|
8.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1231
tas-6 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni neċessarji biex tiġi riflessa bidla fil-proċedura tat-test regolatorju bl-iskop li jiġu ċċarati aspetti proċedurali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-parametri ta' korrelazzjoni neċessarji sabiex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura regolatorja huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (2) u, fir-rigward tal-vetturi kummerċjali ħfief, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (3). Sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni lejn il-proċedura l-ġdida tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ħfief (il-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief, WLTP), il-proċedura ta' korrelazzjoni għall-karozzi tal-passiġġieri għandha tiġi allinjata ma' dik li tirrigwardja l-vetturi kummerċjali ħfief, sa fejn dan ikun possibbli. |
|
(2) |
Il-ħatra ta' punti ta' kuntatt fi ħdan l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi mill-Istati Membri għandha tiġi ċċarata sabiex l-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku meħtieġa għall-għodda ta' korrelazzjoni formali jkunu jistgħu jiġu pprovduti b'mod effiċjenti u sigur. |
|
(3) |
Fil-każ ta' vetturi M1 bil-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli ta' 3 000 kg jew aktar, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw l-istess possibbiltà bħal ma tingħata għall-vetturi N1 li jew jidderivaw il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NECD mit-testijiet tad-WLTP jew inkella jużaw il-valuri tabulati stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEENU) (Regolament NU/KEE Nru 83) (4). Dan għandu jiffaċilita l-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip ta' dan il-grupp speċifiku ta' vetturi. |
|
(4) |
Abbażi tal-iżvilupp ulterjuri tal-għodda ta' korrelazzjoni, ċerti parametri tad-data tal-input ma għadhomx meħtieġa filwaqt li għandha tiżdied data oħra ta' natura amministrattiva biex jiġi żgurat li jkun hemm proċess traċċabbli u verifikabbli. |
|
(5) |
Huwa xieraq ukoll li jiġi introdott l-użu ta' kodiċi tal-hash elettroniku fil-każ tal-fajls tal-output ta' korrelazzjoni. Ċertu output limitati u mhux kunfidenzjali tal-għodda ta' korrelazzjoni għandu jsir disponibbli għall-Kummissjoni biex tiżgura l-iżvilupp kontinwu u t-titjib tal-għodda ta' korrelazzjoni u ħalli jiġu pprovduti l-mezzi għal verifika ulterjuri tar-riżultati tal-korrelazzjoni. |
|
(6) |
Il-kalkolu tal-valur ta' referenza tas-CO2 tan-NEDC għandu jiġi simplifikat billi titneħħa l-ħtieġa għal riżultati ta' testijiet tad-WLTP wara l-ipproċessar u l-kalkolu tad-delta bejn il-valur tal-għodda ta' korrelazzjoni tas-CO2 tad-WLTP simulat u s-CO2 tal-NEDC. Il-metodu l-ġdid tal-kalkolu jipprovdi valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC assoluta u kwalunkwe devjazzjoni tal-għodda ta' korrelazzjoni għandha tiġi kkalkulata faċilment u tintwera fis-sommarju mhux kunfidenzjali tal-fajl tal-output. Dan l-approċċ inaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' żbalji fil-kalkolu tal-valuri ta' referenza. |
|
(7) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi simplifikat il-kalkolu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil ikkombinat u b'fażijiet varji. Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat mill-valur aħħari tas-CO2 tal-NEDC (dak iddikjarat, bl-għodda ta' korrelazzjoni, jew valuri ta' test fiżiku) billi jintużaw il-formoli speċifikati fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5). |
|
(8) |
L-Annessi I u II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (6) huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward tal-vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).
(4) Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2015/1038] (ĠU L 172, 3.7.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).
