12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1468

tal-11 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 (2) (“id-Deċiżjoni”) il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll (“il-Protokoll”) għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Frar 2017, skont din id-Deċiżjoni (3).

(2)

Fl-Artikolu 3, il-Protokoll jistipula li l-konċessjonijiet tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerżegovina għandhom jingħataw skont l-Anness II tal-Protokoll. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-volumi tal-kwoti tariffarji għat-trota, għall-karpjun u għall-inċova jiżdiedu b'440, b'10 u b'20 tunnellati, rispettivament.

(3)

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu applikati bis-sħiħ għas-sena 2017, kif stipulat fl-Anness II tal-Protokoll.

(4)

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness II tal-Protokoll jenħtieġ li jiġu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4).

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 354/2011 (5) jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-kwoti skont il-Protokoll, tiġi applikata u ġestita mingħajr intoppi, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħal dik tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

(7)

I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 354/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (*1).

(*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”"

(2)

L-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 12, 17.1.2017, p. 1).

(3)  ĠU L 12, 17.1.2017, p. 22.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2011 tat-12 ta' April 2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 98, 13.4.2011, p. 1).


ANNESS

ANNESS

Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li jiddeskrivu l-prodotti għandhom jitqiesu li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, minħabba li l-iskema preferenzjali fil-kuntest ta' dan l-Anness, hija ddeterminata mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati exkodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM flimkien mad-deskrizzjoni li tikkorrispondi miegħu.

ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Subdiviżjonijiet TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-Kwota Tariffarja Annwali

(f'piż nett ta' tunnellati)

Rata ta' dazju tal-kwota

09.1594

0301 91

 

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

500

B'xejn

0302 11

 

0303 14

 

0304 42

 

0304 52 00

10

0304 82

 

0304 99 21

11 , 12 , 20

0305 10 00

10

0305 39 90

10

0305 43 00

 

0305 59 85

61

0305 69 80

61

09.1595

0301 93 00

 

Karpjun komuni (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

140

B'xejn

0302 73 00

 

0303 25 00

 

0304 39 00

20

0304 51 00

10

0304 69 00

20

0304 93 90

10

0305 10 00

20

0305 31 00

10

0305 44 90

10

0305 52 00

10

0305 64 00

10

09.1596

0301 99 85

80

Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30

B'xejn

0302 85 10

 

0303 89 50

 

0304 49 90

60

0304 59 90

40

0304 89 90

30

0304 99 99

20

0305 10 00

30

0305 39 90

70

0305 49 80

40

0305 59 85

65

0305 69 80

65

09.1597

0301 99 85

22

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30

B'xejn

0302 84 10

 

0303 84 10

 

0304 49 90

70

0304 59 90

45

0304 89 90

40

0304 99 99

70

0305 10 00

40

0305 39 90

80

0305 49 80

50

0305 59 85

67

0305 69 80

67

09.1598

1604 13 11

 

Sardin ippreparat jew ippreservat

50

6 %

1604 13 19

 

1604 20 50

10 , 19

09.1599

1604 16 00

 

Inċova ppreparata jew ippreservata

70

12,5 %

1604 20 40