|
18.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1482
tas-17 a' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, fir-rigward tal-kodiċijiet TARIC tal-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”)
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013, (2) kif ikkoreġut permezz ta' Rettifika rigward id-denominazzjoni ta' żewġ kumpaniji (3), jistabbilixxi l-lista ta' produtturi esportaturi Indjani mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw. |
|
(2) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/220 (4) li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 (5) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, il-kodiċijiet addizzjonali TARIC mogħtija bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2013 ma għadhomx korretti għal xi kumpaniji li huma elenkati f'dak l-Anness. Dan minħabba li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi issa jenħtieġ li jaqblu ma' dawk tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/220. |
|
(3) |
Għalhekk, l-anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet ikkorreġuti jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/220, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2013 li telenka l-kodiċijiet TARIC ta' produtturi esportaturi Indjani mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ġiet kkoreġuta skont it-tabella li ġejja:
|
“Isem il-kumpanija |
Belt |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Bekaert Mukand Wire Industries |
Lonand, Tal. Khandala, Satara District, Maharastra |
C189 |
|
Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd |
Mumbai, Maharashtra |
C190 |
|
Bhansali Stainless Wire |
Mumbai, Maharashtra |
C191 |
|
Chandan Steel |
Mumbai, Maharashtra |
C192 |
|
Drawmet Wires |
Bhiwadi, Rajastan |
C193 |
|
Garg Inox |
Bahadurgarh, Haryana and Pune, Maharashtra |
B931 |
|
Jyoti Steel Industries Ltd |
Mumbai, Maharashtra |
C194 |
|
Macro Bars and Wires |
Mumbai, Maharashtra |
B932 |
|
Mukand Ltd |
Thane |
C195 |
|
Nevatia Steel & Alloys |
Mumbai, Maharashtra |
B933 |
|
Panchmahal Steel Ltd |
Dist. Panchmahals, Gujarat |
C196 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 1 għandu japplika mill-10 ta' Frar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.