ANNESS I
L-Anness I mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.1.2 jinbidel b'dan li ġej: “2.1.2. L-għażla tal-utenti tal-għodda ta' korrelazzjoni L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-punti ta' kuntatt rispettivi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-provi tal-għodda ta' korrelazzjoni fi ħdan l-awtorità tal-approvazzjoni u, fejn applikabbli, fi ħdan is-servizzi tekniċi. Għandu jintgħażel punt ta' kuntatt wieħed biss għal kull awtorità jew servizz. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi dan li ġej (l-isem tal-organizzazzjoni, l-isem tal-persuna responsabbli, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown). L-informazzjoni għandha tintbagħat f'dan l-indirizz elettroniku (*1): EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku għall-iskop tal-esekuzzjoni tal-għodda ta' korrelazzjoni għandhom jiġu pprovduti biss fuq talba tal-punt ta' kuntatt. (*2) Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għal tali talbiet. (*1) Kull aġġornament tal-indirizz tal-kaxxa postali elettronika se jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Internet." (*2) L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku li għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea”;" |
|
(2) |
fil-punt 2.2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 2.3.1 jinbidel b'dan li ġej: “2.3.1. Id-determinazzjoni tal-inerzja tal-vettura tal-NEDC Il-massa ta' referenza tal-NEDC tal-vetturi H u, fejn japplika, tal-vetturi L u R għandha tiġi ddeterminata kif ġej:
Fejn, Il-Vettura R hija l-vettura rappreżentattiva tal-Familja tal-Matriċi tat-Tagħbija fit-Triq kif definita fil-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissojni (UE) 2017/1151 (*3); MRO hija l-massa fi stat ta' tħaddim kif iddefinita fl-Artikolu 2(4)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 (*4) għall-vetturi H, L u R rispettivament. Il-massa ta' referenza li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet u, fejn japplika, għal test fiżiku tal-vettura, għandha tkun il-valur tal-inerzja stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83 li huwa ekwivalenti għall-massa ta' referenza, RM, iddeterminata skont il-punt u msejħa TMn,L, TMn,H u TMn,R.; (*3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)." (*4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).” " |
|
(4) |
il-punti 2.3.5 u 2.3.6 jinbidlu b'li ġej: “2.3.5. Id-determinazzjoni tad-differenza fir-rakkomandazzjonijiet rigward il-pressjoni tat-tajers Skont il-punt 6.6.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151, l-aktar pressjoni tat-tajers baxxa rrakkomandata għall-massa tat-test tal-vettura għandha tintuża matul id-deċelerazzjoni libera għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-tagħbija tat-triq, filwaqt li dan mhux speċifikat fl-NEDC. Il-pressjoni tat-tajers li trid tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC skont il-punt 2.3.8 għandha tkun il-medja bejn iż-żewġ fusien tal-medja bejn il-pressjoni minima u massima tat-tajers permessa għat-tajers magħżulin fuq kull fus għall-massa ta' referenza tal-NEDC tal-vettura. Il-kalkolu għandu jsir għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vetturi L u R bl-użu ta' dawn il-formuli:
Fejn,
L-effett korrispondenti f'termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi kkalkulat bil-formuli li ġejjin għall-vetturi H, L u R:
2.3.6. Id-determinazzjoni tal-ħxuna tat-tajer (TTD) Skont il-punt 4.2.2.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għat-test tad-WLTP il-ħxuna minima tat-tajer hija ta' 80 %, filwaqt li skont il-punt 4.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, il-ħxuna minima permessa tat-tajer għall-finijiet tat-test tal-NEDC hija ta' 50 % tal-valur nominali. Dan jirriżulta f'differenza medja ta' 2 mm fil-ħxuna tat-tajer bejn iż-żewġ proċeduri. L-effett korrispondenti f'termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi ddeterminat għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC fil-punt 2.3.8 skont il-formuli li ġejjin għall-vetturi H, L u R:
Fejn, RMn,H, RMn,L, u RMn,R huma l-mases ta' referenza tal-vetturi H, L u R iddeterminati skont il-punt 2.3.1.”; |
