15.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1473
tal-14 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati fil-pajjiżi terzi bl-għan tal-ekwivalenza. |
(2) |
L-IOAS, organizzazzjoni ta' akkreditazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura organika, infurmat lill-Kummissjoni li ddeċidiet li tissospendi l-akkreditazzjoni tagħha ta' Bolicert Ltd. |
(3) |
Skont l-Artkolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fi kwalunkwe waqt, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-entrata ta' korp ta' kontroll mil-lista tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, kemm fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta, kif ukoll meta l-korp ta' kontroll ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa. |
(4) |
Bolicert Ltd ġiet mistiedna mill-Kummissjoni biex tipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u biex tieħu azzjoni ta' rimedju xierqa u fil-ħin skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, iżda ma weġbitx qabel l-iskadenza stabbilita. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entrata għal Bolicert Ltd tiġi sospiża mill-Anness IV tar-Reglament (KE) Nru 1235/2008 sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entrata marbuta ma' “Biocert Ltd” titħassar mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).