|
4.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/168 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1188
tat-3 ta' Lulju 2017
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
Wara investigazzjoni antisussidji, il-Kunsill impona wkoll, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 452/2011 (3), dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ. |
|
(3) |
Il-miżuri antidumping ħadu l-forma ta' rata ta' dazju ad valorem li tvarja minn 8 % sa 35,1 % għal importazzjonijiet minn esportaturi msemmija b'mod individwali, b'rata ta' dazju residwa ta' 27,1 %. |
|
(4) |
Fit-8 ta' Awwissu 2011, il-produtturi Ċiniżi Gold East Paper Co. Ltd u Gold Huasheng Paper Co. Ltd (“il-Grupp APP”), ressqu applikazzjonijiet biex iħassru r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011 u (UE) Nru 452/2011, sa fejn dawn jikkonċernaw l-applikanti (4). Fil-11 ta' Settembru 2014, it-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ azzjonijiet. |
1.2. Talba għal rieżami tal-iskadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (5) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(6) |
It-talba tressqet minn ħames produtturi tal-Unjoni (Arctic Paper Grycksbo AB, Burgo Group SpA, Fedrigoni SpA, Lecta Group u Sappi Europe SA), li b'mod konġunt issir referenza għalihom bħala “l-applikant”, li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' karta fina miksija. |
|
(7) |
It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal rikorrenza ta' dumping u għal rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta' rieżami ta' skadenza
|
(8) |
Wara li stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fit-13 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika tal-Bidu”) il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
Investigazzjoni parallela
|
(9) |
Permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta' Mejju 2016 (7), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (8) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
1.4. Investigazzjoni
Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(10) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (il-“perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (il-“perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
Partijiet ikkonċernati
|
(11) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, importaturi u utenti fl-Unjoni magħrufa li kienu kkonċernati, kif ukoll lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li hija pprevediet li tuża l-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż terz fl-ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) fis-sens tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, l-istess pajjiż użat bħala l-pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet u lill-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-bidu u stednithom jipparteċipaw. |
|
(13) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet fil-Brażil, fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Ġappun, fil-Korea, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera dwar il-bidu tal-investigazzjoni u talbet informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ ta' karta fina miksija f'dawk il-pajjiżi. Imbagħad intbagħtu ittri lill-produtturi kollha magħrufa ta' karta fina miksija f'dawn il-pajjiżi, fejn intalbet il-kooperazzjoni tagħhom fir-rieżami u li magħhom ġie mehmuż kwestjonarju għall-pajjiż analogu. |
|
(14) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta' smigħ fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-Notifika tal-Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li għamlu din it-talba, ingħataw seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni. |
Kampjunar
(a) Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lis-36 produttur esportatur kollha magħrufa fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
Produttur esportatur Ċiniż ipprovda l-informazzjoni mitluba fl-Anness I tan-Notifika ta' Bidu għall-finijiet ta' kampjunar (9). Madankollu, waqt is-seduta ta' smigħ tat-8 ta' Ġunju 2016, l-istess grupp ta' produtturi esportaturi informa lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebu jwieġeb għall-kwestjonarju. Dan ġie spjegat bl-ebda bejgħ ta' esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-istruttura kumplessa tal-grupp. Il-produtturi esportaturi kkonċernati magħrufa kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ, ġew infurmati bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni u li, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tagħmel is-sejbiet tagħha abbażi tal-aħjar fatti disponibbli. |
(b) Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(18) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ u ta' produzzjoni, filwaqt li qieset ukoll il-firxa ġeografika. Il-kampjun preliminari kien jikkonsisti fi tliet gruppi ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni proviżorjament fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li mhux ser ikun f'pożizzjoni li jwieġeb għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kjarifika li żewġ partijiet oħrajn inklużi fil-kampjun kienu gruppi li jikkonsistu f'diversi produtturi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrevediet il-kampjun billi ssostitwiet il-produttur li ma kkooperax bl-akbar produttur li jmiss f'termini tal-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni, kif ukoll billi għażlet l-akbar produtturi fiż-żewġ gruppi l-oħrajn tal-produtturi proviżorjament fil-kampjun. Wara li ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-kampjun rivedut sal-iskadenza, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun kif inhu rivedut. Il-kampjun finali kien jammonta għal iżjed minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami u għalhekk tqies bħala li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(c) Kampjunar tal-importaturi mhux relatati