|
(5) |
fil-punt 2.3.8.1, jiżdiedu ż-żewġ paragrafi li ġejjin: “Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom ikunu kkalkulati skont il-formuli fil-punt 2.3.8.1.1 (fil-każ tal-vettura H) u fil-punt 2.3.8.1.2 (fil-każ tal-vettura L). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din il-formula għandha tapplika kemm fil-każ ta' simulazzjonijiet kif ukoll fil-każ ta' testijiet fiżiċi fuq il-vetturi.”; |
|
(6) |
il-punt 2.3.8.2 jinbidel b'dan li ġej: 2.3.8.2. Id-determinazzjoni tat-tagħbijiet fit-triq fejn, għall-finijiet tat-test tad-WLTP it-tagħbijiet fit-triq ġew iddeterminati skont il-punt 5 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 2.3.8.2.1. Il-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 Fejn it-tagħbija fit-triq ta' vettura tkun ġiet ikkalkulata skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-(UE) 2017/1151, it-tagħbija fit-triq tal-NEDC li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta' korrelazzjoni għandha tiġi ddeterminata kif ġej:
2.3.8.2.2. It-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 Fejn it-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti ġew ikkalkulati skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 2.3.8.2.1.(a) ta' dan l-Anness. Fil-kaz tal-ittestjar tal-vettura fiżika, it-test għandu jitwettaq bil-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83.” |
|
(7) |
fit-taqsima 2.4, it-Tabella 1 hi emendata kif ġej:
|
|
(8) |
fil-punt 3.1, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Jekk id-differenza bejn il-vettura H u l-vettura L hija dovuta biss għal differenza ta' tagħmir fakultattiv (jiġifieri l-MRO, il-forma tal-karrozzerija u l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq huma l-istess) il-valur ta' referenza NEDC CO2 għandu jiġi ddeterminat għal H biss.”; |
|
(9) |
il-punti 3.1.1, 3.1.2 u 3.1.3 jinbidlu b'dan li ġej: “3.1.1. L-input u l-output tal-għodda ta' korrelazzjoni 3.1.1.1. Ir-rapport tal-output tal-korrelazzjoni oriġinali L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku magħżul għandhom jiżguraw li l-fajl tad-dejta tal-input għall-għodda ta' korrelazzjoni huwa komplut. Wara li tkun tlestiet il-prova tat-test dwar l-għodda ta' korrelazzjoni, għandu jinħareġ rapport oriġinali tal-output korrelazzjoni u dan jiġi attribwit b'kodiċi tal-hash. Ir-rapport għandu jinkludi il-fajls sussidjarji li ġejjin:
3.1.1.2. Fajl ta' korrelazzjoni mimli Meta r-rapport tal-output ta' korrelazzjoni oriġinali jkun inħareġ skont il-punt 3.1.1.1, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew, fejn ikun applikabbli, is-servizz tekniku magħżul għandu juża l-kmandi rilevanti fl-għodda ta' korrelazzjoni biex jibgħat il-fajl tas-sommarju f'server b'kronogramma li minnu tinbagħat risposta bil-ħin ittimbrat lil min bagħatha (bis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni inklużi b'kopja ta' dan il-messaġġ), bl-inklużjoni ta' numru sħiħ iġġenerat b'mod aleatorju bejn 1 u 99. Għandu jinħoloq fajl ta' korrelazzjoni komplut, li jinkludi r-risposta bil-ħin ittimbrat u r-rapport tal-output ta' korrelazzjoni oriġinali msemmi fil-punt 3.1.1.1. Kodiċi tal-hash għandu jiġi attribwit għall-fajl komplut ta' korrelazzjoni. Il-fajl għandu jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala rapport tat-test skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE. 3.1.2. Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H L-għodda ta' korrelazzjoni għandha tintuża għall-eżekuzzjoni tat-test issimulat tal-vettura H billi tintuża d-dejta tal-input rilevanti msemmija fil-punt 2.4. Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej: CO 2, H = NEDC CO2,C,H · Ki,H Fejn,
Minbarra il-valur ta' referenza CO2 tal-NEDC, l-għodda ta' korrelazzjoni għandha tipprovdi l-valuri b'fażijiet varji tas-CO2 għall-vettura H. 3.1.3. Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L Fejn applikabbli, it-test simulat tal-NEDC tal-vettura L għandu jitwettaq bl-użu tal-għodda ta' korrelazzjoni u d-dejta ta' input rilevanti msemmija fil-punt 2.4. Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej: CO 2, L = NEDC CO2,C,L · Ki,L Fejn,
