31.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/110


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1510

tat-30 ta' Awwissu 2017

li jemenda l-Appendiċijiet tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq jew l-użu għall-provvista lill-pubbliku ġenerali ta' sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u ta' taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjonijiet speċifikati. Is-sustanzi kkonċernati huma elenkati fl-Appendiċi 1 sa 6 ta' dak l-Anness.

(2)

Is-sustanzi huma kklassifikati bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament.

(3)

Peress li l-Appendiċi 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ġew aġġornati l-aħħar sabiex jirriflettu l-klassifikazzjonijiet il-ġodda tas-sustanzi bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-Parti 3 tal-Anness VI ta' dan tal-aħħar ġiet emendata bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 (3), (UE) 2015/1221 (4) u (UE) 2016/1179 (5).

(4)

Minħabba li l-operaturi jistgħu japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f'data iktar kmieni, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament iktar kmieni, fuq bażi volontarja.

(5)

Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont dan l-Anness.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, bl-eċċezzjoni:

tal-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Anness, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Marzu 2018, u

l-paragrafu (4)(a) tal-Anness li għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2018 diment li jkun relatat mas-sustanzi li ġejjin:

bisfenol A; [fenol, dodeċil-, ramifikat]; [fenol, 2-dodeċil-, ramifikat]; [fenol, 3-dodeċil-, ramifikat]; [fenol, 4-dodeċil-, ramifikat]; [fenol, (tetrapropenil) derivattivi]; klorofaċinon (ISO); kumatetralil (ISO); difenakum (ISO); flokumafen (ISO); ottaborat tad-disodju anidru; ottaborat tad-disodju tetraidrat; bromadijolon (ISO); difetijalon; [aċidu perfluworononan-1-ojku, u l-imluħa tas-sodju u tal-ammonju tiegħu]; ftalat tad-diċikloeżil u triflumiżol (ISO).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 tal-5 ta' Ġunju 2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 36).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1221 tal-24 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, biex dan jiġi addattat għall-progress tekniku u xjentifiku (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 10).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 tad-19 ta' Lulju 2016 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 11).


ANNESS

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

“1,2-dikloropropan; diklorur tal-propilen

602-020-00-0

201-152-2

78-87-5

 

mikrofibri tal-ħġieġ-e ta' kompożizzjoni rappreżentattiva; [Fibri tas-silikat tal-kalċju u tal-aluminju b'orjentazzjoni aleatorja bil-kompożizzjoni rappreżentattiva li ġejja (% mogħti skont il-piż): SiO2 50,0-56,0 %, Al2O3 13,0-16,0 %, B2O3 5,8-10,0 %, Na2O < 0,6 %, K2O < 0,4 %, CaO 15,0-24,0 %, MgO < 5,5 %, Fe2O3 < 0,5 %, F2 < 1,0 %. Proċess: normalment prodotti permezz ta' attenwazzjoni tal-fjamma u proċess rotatorju. (Jista' jkun hemm il-preżenza, f'livelli baxxi, ta' elementi individwali addizzjonali; il-lista tal-proċess ma tipprekludix l-innovazzjoni).]

014-046-00-4

—”

 

(2)

Fl-Appendiċi 4, l-entrata li ġejja tiddaħħal fit-tabella skont l-ordni tan-numru tal-indiċi stabbilit hemmhekk:

“3,7-dimetilokta-2,6-dienenitril

608-067-00-3

225-918-0

5146-66-7”

 

(3)

Fl-Appendiċi 5,

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

“brodifakum (ISO);

4-idrossi-3-(3-(4′-bromo-4-bifenilil)-1,2,3,4-tetraidro-1-naftil)kumarin

607-172-00-1

259-980-5

56073-10-0

 

trab taċ-ċomb;

[dijametru tal-partiċelli < 1 mm]

082-013-00-1

231-100-4

7439-92-1

 

ċomb fil-forma massiva:

[dijametru tal-partiċelli ≥ 1 mm]

082-014-00-7

231-100-4

7439-92-1”

 

(b)

l-entrata dwar il-warfarina; 4-idrossi-3-(3-osso-1- fenilbutil)-kumarin huwa sostitwit bl-entrata li ġejja:

“warfarina (ISO);

4-idrossi-3-(3-osso-1- fenilbutil)-2H-kromen-2-on; [1]

(S)-4-idrossi-3-(3-osso- 1-fenilbutil)-2-benżopiron; [2]