|
(19) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat ħames importaturi potenzjali, iżda l-ebda wieħed minnhom ma wieġeb għall-formola tal-kampjunar. |
Pajjiż analogu
|
(21) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija qieset lill-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż analogu possibbli u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. L-Istati Uniti tal-Amerka ntużat fl-investigazzjoni oriġinali bħala pajjiż analogu xieraq. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-prodott simili fl-Istati Uniti tal-Amerka, fil-Brażil, fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Ġappun, fin-Norveġja, fil-Korea ta' Isfel u fl-Iżvizzera sabiex jipprovdu informazzjoni. Produttur wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerka kkoopera fl-investigazzjoni billi wieġeb għall-kwestjonarju. |
|
(23) |
L-investigazzjoni wriet li l-Istati Uniti tal-Amerka kellhom suq kompetittiv għas-CFP b'madwar 50 % tas-suq fornut bi produzzjoni lokali u l-bqija b'importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għalkemm hemm dazji antidumping fis-seħħ kontra r-RPĊ u l-Indoneżja, pajjiżi produtturi oħrajn jistgħu jesportaw liberament lejn l-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(24) |
Għalhekk, huwa konkluż li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, l-Istati Uniti tal-Amerka kienu jikkostitwixxu pajjiż analogu xieraq f'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
Kwestjonarji
|
(25) |
Il-Kummissjoni ma bagħtitx kwestjonarju lill-produttur esportatur Ċiniż li ma kkooperax imsemmi fil-premessa (17) above, minħabba li dan kien diġà indika li ma kienx ser iwieġeb. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u lill-produtturi kollha magħrufa tal-pajjiż analogu. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mingħand produttur wieħed fil-pajjiż analogu (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Żjarat ta' verifika
|
(28) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza sabiex jiġu stabbiliti d-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(29) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċerta karta fina miksija (coated fine paper, “CFP”) li hija karta jew kartun miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat (minbarra karta jew kartun tat-tip kraft), f'folji jew rombli, u b'piż ta' 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u b'luminożità ta' aktar minn 84 (imkejla skont l-ISO 2470-1) u joriġina mir-RPĊ (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 00, ex 4810 14 00, ex 4810 19 00, ex 4810 22 00, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10 u ex 4810 99 80 (il-kodiċijiet TARIC 4810130020, 4810140020, 4810190020, 4810220020, 4810293020, 4810298020, 4810991020 u 4810998020). |
|
(30) |
Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:
|
2.2. Prodott simili
|
(31) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(32) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(33) |
F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ attwalment u jekk huwiex probabbli jew le li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping. |
|
(34) |
Kif imsemmi fil-premessi (17) u (25), l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
L-awtoritajiet Ċiniżi u l-produttur esportatur Ċiniż magħruf ġew innotifikati bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-produttur esportatur Ċiniż wieġeb li huwa kellu l-ħsieb li jikkoopera parzjalment fl-investigazzjoni, billi jagħti kummenti dwar id-dannu u l-kawżalità. |
|
(36) |
Abbażi ta' dan, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami tal-iskadenza, il-preżentazzjoni mill-partijiet interessati u l-istatistika disponibbli. |
3.2. Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami
|
(37) |
Għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, id-dejta statistika turi li volumi negliġibbli biss tas-CFP (inqas minn 400 tunnellata) ġew importati fl-Unjoni mir-RPĊ. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-kwantitajiet ma kinux rappreżentattivi minħabba li kienu jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. |
|
(38) |
Għalhekk, ma setgħet issir ebda analiżi sinifikanti tad-dumping abbażi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping. |
3.3. Evidenza tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping
|
(39) |
Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping f'każ li l-miżuri jiskadu. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: Il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn destinazzjonijiet oħrajn, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, kif ukoll l-attraenza tas-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
3.3.1. Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi
|
(40) |
Minħabba l-volum mhux rappreżentattiv ta' importazzjonijiet ta' CFP mir-RPĊ lejn l-Unjoni (ara l-premessa (37)), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dejta li tikkonċerna l-bejgħ ta' CFP mir-RPĊ lil pajjiżi terzi għandha tintuża sabiex jiġi vvalutat il-livell probabbli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Il-kalkoli tad-dumping saru bl-użu tal-prezzijiet għall-bejgħ lil klijenti minn pajjiżi terzi, abbażi tal-fatturi pprovduti mill-applikant, kif ġie spjegat fil-premessa (45) hawn taħt. |
(a) Valur normali
|
(41) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-iskop, l-Istati Uniti tal-Amerka ntuża bħala l-pajjiż analogu, kif ġie spjegat fil-premessi (21) sa (24). |
|
(42) |
