31.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/115


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1511

tat-30 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, forklorfenuron, fostijażat, indoksakarb, iprodion, MCPA, MCPB, is-siltijofam, tjofanat-metil u tribenuron

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beta-ċiflutrin, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, iprodion u siltijofam ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 (3). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Ottubru 2017.

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, forklorfenuron, indoksakarb, tijofanat-metil, u tribenuron ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2013 (4). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Ottubru 2017.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi MCPA u MCPB ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 (5). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Ottubru 2017.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi mniżżla fil-Premessi 2, 3 u 4 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (6).

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għaldaqstant jeħtieġ jiġu estiżi l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għall-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data tal-iskadenza bħall-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktar tard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Għall-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tistabbilixxi l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq skont iċ-ċirkostanzi.

(8)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metil-ċiklopropin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrin, daminożid, forklorfenuron, indoksakarb, tjofanat-metil u tribenuron (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 9).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 tas-7 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram (ĠU L 213, 8.8.2013, p. 14).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tad-“Deltamethrin” fir-ringiela 40 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(2)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Beta-cyfluthrin” fir-ringiela 48 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(3)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Iprodione” fir-ringiela 50 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(4)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Flurtamone” fir-ringiela 64 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(5)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Flufenacet” fir-ringiela 65 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(6)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tad-“Dimethenamid-P” fir-ringiela 67 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(7)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Fosthiazate” fir-ringiela 69 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(8)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tas-“Silthiofam” fir-ringiela 70 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(9)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Chlorothalonil” fir-ringiela 101 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(10)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Chlorotoluron” fir-ringiela 102 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(11)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tas-“Cypermethrin” fir-ringiela 103 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(12)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tad-“Daminozide” fir-ringiela 104 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(13)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tat-“Thiophanate-methyl” fir-ringiela 105 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(14)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tat-“Tribenuron” fir-ringiela 106 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(15)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“MCPA” fir-ringiela 107 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(16)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“MCPB” fir-ringiela 108 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(17)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data ta' “1-methylcyclopropene” fir-ringiela 117 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(18)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Forchlorfenuron” fir-ringiela 118 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”;

(19)

fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data tal-“Indoxacarb” fir-ringiela 119 tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”.