|
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1330
tas-17 ta' Lulju 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma soġġetti għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Fil-5 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-entrati għal żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(4) |
Fit-2 ta' Ġunju 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2356 (2017) li żżid 14-il persuna fiżika u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi. Dawn il-persuni u l-entitajiet żdiedu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) 329/2007 permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970 (2). Għaldaqstant jinħtieġ li xi wħud minn dawn il-persuni u l-entitajiet jitħassru mill-Anness V tar-Regolament (KE) 329/2007, peress li issa huma mniżżlin fl-Anness IV. |
|
(5) |
L-Annessi IV u V għaldaqstant jinħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huma emendati f'konformità mal-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 129).
ANNESS I
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, l-intestatura “B. Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi” hija emendata kif ġej:
|
(1) |
huwa sostitwit bi:
|
|
(2) |
huwa sostitwit bi:
|
|
(3) |
huwa sostitwit bi:
|
ANNESS II
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
Taħt l-intestatura “B. Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)”, titħassar l-entrata li ġejja:
|