4.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1414

tat-3 ta' Awwissu 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (il-prodotti). Dan jistipula li dawk il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment ikun jista' jitqies ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur.

(4)

Fit-28 ta' Jannar 2017, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma jistax jibqa' jitqies bħala ħieles minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma kinux iktar f'pożizzjoni li jiċċertifikaw kunsinni ta' laħam tat-tjur għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha. Għalhekk huwa xieraq li tiġi indikata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, id-data li minnha dak il-pajjiż terz ma setax jibqa' jitqies aktar bħala ħieles mill-HPAI.

(5)

Wara t-tifqigħa tal-HPAI f'Jannar 2017, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja implimentat politika ta' qerda biex tikkontrolla u tillimita l-firxa ta' dik il-marda. L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI, li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rrapportat it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfettar wara l-qerda tat-tjur fl-azjenda agrikola tat-tjur fejn it-tifqigħa ta' HPAI ġiet individwata f'Jannar 2017.

(6)

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, huwa wkoll xieraq li tiġi indikata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 id-data li minnha dak il-pajjiż terz jista' jerġa', f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, jitqies bħala ħieles mill-HPAI u l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz jenħtieġ li jiġu awtorizzati mill-ġdid.

(7)

Għaldaqstant, l-entrata għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika reċenti f'dak il-pajjiż terz.

(8)

L-Istati Uniti qegħdin jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/481 (4), wara tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H7N9 f'azjenda argikola tat-tjur fl-Istat ta' Tennessee fl-4 ta' Marzu 2017.

(9)

Fil-15 ta' Marzu 2017, l-Istati Uniti tal-Amerka kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N9 f'azjenda agrikola oħra tat-tjur fl-Istat ta' Tennessee. Dik it-tifqigħa ġiet lokalizzata f'żona li kienet diġà suġġetta għal reġjonalizzazzjoni, minħabba t-tifqigħa preċedenti tal-4 ta' Marzu 2017, u din hija koperta b'mod xieraq mill-emendi magħmula fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/481. Għalhekk, ma hemmx bżonn ta' aktar reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż terz fir-rigward ta' din l-aħħar tifqigħa.

(10)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali fil-kummerċ tal-annimali ħajjin u tal-prodotti tal-annimali (il-Ftehim) (5), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (6), jipprovdi għal rikonoxximent reċiproku bikri tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni f'każ ta' tifqigħat tal-marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(11)

Wara t-tifqigħat tal-HPAI f'Marzu 2017, l-Istati Uniti implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw il-firxa ta' dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti komplew jissospendu l-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu minnha minn konteji affettwati tal-Istati ta' Tennesse u Alabama, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet minħabba l-preżenza ta' dik il-marda, u li huma soġġetti għall-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(12)

Ma ġiet skoperta l-ebda tifqigħa oħra tal-HPAI fl-Istati Uniti sa minn nofs Marzu 2017. L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI, li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istati Uniti rrapportaw it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfettar wara l-qerda tat-tjur f'azjendi agrikoli fl-Istat ta' Tennessee fejn ġew skoperti t-tifqigħat tal-HPAI matul Marzu 2017.

(13)

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-Istati Uniti, kif ukoll l-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji provduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li tiġi indikata d-data li minnha l-konteji affettwati fl-Istati ta' Tennesse u Alabama, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji fir-rigward tat-tifqigħat tal-HPAI f'Marzu 2017, jistgħu jerġgħu, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, jitqiesu bħala ħielsa mill-HPAI u l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawk iż-żoni jenħtieġ li ijunu awtorizzati mill-ġdid.

(14)

Għaldaqstant, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(15)

L-Afrika t'Isfel hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu għal importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti tat-tjur. B'mod partikolari, l-importazzjonijiet fl-Unjoni u tranżitu minnha ta' laħam ta' għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT) huma awtorizzati skont il-kundizzjoni speċifika “H” kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li tipprevedi li, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, f'każ ta' tifqigħa tal-HPAI, l-importazzjonijiet tal-laħam ta' dan it-tip xorta waħda jistgħu jiġu awtorizzati, jekk huwa prodott minn azjenda agrikola ta' għasafar li ma jtirux reġistrata u ħielsa mill-HPAI.

