewlieni bi ħlas;
|
|
—
|
l-użu ta' makkinarju jew tagħmir kompjuterizzat ieħor bħalma huma dawk użati fil-linji ta' produzzjoni, fit-trasport u f'servizzi oħrajn, inklużi mezzi li jinżammu fl-idejn bħal dawk użati għall-kontroll tal-istokk, fl-impjieg ewlieni bi ħlas;
|
|
|
(iv)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, inklużi ħaddiema tal-familja, li qed jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets jew apparati portabbli oħra fl-impjieg ewlieni bi ħlas u użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-iskambju tal-emails jew idaħħlu d-dejta f'bażijiet ta' dejta, fl-impjieg ewlieni mħallas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
joħolqu jew jeditjaw dokumenti elettroniċi, fl-impjieg ewlieni mħallas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
jużaw il-midja soċjali biex jaħdmu, fl-impjieg ewlieni mħallas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
l-użu ta' applikazzjonijiet biex jirċievu kompiti jew struzzjonijiet, minbarra emails, fl-impjieg ewlieni mħallas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
l-użu ta' softwer speċifiku relatat max-xogħol (bħalma huwa dak għad-disinn, għall-analiżi tad-dejta, l-ipproċessar), fl-impjieg ewlieni bi ħlas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
jiżviluppaw jew iżommu sistemi tal-IT jew softwer, fl-impjieg ewlieni bi ħlas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
ma wettqu l-ebda waħda mill-attivitajiet elenkati fl-impjieg ewlieni bi ħlas, mill-inqas darba fil-ġimgħa;
|
|
|
(v)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom (inklużi ħaddiema tal-familja, li qed jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets jew apparati portabbli oħra jew tagħmir jew makkinarju kompjuterizzat ieħor (bħal dawk użati fuq il-linji ta' produzzjoni, it-trasport jew servizzi oħrajn), fl-impjieg ewlieni mħallas u użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
bilda fil-kompiti fl-impjieg ewlieni mħallas bħala riżultat tal-introduzzjoni ta' softwer ġdid jew tagħmir kompjuterizzat, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) l-involviment fl-għażla, fil-modifika jew fl-ittestjar ta' softwer jew tagħmir kompjuterizzat użat fuq ix-xogħol, fl-impjieg ewlieni mħallas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) bidliet fiż-żmien li wieħed iqatta' fuq kompiti ripetittivi, fl-impjieg ewlieni mħallas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: żieda, tnaqqis, l-ebda bidla relevanti;
|
|
—
|
(fakultattiv) bidliet fl-indipendenza fl-organizzazzjoni tal-kompiti proprji, fl-impjieg ewlieni bi ħlas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: żieda, tnaqqis, l-ebda bidla relevanti;
|
|
—
|
(fakultattiv) bidliet fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni proprja, fl-impjieg ewlieni mħallas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: żieda, tnaqqis, l-ebda bidla relevanti;
|
|
—
|
(fakultattiv) bidliet fiż-żmien li wieħed iqatta' fuq l-akkwist ta' ħiliet ġodda meħtieġa għax-xogħol, fl-impjieg ewlieni bi ħlas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: żieda, tnaqqis, l-ebda bidla relevanti;
|
|
—
|
(fakultattiv) bidliet fit-tħeffif ta' kollaborazzjoni ma' kollegi jew sħab fin-negozju, fl-impjieg ewlieni bi ħlas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: żieda, tnaqqis, l-ebda bidla relevanti;
|
|
—
|
(fakultattiv) bidliet fl-ammont ta' sigħat ta' xogħol irregolari (xogħol billejl, fil-weekend, bix-xift), fl-impjieg ewlieni bi ħlas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: żieda, tnaqqis, l-ebda bidla relevanti;
|
|
—
|
il-frekwenza medja ta' xogħol mid-dar f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: kuljum jew kważi kuljum, tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum), inqas minn darba fil-ġimgħa, qatt.
