30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1155

tal-15 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa bi skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(2) u (3), l-Artikoli 44(5)(b) u 46(9)(a) u (c), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9)(a) u l-Artikolu 67(1) u (2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti kundizzjonali fuq l-użu ta' żrieragħ ċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u li jistabbilixxu l-proċedura għad-determinazzjoni ta' varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom (kontenut tat-THC) imsemmi fl-Artikolu 32(6) ta' dak ir-Regolament. Bħalissa, l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (2) jistipula biss l-obbligu tal-użu ta' żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċi ta' Pjanti Agrikoli” u li tintuża żerriegħa ċertifikata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (3). Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' THC tagħhom attwalment stabbiliti fl-Artikolu 45 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (4) u l-Anness ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014.

(2)

Ir-regoli għad-determinazzjoni ta' varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' THC huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-qanneb huwa kkultivat bħala għalla ewlenija, iżda dawn mhumiex kompletament xierqa għall-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja. Peress li dan il-metodu tal-aħħar ta' kultivazzjoni wera li huwa xieraq għall-qanneb industrijali u kompatibbli mar-rekwiżiti ambjentali, huwa ġġustifikat li ż-żewġ dispożizzjonijiet jiġu adattati sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tal-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja. F'dan il-kuntest, huwa xieraq ukoll li tiġi pprovduta definizzjoni tal-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja.

(3)

L-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament. Sabiex tiġi evitata kull interpretazzjoni diverġenti, huwa xieraq li jiġi ċċarat li għall-finijiet tal-Artikolu 31(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, anki frazzjoni ta' intitolament għal pagament hija meqjusa bħala attivata għalkollox. Madankollu, għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu li l-pagament jiġi kkalkulat abbażi tal-frazzjoni korrispondenti ta' ettaru eliġibbli.

(4)

L-Artikoli 38 sa 48 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jistabbilixxu regoli li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar prattiki standard tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-ewwel sena meta ġew applikati dawn il-prattiki, huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti aspetti ta' dawk ir-regoli sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni għall-ġid tal-bdiewa u tal-amministrazzjonijiet nazzjonali filwaqt li jinżamm jew jitjieb l-impatt fuq l-ambjent u fuq il-klima. B'mod partikolari, il-modifiki għandhom jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-azzjonijiet identifikati fil-konklużjonijiet tar-Rieżami ta' Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u jippermettu l-progress tal-kopertura tal-erja agrikola permezz ta' miżuri relatati mal-bijodiversità skont il-Politika Agrikola Komuni (5).

(5)

Fir-regoli dwar il-kalkolu tal-ishma ta' għelejjel differenti għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel stipulati fl-Artikolu 40 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, il-perjodu tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel huwa bbażat fuq prattiki tal-kultivazzjoni tradizzjonali fl-Istati Membri. Huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu perjodi differenti fuq livell reġjonali jew subreġjonali sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti possibbli f'territorju partikolari ta' Stat Membru. F'xi sitwazzjonijiet speċifiċi meta tkun teżisti varjetà sinifikanti ta' għelejjel fuq erja żgħira, jeħtieġ li jkun possibbli, sabiex tiġi ssimplifikata d-dikjarazzjoni tal-għelejjel imkabbra, li jiġu ddikjarati bħala għalla waħda mħallta.

(6)

Fir-rigward tal-art mistrieħa, hu fundamentali li fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jiġi stabbilit perjodu li matulu ma ssir l-ebda produzzjoni agrikola, ħalli tiġi żgurata l-effettività ambjentali ta' din l-art u biex tiġi evitata kull konfużjoni ma' erjas oħra bħall-bwar. Sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet agroklimatiċi differenti madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandu junu jistgħu jistabbilixxu dan il-perjodu biex il-bdiewa jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jikkoltivaw l-għelejjel ewlenin qabel l-aħħar tas-sena. Madankollu, dan il-perjodu ma għandux ikun anqas minn sitt xhur sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' effettività ambjentali u biex tiġi evitata kull konfużjoni ma' erjas oħra.

(7)

Id-distinzjoni bejn il-karatteristiċi differenti tal-pajsaġġ elenkati fl-Artikolu 45(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 toħloq inċertezza għall-bdiewa meta jkunu qed jiddikjaraw l-erjas b'fokus ekoloġiku. Sabiex titnaqqas din l-inċertezza, li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-iskema għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u li tiġi indirizzata l-kumplessità li jiltaqgħu magħha l-bdiewa meta jiddikjaraw l-erjas b'fokus ekoloġiku, is-sisien tal-ħaxix u l-ħbula msaġġra msemmija fil-punt (a) ta' dik id-dispożizzjoni u s-siġar f'linja msemmija fil-punt (c) ta' dik id-dispożizzjoni għandhom jitwaħħdu bħala tip wieħed ta' karatteristiċi tal-pajsaġġ biex b'hekk ikun japplika għalihom limitu wieħed uniku tad-dimensjoni. Barra minn hekk, għall-istess raġunijiet, l-erjas imsemmija fl-Artikolu 45(4)(d) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandhom jinġabru fi msajġar tal-għelieqi.

(8)

Barra minn hekk, anki jekk, kif iddikjarat fil-premessa 51 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, ikun hemm bżonn dimensjonijiet massimi tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ biex jiġi żgurat li l-erja tkun fil-biċċa l-kbira agrikola, dawn il-limiti tad-dimensjoni ma għandhomx iwasslu għall-esklużjoni ta' karatteristiċi li jaqbżu dawn id-dimensjonijiet iżda li jkunu siewja għall-bijodiversità. Għalhekk, l-erja li tista' tiġi kkwalifikata bħala karatteristika tal-pajsaġġ skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandha tiġi kkalkulata sad-dimensjoni massima tal-karatteristika.

