13.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1263

tat-12 ta' Lulju 2017

li jaġġorna l-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni stabbilita bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 (2) jistabbilixxi lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni (“il-lista tal-Unjoni”), li trid tinżamm aġġornata kif xieraq, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

(2)

Il-Kummissjoni kkonkludiet abbażi tal-evidenza disponibbli u valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament huma ssodisfati għall-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin: Alopochen aegyptiacus Linnaeus, 1766; Alternanthera philoxeroides (Mart.) Griseb; Asclepias syriaca L.; Elodea nuttallii (Planch.) St. John; Gunnera tinctoria (Molina) Mirbel; Heracleum mantegazzianum Sommier & Levier; Impatiens glandulifera Royle; Microstegium vimineum (Trin.) A. Camus; Myriophyllum heterophyllum Michaux; Nyctereutes procyonoides Gray, 1834; Ondatra zibethicus Linnaeus, 1766; Pennisetum setaceum (Forssk.) Chiov.

(3)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li għal dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi kollha l-elementi kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 ġew ikkunsidrati kif xieraq.

(4)

Xi Stati Membri beħsiebhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex ikomplu bit-trobbija ta' Nyctereutes procyonoides Gray, 1834 skont l-Artikolu 9 tar- Regolament (UE) Nru 1143/2014 allegatament minħabba interessi pubbliċi qawwija ta' natura soċjali jew ekonomika. Fuq dan l-isfond, l-inklużjoni ta' din l-ispeċi fil-lista tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal perjodu ta' tranżizzjoni sabiex il-proċedura tal-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament tkun tista' titlesta qabel ma jseħħ l-elenkar ta' din l-ispeċi.

(5)

Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141, il-kodiċijiet NM stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) ġew aġġornati, bl-aktar emendi reċenti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (4). Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta' Lulju 2016 li jadotta lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-tabella tal-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni, jiddaħħlu l-ispeċijiet li ġejjin f'ordni alfabetiku:

Speċijiet

Kodiċijiet NM għall-eżemplari ħajjin

Kodiċijiet NM għall-partijiet li jistgħu jirriproduċu

Kategoriji ta' oġġetti assoċjati

(i)

(ii)

(iii)

(iv)

Alopochen aegyptiacus Linnaeus, 1766

ex ex 0106 39 80

ex 0407 19 90 (bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni)

 

Alternanthera philoxeroides (Mart.) Griseb

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(12)

Asclepias syriaca L.

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(7)

Elodea nuttallii (Planch.) St. John

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Gunnera tinctoria (Molina) Mirbel

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Heracleum mantegazzianum Sommier & Levier

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Impatiens glandulifera Royle

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Microstegium vimineum (Trin.) A. Camus

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(7), (12)

Myriophyllum heterophyllum Michaux

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Nyctereutes procyonoides Gray, 1834 (*1)

ex ex 0106 19 00

 

Ondatra zibethicus Linnaeus, 1766

ex ex 0106 19 00

 

Pennisetum setaceum (Forssk.) Chiov.

ex ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

(2)

Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), jiżdied il-punt li ġej:

“(12)

ex 2309 90: Preparazzjonijiet tal-ikel għal għasafar”.

(3)

Fl-Anness kollu, ir-referenzi għall-kodiċi NM “0301 99 18” huma sostitwiti bi “0301 99 17”.

(4)

Fl-Anness kollu, ir-referenzi għall-kodiċi NM “0306 24 80” huma sostitwiti bi “0306 33 90”.

(5)

Fl-Anness kollu, ir-referenzi għall-kodiċi NM “0306 29 10” huma sostitwiti bi “0306 39 10”.

(6)

Fl-Anness kollu, ir-referenzi għall-kodiċi NM “0602 90 49” huma sostitwiti bi “0602 90 46 jew 0602 90 48”.


(*1)  L-inklużjoni ta' Nyctereutes procyonoides Gray, 1834 għandha tapplika mit-2 ta' Frar 2019.”