Il-Grupp APP sostna li, wara l-11 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tapplika l-metodoloġija tal-ekonomija tas-suq u tikkalkula l-valur normali abbażi tal-prezzijiet domestiċi Ċiniżi u, b'hekk, ma għandhiex tuża lill-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż analogu. |
|
(43) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li hija ma għandha l-ebda diskrezzjoni fuq jekk tapplikax jew le r-regoli attwali kif stabbiliti fir-Regolament bażiku. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata. |
(b) Prezz tal-esportazzjoni
|
(44) |
Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(45) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni ġew ikkonsultati sorsi ta' informazzjoni differenti. Sabiex jiġi vvalutat il-livell probabbli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri, l-aktar bażi xierqa nstabet li hija l-fatturi maħruġa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lil pajjiżi terzi li jinsabu qrib l-Unjoni, jiġifieri l-Eġittu, ir-Russja u t-Turkija, li ġew ipprovduti mill-applikant u li kienu kkalkolati fuq bażi ta' medja ponderata. |
(c) Paragun u aġġustamenti
|
(46) |
Il-valur normali medju ponderat tqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni ta' CFP, f'konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, it-tnejn li huma fil-livell tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(47) |
Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport u tal-merkanzija. |
(d) Marġni tad-dumping
|
(48) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat f'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(49) |
Abbażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni kien ta' 58 %. |
3.3.2. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ
|
(50) |
Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u b'mod partikolari l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, li kienet tinkludi dejta minn fornitur indipendenti ta' informazzjoni tal-intelligence dwar l-industrija, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(51) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta miksija mingħajr injam fir-RPĊ kienet ta' 7 629 000 tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (10), li 40 % minnhom hija l-produzzjoni ta' CFP (11). Il-produzzjoni totali tal-karta miksija mingħajr injam fir-RPĊ kellha użu tal-kapaċità ta' 85 % (12) matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, li rriżulta f'kapaċità żejda ta' 1 167 000 tunnellata, jiġifieri 32 % tal-konsum totali ta' CFP fl-Unjoni. Taħt is-suppożizzjoni li 40 % biss ta' din il-kapaċità tintuża għas-CFP, il-kapaċità żejda Ċiniża tal-prodott ikkonċernat instabet li hija madwar 13 % tal-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(52) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li huwa sempliċi għall-produtturi biex jaqilbu mill-produzzjoni ta' prodotti oħrajn miksija mingħajr injam għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat (13). F'każ li l-produtturi Ċiniżi jaqilbu għas-CFP, dan jirriżulta f'żieda ta' 3 877 000 tunnellata fil-kapaċità tal-produzzjoni, li hija aktar minn 100 % tal-konsum totali fl-Unjoni (stabbilit għal 3 589 694 tunnellata). |
|
(53) |
Anki jekk il-livell ta' kapaċità żejda tal-karta miksija mingħajr injam mistenni jonqos ftit b'4 %, id-domanda domestika Ċiniża hija mistennija li tonqos b'aktar minn 10 % sal-2021 (14). |
|
(54) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti li jistgħu jużaw biex jipproduċu s-CFP bil-għan li jesportawha lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħassru. Il-Kummissjoni sabet ukoll li dan il-potenzjal ta' esportazzjoni jista' jiżdied bħala riżultat tat-tnaqqis mistenni fid-domanda domestika fir-RPĊ. |
3.3.3. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(55) |
L-investigazzjoni wriet li d-domanda tal-Unjoni għas-CFP baqgħet waħda sostanzjali. Għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-suq tal-Unjoni jibqa' l-akbar suq fid-dinja, li jammonta għal 25 % — 30 % tad-domanda globali. |
|
(56) |
Abbażi tal-fatti disponibbli, il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn il-pajjiżi terzi qrib l-Unjoni kienu, bħala medja, 7 % aktar baxxi mill-prezzijiet fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Tali differenza fil-prezz hija sinifikanti minħabba l-fatt li s-suq għas-CFP huwa kompetittiv u sensittiv ħafna għall-prezzijiet. |
|
(57) |
Barra minn hekk, id-domanda domestika fir-RPĊ hija prevista li ser tonqos, u dan jissuġġerixxi inċentiv qawwi għall-produtturi Ċiniżi sabiex isibu swieq alternattivi bil-għan li jassorbu l-kapaċità żejda Ċiniża. Is-suq tal-Istati Uniti tal-Amerka, suq ieħor importanti għas-CFP, jibqa' mhux attraenti għar-RPĊ, minħabba li l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom miżuri antidumping u antisussidji fis-seħħ kontra r-RPĊ rigward il-prodott ikkonċernat. |
|
(58) |
F'dan ir-rigward, il-Gvern tar-RPĊ sostna li l-livell baxx ta' importazzjonijiet mir-RPĊ wera li s-suq tal-Unjoni ma kien attraenti xejn għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Huwa sostna wkoll li, skont l-istatistika tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina, fl-2015, ir-RPĊ esportat aktar CFP lejn tliet pajjiżi oħrajn (l-Indja, il-Ġappun u t-Tajlandja) u lejn pajjiżi terzi Ewropej, xejra li turi li dawn il-pajjiżi, fejn ma hemmx miżuri ta' difiża tal-kummerċ fis-seħħ, kienu aktar attraenti. Il-Gvern tar-RPĊ sostna wkoll li r-RPĊ fil-preżent hija parti għal 14-il FTA ma' sħab kummerċjali differenti u li qiegħda tinnegozja saħansitra aktar. Dan iwassal għal aktar esportazzjonijiet ta' CFP lejn il-pajjiżi sħab kkonċernati. |
|