|
|
|
|
(b)
|
L-użu tal-Internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji
|
(i)
|
għall-individwi kollha:
|
—
|
l-aktar użu reċenti tal-Internet, fi kwalunkwe post, ikun xi jkun l-apparat użat: f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu, qatt ma użaw l-Internet;
|
|
|
(ii)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:
|
—
|
il-frekwenza medja tal-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur: kuljum jew kważi kuljum, tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum), inqas minn darba fil-ġimgħa;
|
|
—
|
l-użu ta' kompjuter desktop għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-użu ta' laptop għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-użu ta' tablet għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-użu ta' apparat mobbli ieħor (bħalma huma, apparat li jaqra l-multi media jew il-logħob, apparat li jaqra l-kotba elettroniċi, arloġġi intelliġenti) għall-aċċess tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex jintbagħtu u jintlaqgħu l-emails;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għal telefonati permezz tal-Internet, għal telefonati viżivi (bl-użu ta' webcam) permezz tal-Internet (bl-użu tal-applikazzjonijiet);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' parteċipazzjoni f'netwerks soċjali (il-ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta' messaġġi jew kontribuzzjonijiet oħra);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed isib l-informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jismal-mużika (eż. ir-radju fuq il-web, streaming ta' mużika);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jara t-televixin strimjat fuq l-Internet (dirett jew ripetizzjoni) mix-xandara tat-televixin;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jara l-vidjos fuq talba mingħand servizzi kummerċjali;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jara l-vidjos mingħand servizzi ta' tqassim;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex informazzjoni marbuta mas-saħħa (dwar kwistjonijiet bħal korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa, eċċ.);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-iffissar ta' appuntament mat-tabib permezz ta' sit tal-Internet jew apps (bħalama hu ta' sptar jew ta' ċentru tal-kura tas-saħħa);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi (pereżempju permezz ta' rkantijiet);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-użu ta' servizzi bankarji fuq l-Internet;
|
|
—
|
l-użu tal-ispazju ta' ħżin fl-Internet (cloud computing) f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed iżomm id-dokumenti, ir-ritratti, il-mużika, il-vidjos jew fajls oħra;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet (minbarra l-emails) f'dawn l-aħħar tliet xhur għal xiri jew bejgħ ta' ishma, bonds, fondi jew servizzi oħrajn tal-investiment għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet (minbarra l-emails) f'dawn l-aħħar tliet xhur għal xiri jew tiġdid ta' poloz tal-assigurazzjoni eżistenti, inklużi dawk li jingħataw bħala pakkett flimkien ma' servizz ieħor f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet (minbarra l-emails) f'dawn l-aħħar tliet xhur biex wieħed jieħu self jew dejn ipotekarju jew biex jikseb kreditu minn banek jew mingħand fornituri oħra ta' finanzjament għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
|
(iii)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet kuljum jew kważi kuljum f'dawn l-aħħar tliet xhur:
|
—
|
l-użu tal-Internet diversi drabi matul il-jum, u f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
|
(iv)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-użu ta' kwalunkwe sit web jew app matul f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex wieħed ifittex akkomodazzjoni (bħal kamra, appartament, dar, villeġġatura, eċċ.) mingħand individwu privat ieħor għal skopijiet privati: siti web intermedjarji jew apps dedikati biex ifittex akkomodazzjoni, siti web jew apps oħra (inklużi netwerks soċjali), mhux użati;
|
|
—
|
l-użu ta' kwalunkwe sit web jew app f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex wieħed ifittex servizzi tat-trasport (bħall-karozzi) mingħand individwu privat ieħor għal skopijiet privati: siti web intermedjarji jew apps dedikati li jorganizzaw servizzi ta' trasport, siti web jew apps oħra (inklużi netwerks soċjali), mhux użati;
|
|
—
|
l-użu ta' sit web intermedjarju jew ta' apps biex jinkiseb xogħol imħallas f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: bħala s-sors ewlieni tal-introjtu, bħala sors addizzjonali ta' introjtu, mhux użat;
|
|
—
|
