8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1235

tas-6 ta' Lulju 2017

li jemenda għall-270 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-3 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:

“Ahmad Zerfaoui (alias (a) Abdullah, (b) Abdalla, (c) Smail, (d) Abu Khaoula, (e) Abu Cholder, (f) Nuhr). Data tat-twelid: 15.7.1963. Post tat-twelid: Chréa, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Qabel kien membru ta' L-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Islamiku, (b) Ikkonfermat li miet f'Mali ta' Fuq fid-19.9.2006. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.5.2004.”

“Dhou El-Aich (alias Abdel Hak). Data tat-twelid: 5.8.1964. Post tat-twelid: Blida, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fiċ-Ċad fit-8.3.2004. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.5.2004.”

“Hacene Allane (alias (a) Hassan the Old, (b) Al Sheikh Abdelhay, (c) Boulahia, (d) Abu al-Foutouh, (e) Cheib Ahcéne). Data tat-twelid: 17.1.1941. Post tat-twelid: Médéa, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fin-Niger ta' Fuq fis-16.4.2004. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.5.2004.”