(59) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-effett tal-FTAs, it-talba saret fir-rigward tal-prodotti Ċiniżi b'mod ġenerali u ma kienet tinkludi ebda prova fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. It-talba tqieset bħala ġenerika wisq u li kienet nieqsa minn prova korroborattiva. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa (62) hawn taħt, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tindika l-kuntrarju. |
|
(60) |
Fil-fatt, l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' CFP lejn l-Unjoni waqgħu qrib iż-żero wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2010, u dan jissuġġerixxi li kienu dawn il-miżuri li għamlu s-suq tal-Unjoni mhux attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. It-tneħħija tal-miżuri tagħmel is-suq tal-Unjoni attraenti mill-ġdid. Għalhekk, dawn it-talbiet huma rrifjutati. |
|
(61) |
Il-Grupp APP irrikonoxxa li s-suq Ewropew huwa tradizzjonalment suq importanti għas-CFP, iżda sostna li l-importanza tiegħu kienet qed tonqos minħabba t-tnaqqis kostanti fid-domanda, filwaqt li, fl-istess ħin, id-domanda f'pajjiżi oħrajn jew baqgħet stabbli jew inkella żdiedet matul l-aħħar ftit snin. Huwa sostna wkoll li n-nuqqas ta' attraenza tas-suq tal-Unjoni ntwera kemm mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn minn mindu ġew imposti l-miżuri, kif ukoll mil-livell għoli ta' esportazzjonijiet ta' CFP manifatturata mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(62) |
Minkejja l-konsum dejjem jonqos tas-CFP fl-Unjoni, is-suq tal-Unjoni għadu l-akbar suq tas-CFP fid-dinja. L-informazzjoni fil-fajl tissuġġerixxi li s-suq tal-Unjoni ser jibqa' l-akbar suq tas-CFP fid-dinja, tal-anqas fil-futur qarib (15). Abbażi tal-fatti disponibbli fil-fajl, id-domanda għas-CFP hija prevista li tonqos fir-RPĊ u żieda potenzjali, jekk ikun hemm, fi swieq oħrajn, ma tkunx biżżejjed sabiex titnaqqas l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, minħabba li dawn is-swieq huma żgħar meta mqabbla mas-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi li mhumiex ir-RPĊ kienu fil-fatt akbar minn matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni tal-investigazzjoni attwali. Madankollu, l-importazzjonijiet ta' CFP minn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom importazzjonijiet ta' CFP mill-Iżvizzera, fejn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni kellu kumpanija li tipproduċi s-CFP. L-investigazzjoni attwali stabbiliet li dan il-produttur waqqaf il-produzzjoni tas-CFP fl-2011, sabiex b'hekk, konsegwentement, l-importazzjonijiet mill-Iżvizzera kważi għebu għal kollox. B'hekk, it-tnaqqis fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma għandu x'jaqsam xejn mal-ebda allegat nuqqas ta' attraenza tas-suq tal-Unjoni u t-talba hija rrifjutata. |
|
(63) |
Barra minn hekk, il-livell relattivament għoli ta' esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma jimminax il-konklużjoni li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti, hekk kif għall-biċċa l-kbira tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet medji miksuba barra mill-Unjoni, fejn l-industrija tal-Unjoni kellha tikkompeti mal-esportazzjonijiet ta' CFP li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ, kienu taħt il-prezzijiet medji miksuba fl-Unjoni. Għalhekk, it-talba hija rrifjutata. |
|
(64) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri jitħassru, x'aktarx li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni. |
3.3.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta' dumping
|
(65) |
Kif imsemmi fil-premessi (48) u (49), tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi li jinsabu qrib l-Unjoni u l-prezz fis-suq tal-pajjiż analogu jappoġġja b'mod sħiħ is-sejba ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping. |
|
(66) |
Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-kapaċità tal-produzzjoni sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, kif ukoll il-kapaċità żejda u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri x'aktarx li jirriżulta f'żieda fl-esportazzjonijiet ta' CFP mir-RPĊ lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping. |
4. PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TA' DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(67) |
Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien manifatturat minn 10 produtturi magħrufa, li wħud minnhom huma gruppi li għandhom diversi fabbriki tal-karti. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(68) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stabbilita f'madwar 4 606 000 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-kumpaniji li appoġġjaw it-talba għal rieżami kienu jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Kif indikat fil-premessa (18), il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(69) |
Id-dejta makroekonomika pprovduta mill-applikant kienet fornuta minn Euro-Graph (16) u ġiet debitament ivverifikata. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(70) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi abbażi tal-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6). |
|
(71) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(72) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni naqas b'10 %. Huwa naqas bi 8 % fl-2013, imqabbel mal-2012, u kompla jonqos b'pass aktar kajman. Il-konsum tal-Unjoni stmat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kien aktar baxx b'21 % minn dak li nstab matul il-perjodu ta' investigazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali (4 572 057 tunnellata). It-tnaqqis fil-konsum jirrifletti t-tnaqqis fid-domanda għall-karta grafika b'mod ġenerali, li huwa primarjament ir-riżultat tat-tkabbir rapidu fil-midja diġitali, li qiegħda tieħu post il-midja stampata tradizzjonali. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(73) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum tal-importazzjoni u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(74) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ kien negliġibbli. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(75) |