l-aħħar xiri jew ordni ta' oġġetti jew servizzi permezz tal-Internet (permezz ta' siti web jew ta' apps; minbarra ordnijiet li jsiru permezz ta' emails ittajpjati bl-idejn, tas-servizz ta' messaġġi qosra jew tas-servizzi ta' messaġġi multimedjali) għall-użu privat, ikun xi jkun l-apparat użat: qatt ma xtraw jew ordnaw xejn permezz tal-Internet, f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu;
|
|
—
|
l-użu ta' smartphone għal skopijiet privati;
|
|
|
(v)
|
għal individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tliet xhur:
|
—
|
l-għadd ta' drabi li nxtraw jew ġew ordnati oġġetti jew servizzi permezz tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal użu privat: l-għadd ta' drabi, jew fi klassifikazzjonijiet: minn darba għal darbtejn, bejn 3 u 5 darbiet, bejn 6 u 10 darbiet, > 10 darbiet;
|
|
—
|
il-valur totali tal-oġġetti jew tas-servizzi (minbarra l-ishma jew servizzi finanzjarji oħra) li nxtraw jew ġew ordnati permezz tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal użu privat: l-ammont f'euro, jew fi klassifikazzjonijiet: inqas minn EUR 50, bejn EUR 50 u inqas minn EUR 100, bejn EUR 100 u inqas minn EUR 500, bejn EUR 500 u inqas minn EUR 1 000, EUR 1 000 jew aktar, mhux magħruf;
|
|
|
(vi)
|
għal individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna ikel jew prodotti tal-merċa għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti tad-dar (bħal għamara, ġugarelli, eċċ., iżda għajr il-prodotti elettroniċi għall-konsumaturi) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna mediċina għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna ħwejjeġ jew oġġetti tal-isport għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna ħardwer tal-kompjuter għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna servizzi tat-telekomunikazzjoni (pereżempju bħat-televixin, abbonamenti għall-broadband, abbonamenti għal telefown b'linja fissa jew ċellulari, tqegħid ta' flus f'kards telefoniċi mħallsa minn qabel) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna akkomodazzjoni għal btala (inklużi lukandi) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna arranġamenti oħra tal-ivvjaġġar (bħal biljetti għat-trasport, kiri ta' karozza) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna biljetti għal avvenimenti għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna films jew mużika għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna kotba, rivisti jew gazzetti għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna materjal għal tagħlim elettroniku għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna softwer tal-logħob vidjow, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti ta' softwer għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa nazzjonali;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa minn pajjiżi oħra tal-UE;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa mill-bqija tad-dinja;
|
|
—
|
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: il-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhuwiex magħruf;
|
|
|
(vii)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, inklużi ħaddiema tal-familja, li qed jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets jew apparati portabbli oħra jew tagħmir jew makkinarju kompjuterizzat ieħor (bħal dawk użati fuq il-linji ta' produzzjoni, it-trasport jew servizzi oħrajn), fl-impjieg ewlieni bi ħlas, użaw l-Internet u ħadmu mid-dar f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-użu tal-Internet għall-impjieg ewlieni bi ħlas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
|
|
|
|
(c)
|
Is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT
|
(i)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-użu sempliċi ta' login b'isem l-utent u l-password bħala proċedura ta' identifikazzjoni għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu tal-login tal-midja soċjali bħala proċedura ta' identifikazzjoni għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu ta' token ta' sigurtà bħala proċedura ta' identifikazzjoni għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu ta' ċertifikat ta' identifikazzjoni elettronika jew kard użata b'card reader bħala proċedura ta' identifikazzjoni għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu ta' proċedura li tinvolvi t-telefown ċellulari (bħal kodiċi riċevut permezz ta' messaġġ) bħala proċedura ta' identifikazzjoni għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu ta' lista ta' kodiċijiet b'pin uniku (bħal kard tal-plastik b'kodiċi, scratch codes, eċċ.) jew karattri aleatorji ta' password bħala proċedura ta' identifikazzjoni għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
l-użu ta' proċeduri oħra ta' identifikazzjoni elettronika għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) mhi użata l-ebda proċedura ta' identifikazzjoni elettronika għas-servizzi online (bħas-servizzi tal-online banking, is-servizzi pubbliċi, ordni jew xiri ta' oġġetti jew servizzi online) għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