(16)

Fit-22 ta' Ġunju 2017, l-Afrika t'Isfel kkonfermat l-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju tal-Afrika t'Isfel ma jistax jibqa' jitqies bħala ħieles minn dik il-marda u għalhekk l-awtoritajiet veterinarji tal-Afrika t'Isfel ma jistgħux jibqgħu jiċċertifikaw kunsinni ta' laħam ta' għasafar li ma jtirux għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha, sakemm ma jkunx ġej minn għasafar li ma jtirux li ġejjin minn azjenda agrikola reġistrata magħluqa tal-għasafar li ma jtirux ħielsa mill-HPAI taħt il-kundizzjoni speċifika “H”.

(17)

L-awtoritajiet veterinarji tal-Afrika t'Isfel bagħtu l-informazzjoni preliminari dwar it-tifqigħa tal-HPAI u kkonfermaw li huma kienu ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' laħam ta' għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha.

(18)

Għaldaqstant, l-entrata għall-Afrika t'Isfel fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(19)

Iż-Żimbabwe huwa elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu għal importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti tat-tjur.

(20)

Fl-1 ta' Ġunju 2017, iż-Żimbabwe kkonferma l-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tiegħu. Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju taż-Żimbabwe ma jistax jibqa' jitqies bħala ħieles minn dik il-marda u għalhekk l-awtoritajiet veterinarji taż-Żimbabwe ma jistgħux jibqgħu jiċċertifikaw kunsinni ta' laħam ta' għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha.

(21)

Għaldaqstant, l-entrata għaż-Żimbabwe fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(22)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(23)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/481 tal-20 ta' Marzu 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 75, 21.3.2017, p. 15).

(5)  ĠU L 118, 21.4.1998, p. 3.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta' Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tinbidel b'dan li ġej:

Il-kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Il-kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Id-deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Iċ-ċertifikat veterinarju

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

L-istatus tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

L-istatus tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

L-istatus tal-Kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Id-data tal-għeluq (1)

Id-data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

POU

 

 

28.1.2017

1.5.2017

 

 

 

E, EP”

 

 

 

 

 

 

 

(2)

l-entrata għall-Istati Uniti dwar l-Istat ta' Tennessee US-2.23 u l-Istat ta' Alabama US-2.24 tinbidel b'dan li ġej:

Il-kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Il-kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Id-deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Iċ-ċertifikat veterinarju

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

L-istatus tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

L-istatus tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

L-istatus tal-Kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Id-data tal-għeluq (1)

Id-data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US — l-Istati Uniti tal-Amerka

US-2.23

L-Istat ta' Tennessee:

 

Il-Kontea ta' Lincoln,

 

Il-Kontea ta' Franklin, u

 

Il-Kontea ta' Moore

WGM

VIII

P2

4.3.2017

11.8.2017

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

STAT

 

S3, ST1

US-2.24

L-Istat ta' Alabama:

 

Il-Kontea ta' Madison, u

 

Il-Kontea ta' Jackson

WGM

VIII

P2

4.3.2017

11.8.2017

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

STAT

 

S3, ST1”

(3)

l-entrati għall-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe jinbidlu b'dan li ġej:

Il-kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Il-kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Id-deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Iċ-ċertifikat veterinarju

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

Il-kundizzjonijiet speċifiċi

L-istatus tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

L-istatus tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

L-istatus tal-Kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Id-data tal-għeluq (1)

Id-data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“ZA — L-Afrika t'Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

P2

9.4.2011

 

STAT

 

 

DOR

II

 

 

 

SPR

III

 

 

 

RAT

VII

H, P2

22.6.2017

 

 

 

 

ZW — Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

P2

1.6.2017

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4”