Minħabba l-volum negliġibbli ta' importazzjonijiet ta' CFP mir-RPĊ lejn l-Unjoni u n-nuqqas ta' affidabbiltà tal-prezzijiet ta' dan il-ftit bejgħ (ara l-premessa (37)), ma kienx possibbli li tintuża l-istatistika tal-importazzjoni tal-Unjoni sabiex isiru konklużjonijiet dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dejta dwar il-bejgħ ta' CFP mir-RPĊ lil pajjiżi oħrajn għandha tintuża minflok bħala indikatur sabiex jiġi stabbilit x'kien ikun it-twaqqigħ tal-prezzijiet li kieku l-kumpaniji Ċiniżi biegħu b'dawn il-prezzijiet lill-Unjoni. |
|
(76) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-livell teoretiku tat-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni mitlub lil klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell tal-prezz mill-fabbrika, mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi li jinsabu qrib l-Unjoni, aġġustat sabiex jinkiseb livell ta' valur CIF tal-Unjoni u sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-importazzjoni. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi oħrajn kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, kif ġie spjegat diġà aktar 'il fuq (ara l-premessi (40), (44) u (45)). It-tqabbil tal-prezzijiet wera li, kieku l-esportaturi Ċiniżi biegħu b'dawn il-prezzijiet lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'5,4 %. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
(77) |
It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni f'termini ta' volum u sehem mis-suq, kif ukoll il-prezz medju ta' dawn l-importazzjonijiet. It-tabella hija bbażata fuq data mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Tabella 3 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(78) |
Il-volum totali ta' importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi minbarra r-RPĊ kien żgħir matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni u s-sehem mis-suq totali tagħhom varja b'madwar 1 %. Il-prezzijiet medji ta' dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ebda wieħed mit-tliet pajjiżi ma kellu sehem mis-suq individwali ogħla minn 0,4 %. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(79) |
F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (18), il-kampjunar intuża għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(80) |
Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tad-dannu. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi li jirrigwardjaw l-industrija tal-Unjoni kollha abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardjaw biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun abbażi tad-dejta vverifikata inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarji. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(81) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat. |
|
(82) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' kull unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(83) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(84) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni naqset bi 12 %. Hija naqset b'7 % fl-2013, meta mqabbla mal-2012, u kompliet tonqos b'pass aktar kajman. |
|
(85) |
Qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni kienu diġà għamlu sforzi ta' ristrutturar maġġuri bil-għan li jindirizzaw il-kapaċità strutturali żejda u dawn l-isforzi ssoktaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Bħala riżultat kemm tal-għeluq ta' ċerti fabbriki kif ukoll tal-konverżjoni ta' fabbriki oħrajn sabiex jibdew jipproduċu prodotti tal-karti minbarra CFP, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tas-CFP tagħha b'madwar 901 216-il tunnellata bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri bi 15 %. |
|
(86) |
It-tnaqqis kontinwu tal-kapaċità tal-produzzjoni ppermetta lill-industrija tal-Unjoni żżomm l-użu tal-kapaċità relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u saħansitra tilħaq 92,3 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kważi erba' punti perċentwali ogħla minn fl-2012. |
|
(87) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-użu ta' kapaċità għolja huwa fattur importanti fil-vijabbiltà fit-tul tal-industrija tal-karti minħabba l-investimenti għoljin fl-assi fissi u l-impatt li jirriżulta fuq l-ispejjeż medji tal-manifattura. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(88) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(89) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b'10 %. Huwa naqas bi 8 % fl-2013, imqabbel mal-2012, u kompla jonqos b'pass aktar kajman. |
|
(90) |
Billi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kważi ma kien hemm ebda importazzjoni ta' CFP, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' stabbli f'madwar 99 %. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(91) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma kienet xhud ta' ebda tkabbir tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Għall-kuntrarju, dawn l-indikaturi ekonomiċi segwew mill-qrib ix-xejra 'l isfel tal-konsum tal-Unjoni. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(92) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(93) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-għadd ta' impjegati naqas b'24 %, bi tnaqqis irreġistrat kull sena. Huwa jirrifletti parti mill-isforzi ta' ristrutturar aktar fit-tul imwettqa mill-industrija tal-Unjoni sabiex tindirizza l-problemi ta' kapaċità strutturali żejda, kif spjegat fil-premessa (85). |