|
(ii)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar u smartphone għal skopijiet privati:
|
—
|
l-użu ta' kwalunkwe tip ta' softwer jew servizz ta' sigurtà (bħal antivirus, antispam jew firewall) awtomatikament installat jew ipprovdut mas-sistema operattiva fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
l-użu ta' kwalunkwe tip ta' softwer jew servizz ta' sigurtà (bħal antivirus, antispam jew firewall) installat mill-individwu, abbonat għalih jew ipprovdut minn ħaddieħor, fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
l-ebda softwer jew servizz ta' sigurtà (bħal, antivirus, antispam jew firewall) installat fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
mhux magħruf jekk xi tip ta' softwer jew servizz ta' sigurtà (bħal antivirus, antispam jew firewall) ġiex installat fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
telf ta' informazzjoni, dokumenti, ritratti jew tipi oħra ta' dejta bħala riżultat ta' vajrus jew tipi oħra ta' programmi ostili, fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
l-ebda telf ta' informazzjoni, dokumenti, ritratti jew tipi oħra ta' dejta bħala riżultat ta' vajrus jew tipi oħra ta' programmi ostili, fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
telf ta' informazzjoni, dokumenti, ritratti jew tipi oħra ta' dejta bħala riżultat ta' vajrus jew tipi oħra ta' programmi ostili, fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati, mhux magħruf;
|
|
—
|
ir-restrizzjoni jew ir-rifjut ta' aċċess għad-dejta personali (bħal dak tal-post, il-lista ta' kuntatt) mill-inqas darba waqt l-użu jew l-installazzjoni ta' applikazzjoni fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
l-ebda restrizzjoni jew rifjut ta' aċċess għad-dejta personali (bħal dak tal-post, il-lista ta' kuntatt) mill-inqas darba waqt l-użu jew l-installazzjoni ta' applikazzjoni fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
l-ebda għarfien tal-possibbiltà ta' restrizzjoni jew rifjut ta' aċċess għad-dejta personali (bħal dak tal-post, il-lista ta' kuntatt) mill-inqas darba waqt l-użu jew l-installazzjoni ta' applikazzjoni fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
—
|
l-ebda użu ta' applikazzjonijiet fuq l-ismartphone użat għal skopijiet privati;
|
|
|
(iii)
|
għall-individwi li ma ssottomettewx formoli kompluti fuq online lil siti web jew apps ta' awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, minkejja li s-sottomissjoni ta' formoli uffiċjali kienet meħtieġa, ir-raġunijiet għaliex ma ssottomettewx:
|
—
|
tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
|
|
|
|
(d)
|
Il-kompetenzi u l-ħiliet fl-ICT
|
(i)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, inklużi ħaddiema tal-familja, li qed jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets jew apparati portabbli oħra jew tagħmir jew makkinarju kompjuterizzat ieħor (bħal dawk użati fuq il-linji ta' produzzjoni, it-trasport jew servizzi oħrajn), fl-impjieg ewlieni bi ħlas u użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
Tgħallmu jużaw softwer jew tagħmir kompjuterizzat ġdid għall-impjieg ewlieni bi ħlas, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
il-perċezzjoni ta' ħiliet relatati mal-użu ta' kompjuters, softwer u applikazzjonijiet, fl-impjieg ewlieni bi ħlas: taħriġ ulterjuri meħtieġ biex tlaħħaq tajjeb mad-dmirjiet proprji, il-ħiliet jikkorrispondu sew mad-dmirijiet proprji, il-ħiliet biex tlaħħaq mad-dmirijiet aktar eżiġenti;
|
|
|
(ii)
|
għal individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, l-attivitajiet ta' tagħlim imwettqa biex itejbu l-ħiliet relatati mal-użu tal-kompjuters, is-softwer jew l-applikazzjonijiet:
|
—
|
taħriġ online b'xejn jew studju awtonomu, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
taħriġ imħallas mill-persuna stess, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
taħriġ b'xejn provdut minn programmi pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħrajn barra dawk offruti mill-impjegatur, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
taħriġ imħallas jew provdut mill-impjegatur stess, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
taħriġ fuq il-post tax-xogħol (bħal koħaddiema, superviżuri), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
|
(iii)
|
għal individwi li użaw l-Internet u wettqtu attivitajiet ta' tagħlim biex itejbu l-ħiliet relatati mal-użu tal-kompjuters, is-softwer jew l-applikazzjonijiet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-qasam li fih sar it-taħriġ:
|
—
|