Minbarra il-valur ta' referenza NEDC CO2, l-għodda ta' korrelazzjoni għandha tipprovdi wkoll il-valuri tas-CO2 speċifiċi għal kull fażi għall-vettura L.”; |
|
(10) |
il-punt 3.2.6 jinbidel b'dan li ġej: 3.2.6. Meta n-numru ġġenerat b'mod aleatorju msemmi fil-punt 3.1.1.2 ikun fil-medda ta' bejn 90 u 99, il-vettura għandha tingħażel għal kejl fiżiku wieħed skont il-proċedura msemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, filwaqt li jitqiesu l-preċiżazzjonijiet stipulati fit-taqsima 2 ta' dan l-Anness. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu dokumentati f'konformità mal-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE. Meta il-valur tas-CO2 tal-NEDC għaż-żewġ vetturi H u L jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, il-konfigurazzjoni tal-vettura magħżula għall-kejl fiżiku għandha tkun il-vettura L, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta' bejn 90 u 94, u l-vettura H, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta' bejn 95 u 99. Fejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC huwa ddeterminat skont il-punt 3.2.1 għal waħda biss mill-vetturi H jew L fl-interpolazzjoni tal-familja, l-vettura għandha tintgħażel għal kejl fiżiku wieħed jekk n-numru aleatorju jkun fil-medda ta' 90 sa 99. Fejn il-valuri tas-CO2 tal-NEDC mhumiex iddeterminati skont il-punt 3.2.1, iżda ż-żewġ vetturi H u L huma ittestjata fiżikament, in-numru aleatorju ma għandux jitqies.”; |
|
(11) |
Fil-punt 3.2.8, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Il-fattur De għandu jiġi kkalkulat bi tliet deċimali u għandu jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikat ta' konformità.”; |
|
(12) |
il-punti 3.3.1, 3.3.2 u 3.3.3 jinbidlu b'dan li ġej: “3.3.1. Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: NEDC CO 2, p,H = NEDC CO 2, p,H,c · CO 2, AF,H Fejn:
3.3.2. Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: NEDC CO 2, p,L = NEDC CO 2, p,L,c · CO 2, AF,L Fejn:
3.3.3. Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L 3.3.3.1. Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC Il-konsum tal-fjuwil tal-NEDC (ikkombinat) għall-vetturi H u L għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet ikkombinati tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.2 u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma 0 (żero) g/km. 3.3.3.2. Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vetturi H u L għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet speċifiċi għall-fażi tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.3 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km.”; |
|
(13) |
jiddaħħal il-punt 4.2.1.4a li ġej: “4.2.1.4a. It-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC derivati mill-vettura rappreżentattiva ta' familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq Fejn it-tagħbija fit-triq tal-NEDC ta' vettura rappreżentattiva ġiet ikkalkulata minn vettura rappreżentattiva tad-WLTP skont il-punt 2.3.8.2.1(b), it-tagħbija fit-triq tal-NEDC ta' vettura individwali għandha tiġi kkalkulata bil-formuli li ġejjin: (a) L-F0n,ind għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Fejn,
(b) L-F2n,ind għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Fejn,
(c) L-F1n,ind għall-vettura individwali għandu jiġi stabbilit għal 0.”; |
|
(14) |
fil-punt (a) tat-taqsima 5, il-kliem “rapport tal-output tal-għodda ta' korrelazzjoni” jinbidlu bil-kliem “fajl ta' korrelazzjoni sħiħ”. |
(*1) Kull aġġornament tal-indirizz tal-kaxxa postali elettronika se jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Internet.
(*2) L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku li għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea”;
(*3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(*4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).” ”
ANNESS II
Fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, fit-tabella “Sorsi tad-Dejta” tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|
“In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura |
|
Il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (*1) |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissojni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).”