|
(94) |
Dan it-tnaqqis sostanzjali fil-forza tax-xogħol ipproduċa żidiet sinifikanti fil-produttività, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata fis-sena, li żdiedu bi 17 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru mid-dumping tal-passat
|
(95) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kważi ma kienx hemm importazzjonijiet ta' CFP mir-RPĊ, għalhekk, jista' jiġi konkluż li d-daqs tal-marġni tad-dumping ma kellu ebda impatt fuq l-industrija tal-Unjoni, li kienet tinsab fit-triq it-tajba sabiex tirkupra mid-dumping tal-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(96) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost unitarju tal-produzzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(97) |
Il-prezz tal-bejgħ unitarju tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni naqas b'6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B'intervall latenti żgħir, ix-xejra fil-prezzijiet segwiet ix-xejra fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(98) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll b'6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bl-aktar tnaqqis sinifikanti osservat fil-perjodu 2013-2014 (nieqes 8 %). |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(99) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(100) |
Fl-2013, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat naqsu b'4 % meta mqabbla mal-2012, imbagħad stabbilizzaw u matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami laħqu livell li kien 4 % ogħla milli kien fl-2012. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(101) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-livelli tal-istokkijiet żviluppaw kif ġej: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(102) |
L-istokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 8 % fil-perjodu 2012-2013 u mbagħad baqgħu relattivament stabbli matul il-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni rriżulta f'żieda globali fil-livell tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni b'14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.3.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(103) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw kif ġej: Tabella 10 Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(104) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tas-CFP lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabilità tagħha minn madwar 0,7 % għal 2,3 %. Huwa nnotat li fl-investigazzjoni oriġinali, il-profitt fil-mira għall-industrija kien stabbilit bħala 8 % (17). L-2014 kienet l-aħjar sena, meta l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni laħqet 5 % primarjament minħabba l-kostijiet aktar baxxi tal-materja prima, speċjalment il-polpa, iżda wkoll minħabba l-effetti pożittivi tal-isforzi tar-ristrutturar u ż-żieda fl-effiċjenza. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabilità kienet affettwata b'mod negattiv mit-tnaqqis fir-rata tal-kambju tal-lira Ingliża versus l-euro. |
|
(105) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-fluss tal-flus kien pożittiv u x-xejra tiegħu kienet tirrifletti ħafna l-evoluzzjoni tal-profittabilità, bl-2014 tkun l-aħjar sena. |
|
(106) |
Fid-dawl tat-tnaqqis fid-domanda għas-CFP kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma investietx f'kapaċità ġdida u, b'mod ġenerali, il-livell tal-investimenti naqas bi 15 %. L-investimenti li saru kienu ffokati fuq il-manutenzjoni, is-sostituzzjoni tal-kapital, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u fuq miżuri maħsuba sabiex tintlaħaq konformità mal-istandards tal-ħarsien tal-ambjent. |
|
(107) |
Ir-redditu fuq l-investiment jikkonsisti fil-profitt espress bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-assi fissi. L-iżvilupp tiegħu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien influwenzat kemm mit-tnaqqis fil-valur nett tal-assi kif ukoll mill-evoluzzjoni tal-profittabilità, li tispjega r-riżultati negattivi fl-2013 u r-riżultati ferm aħjar fl-2014 u fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(108) |
Minħabba l-kost tad-dejn eżistenti, il-profittabilità relattivament baxxa tal-industrija tal-Unjoni u d-domanda kontinwament tonqos għas-CFP, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġbor il-kapital tjiebet meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, iżda tibqa' ristretta. |
4.5.4. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(109) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-indikaturi tad-dannu wrew stampa mħallta. Filwaqt li l-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja, bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, tjiebu, l-indikaturi tal-volum, bħall-produzzjoni u l-bejgħ, komplew jonqsu. |
|
(110) |
It-titjib tal-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja kien ir-riżultat kemm tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima fl-2014 kif ukoll tal-isforzi tar-ristrutturar tal-produtturi tal-Unjoni mmirati biex inaqqsu l-kapaċità tal-produzzjoni u jtejbu l-effiċjenza. Ix-xejriet negattivi fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ kienu r-riżultat tad-domanda kontinwament tonqos għas-CFP kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, li kienet tesiġi li l-industrija tal-Unjoni tkompli bir-ristrutturar, inkluż l-għeluq ta' ċerti fabbriki tal-karti u l-konverżjoni ta' oħrajn għall-produzzjoni ta' tipi oħrajn ta' karta. |
|
(111) |