(fakultattiv) marketing online jew kummerċ elettroniku, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv), midja soċjali, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) lingwi ta' programmar, inkluż id-disinn jew il-ġestjoni ta' siti web, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) analiżi tad-dejta jew ġestjoni tal-bażijiet tad-dejta, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) manutenzjoni ta' netwerks tal-kompjuter, servers, eċċ, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv), sigurtà tal-IT jew ġestjoni tal-privatezza f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) applikazzjonijiet speċifiċi ta' softwer għax-xogħol, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
—
|
(fakultattiv) oqsma oħra ta' taħriġ relatati mal-użu tal-kompjuters, is-softwer jew l-applikazzjonijiet, f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
|
|
|
|
(e)
|
L-użu tal-ICT minn individwi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern)
|
(i)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed jikseb informazzjoni mis-siti web jew mill-apps tal-awtoritajiet pubbliċi jew tas-servizzi pubbliċi (l-emails ittajpjati bl-idejn iridu jiġu esklużi);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed iniżżel/jistampa formoli uffiċjali mis-siti web tal-awtoritajiet pubbliċi jew tas-servizzi pubbliċi (l-emails ittajpjati bl-idejn iridu jiġu esklużi);
|
|
—
|
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed jissottometti formoli kompluti online lill-awtoritajiet pubbliċi jew lis-servizzi pubbliċi (l-emails ittajpjati bl-idejn iridu jiġu esklużi);
|
|
|
(ii)
|
għall-individwi li ma ssottomettewx formoli kompluti online lil siti web jew apps tal-awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
ma ssottomettewx formoli kompluti għax ma kien hemm l-ebda bżonn li jissottomettu xi formola uffiċjali għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
|
|
|
(iii)
|
għall-individwi li ma ssottomettewx formoli kompluti online lil siti web jew apps ta' awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, minkejja li s-sottomissjoni ta' formoli uffiċjali kienet meħtieġa, ir-raġunijiet għaliex ma ssottomettewx:
|
—
|
ma kien hemm disponibbli l-ebda servizz online bħal dan;
|
|
—
|
in-nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (pereżempju, ma kinux jafu kif jużaw is-sit web jew l-użu tiegħu kien ikkumplikat wisq);
|
|
—
|
persuna oħra ssottomettiet formoli kompluti online f'isem min irrisponda (pereżempju konsulent, konsulent fiskali, qarib jew membru tal-familja);
|
|
—
|
raġuni oħra għaliex ma ssottomettewx formoli kompluti online lill-awtoritajiet pubbliċi.
|
|
|
|
(f)
|
L-l-aċċess għal u l-użu ta' teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)
|
(i)
|
għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:
|
—
|
l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-ebda użu ta' laptop biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-ebda użu ta' tablet biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-użu ta' apparat mobbli ieħor (bħalma huma apparat li jaqra l-multi media jew il-logħob, apparat li jaqra l-kotba elettroniċi, arloġġi intelliġenti) għall-aċċess tal-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
|
|
—
|
l-ebda użu ta' apparati mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol fl-aħħar tliet xhur;
|
|
|
(ii)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, inklużi ħaddiema tal-familja, li qed jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets jew apparati portabbli oħra jew tagħmir jew makkinarju kompjuterizzat ieħor (bħal dawk użati fuq il-linji ta' produzzjoni, it-trasport jew servizzi oħrajn), fl-impjieg ewlieni bi ħlas u użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
(fakultattiv) il-frekwenza ta' xogħol fuq sit estern (bħal sit ta' kostruzzjoni, għalqa agrikola jew spazji pubbliċi/privati oħrajn) jew dejjem għaddejjin minn post għal ieħor (bħal f'vettura), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: kuljum jew kważi kuljum, tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum), inqas minn darba fil-ġimgħa, qatt;
|
|
|
(iii)
|
għal individwi li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, inklużi ħaddiema tal-familja, li qed jużaw kompjuters, laptops, smartphones, tablets, apparati portabbli oħra jew tagħmir jew makkinarju kompjuterizzat ieħor (bħal dawk użati fuq il-linji ta' produzzjoni, it-trasport jew servizzi oħrajn), fl-impjieg ewlieni bi ħlas, ħadmu fuq sit estern (bħal fuq sit ta' kostruzzjoni, f'għalqa agrikola jew fi spazji oħra pubbliċi/privati) jew dejjem għaddejjin minn post għal ieħor, u użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
—
|
(fakultattiv) l-użu ta' laptops, smartphones, jew apparati portabbli oħra għall-impjieg proprju meta jsir xogħol fuq sit estern (bħal fuq sit ta' kostruzzjoni, f'għalqa agrikola jew fi spazji pubbliċi/privati oħrajn) jew dejjem għaddejjin minn post għal ieħor, (bħal f'vettura), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
|
|
|
|