(R)-4-idrossi-3-(3-osso- 1-fenilbutil)-2-benżopiron [3]

607-056-00-0

201-377-6 [1]

226-907-3 [2]

226-908-9 [3]

81-81-2 [1]

5543-57-7 [2]

5543-58-8 [3]”

 

(4)

Fl-Appendiċi 6,

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

“tetraidro-2-furil-metanol; alkoħol tetraidrofurfuriliku

603-061-00-7

202-625-6

97-99-4

 

arsenjur tal-gallju

031-001-00-4

215-114-8

1303-00-0

 

Komposti tat-tributiltin, bl-eċċezzjoni ta' dawk speċifikati xi mkien ieħor f'dan l-Anness

050-008-00-3

 

1,2-aċidu benżendikarbossiliku, ester tad-diħessil, b'fergħat u lineari

607-710-00-5

271-093-5

68515-50-4

 

imidażol

613-319-00-0

206-019-2

288-32-4

 

bisfenol A; 4,4′-iżopropilidenedifenol

604-030-00-0

201-245-8

80-05-7

 

fenol, dodeċil-, b'fergħat; [1]

fenol, 2-dodeċil-, b'fergħat; [2]

fenol, 3-dodeċil-, b'fergħat; [3]

fenol, 4-dodeċil-, b'fergħat; [4]

fenol, (tetrapropenil) derivattivi [5]

604-092-00-9

310-154-3 [1]

- [2]

- [3]

- [4]

- [5]

121158-58-5 [1]

- [2]

- [3]

210555-94-5 [4]

74499-35-7 [5]

 

klorofaċinon (ISO);2-[(4-klorofenil)(fenil)aċetil]-1H-indene-1,3(2H)-dion

606-014-00-9

223-003-0

3691-35-8

 

kumatetralil (ISO); 4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-1-naftil)kumarin

607-059-00-7

227-424-0

5836-29-3

 

difenakum (ISO); 3-(3-bifenil-4-il-1,2,3,4-tetraidro-1-naphtil)-4-idrossikumarin

607-157-00-X

259-978-4

56073-07-5

 

flokumafen (ISO); massa ta' reazzjoni ta': cis-4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-3-(4-(4-trifluworometilbenżilossi)fenil)-1-naftil)kumarin u trans-4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-3-(4-(4-trifluworometilbenżilossi)fenil)-1-naftil)kumarin

607-375-00-5

421-960-0

90035-08-8

 

ottaborat tad-disodju anidru; [1]

ottaborat tad-disodju tetraidrat [2]

005-020-00-3

234-541-0 [1]

234-541-0 [2]

12008-41-2 [1]

12280-03-4 [2]

 

bromadijolon (ISO); 3-[3-(4′-bromobifenil-4-il)-3-idrossi-1-fenilpropil]-4-idrossi-2H-kromen-2-on

607-716-00-8

249-205-9

28772-56-7

 

difetijalon (ISO);

3-[3-(4′-bromobifenil-4-il)-1,2,3,4-tetraidronaftalen-1-il]-4-idrossi-2H-1-benżotijopiran-2-on

607-717-00-3

104653-34-1

 

aċidu perfluworononan-1-ojku [1]

u l-imluħa tiegħu tas-sodju [2]

u tal-ammonju [3]

607-718-00-9

206-801-3 [1]

- [2]

- [3]

375-95-1 [1]

21049-39-8 [2]

4149-60-4 [3]

 

ftalat tad-diċikloeżil

607-719-00-4

201-545-9

84-61-7

 

triflumiżol (ISO);

(1E)-N-[4-kloro-2-(trifluworometil)fenil]-1-(1H-imidażol-1-il)-2-propossietanimina

612-289-00-6

68694-11-1”

 

(b)

l-entrata dwar il-flumjoksażina (ISO); N-(7-fluworo-3,4-diidro-3-osso-4-prop-2-inil)—2,H 1,4-benżoksażina-6-il) ċikloeż-1-en-1,2dikarboksamid huwa sostitwit bl-entrata li ġejja:

“flumjoksażina (ISO); 2-[7-fluworo-3-osso-4- (prop-2-in-1-il)-3,4-diidro-2H-1,4-benżoksażina-6-il]-4,5,6,7-tetraidro-1H-isoindol-1,3 (2H)-dion

613-166-00-X

103361-09-7”