It-tnaqqis ulterjuri previst fid-domanda għas-CFP fil-perjodu ta' 5-10 snin li ġejjin jappoġġja l-konklużjoni li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ser tibqa' waħda diffiċli u li ser ikollu jseħħ aktar tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni. |
|
(112) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-miżuri imposti mill-investigazzjoni oriġinali kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni, li reġgħet kisbet is-sehem mis-suq tagħha u kienet kapaċi tgħolli l-prezzijiet tas-CFP għal 'il fuq mil-livell li jkopri l-kostijiet, kif ukoll li tiffinanzja l-attivitajiet ta' ristrutturar tagħha. |
|
(113) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Madankollu, minħabba d-domanda kontinwament tonqos għas-CFP u l-kostijiet għolja relatati mar-ristrutturar, li t-tnejn kellhom influwenza sinifikanti fuq il-profittabilità tagħha, hija tinsab f'sitwazzjoni vulnerabbli. |
4.6. Probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu
|
(114) |
Fil-premessi (65) u (66) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri jirriżulta fir-rikorrenza ta' dumping u żieda fl-esportazzjonijiet ta' CFP bi prezzijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ lejn l-Unjoni. |
|
(115) |
Fil-premessa (76) il-Kummissjoni sabet li, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tas-CFP miċ-Ċina lejn swieq li jinsabu qrib l-Unjoni kienu aktar baxxi minn dawk mitluba mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni. Bħala riżultat, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi produtturi Ċiniżi x'aktarx li jnaqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(116) |
Barra minn hekk, kif issemma fil-premessa (62), is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq tas-CFP fid-dinja. Tabilħaqq, id-daqs globali tiegħu u l-eżistenza ta' akkwirenti kbar tas-CFP jagħmluh attraenti ħafna għall-produtturi Ċiniżi tas-CFP, minħabba li tali konsenji kbar jippermettulhom jużaw aktar mill-kapaċità tal-produzzjoni (issa żejda), li min-naħa tagħhom ibaxxu l-kostijiet tal-produzzjoni għal kull unità. Għaldaqstant, jekk il-miżuri jitħassru, minħabba l-benefiċċji ekonomiċi tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni żejda fir-RPĊ (ara l-premessi (50) sa (54)), x'aktarx li l-produtturi esportaturi Ċiniżi joffru s-CFP bi prezzijiet oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni, li tpoġġi pressjoni fuq il-prezzijiet u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(117) |
L-investigazzjoni wriet (ara l-premessa (113)) li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija vulnerabbli. |
|
(118) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali li l-użu ta' kapaċità għolja huwa fattur importanti fil-vijabbiltà fit-tul tal-produtturi tal-karti, minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għandu livell intensiv ta' kapital. In-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ppermetta lill-industrija tal-Unjoni tgħolli l-prezzijiet tas-CFP għal 'il fuq mil-livelli li jkopru l-kostijiet, tiffinanzja r-ristrutturar u żżid ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-produzzjoni. Kwalunkwe rikorrenza ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping u tal-pressjoni li tirriżulta fuq il-prezzijiet treġġa' lura dawn l-iżviluppi pożittivi, minħabba li ċċaħħad lill-industrija tal-Unjoni mill-fluss tal-flus meħtieġ sabiex jiġu ffinanzjati l-isforzi tar-ristrutturar bil-għan li jadattaw għat-tnaqqis fid-domanda dinjija għas-CFP. Hija timmina wkoll l-effetti pożittivi tal-isforzi tar-ristrutturar li saru fil-passat u twassal għad-deterjorament tal-indikaturi kollha ta' dannu. |
|
(119) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tħassir tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' CFP mir-RPĊ x'aktarx li jirriżulta f'rikorrenza ta' dannu. |
5. INTERESS TAL-UNJONI
|
(120) |
F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
5.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(121) |
L-investigazzjoni sabet li l-miżuri eżistenti ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mid-dumping tal-passat, iżżomm il-prezzijiet tas-CFP 'il fuq mil-livelli li jkopru l-kostijiet u ttejjeb il-prestazzjoni finanzjarja tagħha. Min-naħa tagħhom, dawn ix-xejriet pożittivi ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tiffaċċja l-isfidi maħluqa mid-domanda kontinwament tonqos għas-CFP billi twettaq pjanijiet ta' ristrutturar fit-tul, inkluż l-għeluq ta' xi fabbriki tal-karti u l-konverżjoni ta' oħrajn għall-produzzjoni ta' tipi oħrajn ta' karta. |
|
(122) |
Mingħajr il-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni tkun tista' żżomm il-prezzijiet tas-CFP 'il fuq mil-livelli li jkopru l-kostijiet, tiġġenera l-introjtu meħtieġ sabiex tiffinanzja l-isforzi tar-ristrutturar tagħha u taġġusta għall-isfidi maħluqa mid-domanda kontinwament tonqos għas-CFP. |
|
(123) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ ser tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2. L-interess ta' importaturi/operaturi tas-suq mhux relatati
|
(124) |
Ma kien hemm ebda kooperazzjoni minn importaturi/operaturi tas-suq. Abbażi tal-fatt li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kważi ma kienx hemm importazzjonijiet ta' CFP mir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma jirrappreżentawx proporzjon kbir tal-attivitajiet kummerċjali tal-importaturi/operaturi tas-suq u li ma kienx hemm fatturi li jissuġġerixxu li dawn ser ikunu affettwati sproporzjonalment jekk il-miżuri jinżammu. |
5.3. Interess tal-utenti
|
(125) |
Ma kien hemm ebda kooperazzjoni minn utenti individwali. Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjoni bil-miktub minn assoċjazzjoni tal-industrija tal-istampar (Intergraf), appoġġjata minn tliet assoċjazzjonijiet oħrajn (BPIF, Gratkom u Bundesverband Druck und Medien). |
