|
12.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1467
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fil-Kosovo (*1)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef”. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (3) jipprevedi kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni ta' 475 tunnellata ta' prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (*1). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 374/2012 (4) li emenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 bl-għan li tiftaħ u tipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw mill-Kosovo (*1). |
|
(4) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie konkluż f'isem l-Unjoni mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/342 (5) u huwa l-istrument il-ġdid li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali mal-Kosovo (*1). L-Artikolu 28(3) tal-Ftehim jipprevedi kwota tariffarja ta' 475 tunnellata għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (*1). Għaldaqstant, il-kwota tariffarja għall-prodotti tal-“baby beef” prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ġiet stabbilita għal żero tunnellati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (6). |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness VIIa tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010, il-kaxxa 8 tinbidel b'dan li ġej:
|
“8. |
Jiena, hawn taħt iffirmat …, li qed naġixxi f'isem il-korp ta' ħruġ awtorizzat (il-kaxxa 9) niċċertifika li l-oġġetti deskritti hawn fuq ġew suġġetti għal spezzjoni tas-saħħa f'…, skont iċ-ċertifikat veterinarju mehmuż ta'…, li joriġinaw u ġejjin mill-Kosovo (*2) u jikkorispondu eżatt mad-definizzjoni li hemm fl-Anness II tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*2), min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro, fis-Serbja u fil-Kosovo * (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2012 tas-26 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja (ĠU L 118, 3.5.2012, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/342 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo *, min-naħa l-oħra (ĠU L 71, 16.3.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo * wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(*2) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.