|
(126) |
Is-sottomissjoni spjegat li l-industrija tal-istampar tal-Unjoni kienet qed issofri mis-sostituzzjoni tal-midja stampata bil-midja diġitali, kif ukoll mill-importazzjonijiet massivi ta' prodotti stampati, b'mod partikolari, mir-RPĊ. L-implikazzjoni tal-pretensjoni kienet li l-miżuri antidumping dgħajfu l-kompetittività tal-istampaturi tal-Unjoni, li tirrikjedi l-aċċess mingħajr dazju għall-karta. L-unika evidenza li ġiet ippreżentata fir-rigward tal-pretensjoni ta' importazzjonijiet massivi kienet stima tal-importazzjonijiet totali ta' prodotti stampati li joriġinaw mir-RPĊ, li jinkludu varjetà kbira ta' prodotti stampati li ma jiġux stampati fuq CFP. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa liema parti mill-prodotti importati mir-RPĊ kienet stampata fuq CFP u liema parti kienet stampata fuq tipi oħrajn ta' karta. |
|
(127) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-biċċa l-kbira tal-prodotti li jiġu stampati fuq CFP huma prodotti “sensittivi għall-ħin”, bħal rivisti, fuljetti, reklamar dirett bil-posta u inserzjonijiet li huma inqas suxxettibbli li jiġu importati mir-RPĊ minħabba l-ħin meħtieġ għat-trasportazzjoni. L-informazzjoni ppreżentata mill-applikant f'dan ir-rieżami kkonfermat li s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali kienu għadhom validi. |
|
(128) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li filwaqt li huwa probabbli li xi materjali stampati jiġu stampati fuq CFP barra mill-Unjoni minħabba d-dazji antidumping u kumpensatorji, l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-istampar tal-Unjoni huwa limitat. |
5.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(129) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra l-estensjoni tal-miżuri antidumping attwali fuq importazzjonjiet mir-RPĊ. |
6. KONKLUŻJONI U DIVULGAZZJONI
|
(130) |
Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri antidumping fis-seħħ. Huma ngħataw ukoll perjodu ta' 11-il jum li matulu setgħu jressqu kummenti wara din id-divulgazzjoni. L-applikant biss bagħat kummenti li jappoġġjaw is-sejbiet tal-Kummissjoni u l-proposta biex jinżammu fis-seħħ il-miżuri antidumping. |
|
(131) |
Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq isegwi li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ, imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011, għandhom jinżammu. |
|
(132) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa b'hekk impost fuq karta fina miksija, li hija karta jew kartun miksija min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat (minbarra karta jew kartun tat-tip kraft), f'folji jew rombli, u b'piż ta' 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u b'luminożità ta' aktar minn 84 (imkejla skont l-ISO 2470-1), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 00, ex 4810 14 00, ex 4810 19 00, ex 4810 22 00, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10 u ex 4810 99 80 (kodiċi TARIC 4810130020, 4810140020, 4810190020, 4810220020, 4810293020, 4810298020, 4810991020 u 4810998020) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Id-dazju antidumping definittiv ma jikkonċernax rombli adattati għall-użu f'magni tal-istampar web-fed. Ir-rombli adattati għall-użu f'magni tal-istampar web-fed huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006, dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit — il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell elettriku), jagħtu riżultat ta' inqas minn 30 N/m meta l-karta titkejjel b'mod trażversali (cross direction, CD) u riżultat ta' inqas minn 50 N/m meta titkejjel fid-direzzjoni tal-magna (machine direction, MD). Id-dazju antidumping definittiv ma jikkonċernax ukoll il-karta u l-kartonċin b'aktar minn saff wieħed.
2. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Rata tad-dazju % |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, Zhenjiang City, Jiangsu Province, PRC; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, Suzhou City, Jiangsu Province, PRC |
8 |
B001 |
|
Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta' Shouguang, il-Provinċja ta' Shandong, ir-RPĊ; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta' Shouguang, il-Provinċja ta' Shandong, ir-RPĊ |
35,1 |
B013 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
27,1 |
B999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta' karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18).
(4) Il-Kawża T-443/11 u l-Kawża T-444/11.
(5) ĠU C 280, 25.8.2015, p. 7.
(6) In-Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 172, 13.5.2016, p. 9).
(7) In-Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 172, 13.5.2016, p. 19).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kodifikat bir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(9) Il-grupp Sinar Mas jinkludi: Gold East Paper Co., Ltd; Gold Huasheng Paper Co., Ltd u Hainan Jinhai Pulp and Paper Co., Ltd.
(10) Abbażi tad-dejta tal-RISI (http://www.risiinfo.com) ipprovduta mill-applikant.
(11) Abbażi tat-talba.
(12) Abbażi tad-dejta tal-RISI.
(13) Abbażi tat-talba.
(14) Abbażi tad-dejta tal-RISI.
(15) Abbażi tad-dejta tal-RISI pprovduta mill-applikant.
(16) L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Karta Grafika (Euro-Graph) ġiet ifformata fl-2012 permezz tal-fużjoni ta' CEPIPRINT (l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Karta għall-Pubblikazzjoni) u CEPIFINE (l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Karta Fina) u l-membri tagħha jinkludu l-produtturi kollha tal-karta fina miksija fl-Unjoni.
(17) Il-premessa (158) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011.