(9)

Minħabba l-ġid ambjentali kbir tal-veġetazzjoni riparja msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45(4) u fl-Artikolu 45(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, huwa xieraq li jiġi stabbilit li għandha titqies il-veġetazzjoni riparja kollha ħalli jiġu kkalkulati l-erjas b'fokus ekoloġiku.

(10)

Għall-istess raġunijiet kif imsemmi fil-premessi 7 u 8 fir-rigward tal-Artikolu 45(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014, il-ġmiem madwar l-għelieqi, li bħalissa jissemmew fil-punt (e) ta' dik id-dispożizzjoni, għandhom jiġu inkorporati mal-biċċiet art' ta' lqugħ fl-Artikolu 45(5) ta' dak ir-Regolament u għandu jiġi stabbilit limitu uniku ta' dimensjoni fir-rigward tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem madwar l-għelieqi. Din id-dimensjoni massima fir-rigward tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem madwar l-għelieqi jeħtieġ li tirreferi għall-erja li tista' tiġi kkwalifikata bħala biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014. Sabiex il-bdiewa jingħataw il-flessibbiltà massima, id-definizzjoni ta' biċċiet art ta' lqugħ skont il-KAAT 1, l-SMR 1 jew l-SMR 10 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta' ġmiem madwar l-għelieqi protetti skont il-KAAT 7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 kif imsemmi f'dak l-Anness, għandha tiġi ssupplimentata minn biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem oħra madwar l-għelieqi, biex tirreferi għal kull tip ta' ħbula mhux koperti minn dawn iż-żewġ kategoriji skont ir-regoli tal-kundizzjonalità.

(11)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti li l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-biċċiet art ta' lqugħ maġenb ir-raba' jkunumeqjusa bħala erjas b'fokus ekoloġiku. Sabiex jiġi massimizzat il-ġid ambjentali tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u tal-biċċiet art ta' lqugħ imsemmija fl-Artikolu 45(4) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 u jiġi mħeġġeġ il-ħarsien u l-manutenzjoni ta' elementi addizzjonali, din id-dispożizzjoni għandha tiġi ssupplimentata b'regoli li joffru flessibbiltà billi jitqiesu elementi oħra ta' valur lill-ambjent li jissodisfaw id-definizzjoni ta' dawn it-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku u li mhumiex maġenb ir-raba' tal-azjenda. Għalhekk, meta dawnil-biċċa art ta' lqugħ u l-ġmiem madwar l-għelieqi jew il-karatteristika tal-pajsaġġ tkun maġenb l-erja b'fokus ekoloġiku, direttament maġenb ir-raba' tal-azjenda agrikola, din għandha tiġi rikonoxxuta wkoll bħala erja b'fokus ekoloġiku.

(12)

Għall-istess raġunijiet kif imsemmi fil-premessi 7 u 8 fir-rigward tal-Artikolu 45(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, id-dimensjonijiet massimi stabbiliti fir-rigward tal-ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet ta' foresti msemmija fl-Artikolu 45(7) ta' dak ir-Regolament għandhom jirreferu għall-erja li tista' tikkwalifika bħala tali ħbula skont dik id-dispożizzjoni.

(13)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward tal-użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa rilevanti biss jekk dawn il-prodotti tal-input jiġu awtorizzati.

(14)

L-iskadenza eżistenti għaż-żrigħ ta' għelejjel intermedji u koperturi veġetali stabbilita fl-Artikolu 45(9) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 mhux dejjem taħbat tajjeb mal-kundizzjonijiet agronomiċi u klimatiċi. Bil-ħsieb li jintlaħqu aħjar l-għanijiet ambjentali ta' din it-tip ta' erja b'fokus ekoloġiku, huwa xieraq li tinbidel l-iskadenza għaż-żrigħ ta' għelejjel intermedji u koperturi veġetali b'perjodu minimu ta' żmien li matulu għandu jkun hemm fis-seħħ erjas ikkultivati b'għelejjel intermedji u koperturi veġetali. Sabiex jipprovdu l-flessibilità meħtieġa biex jitqiesu l-kundizzjonijiet staġjonali tat-temp, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu dak il-perjodu fl-aktar livell ġeografiku xieraq. Madankollu, peress li l-permanenza tal-għelejjel intermedji u l-koperturi veġetali fuq l-art hija fattur ewlieni biex tiġi żgurata l-adozzjoni effettiva tan-nitrat residwu u l-kopertura tal-ħamrija waqt li l-erja ma tkunx koperta mill-għalla ewlenija, it-tul minimu tal-perjodu għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-Unjoni. Sabiex ikun hemm konsistenza mal-interpretazzjoni pprovduta dwar id-definizzjoni fuq il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor stabbilita fl-Artikolu 4 (1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jkun possibbli wkoll li jinżergħu addizzjonalment għelejjel leguminużi fl-għalla ewlenija. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-prattiki ekwivalenti koperti bl-impenji u bl-iskemi taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rispettivament, għandhom jiġu allinjati r-regoli dwar il-kwalifikazzjoni ta' għelejjel intermedji u koperturi veġetali bħala erjas b'fokus ekoloġiku.

(15)

Anki jekk, bħala regola ġenerali l-erjas b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu mkabbra bħala speċijiet puri biss għandhom jiġu kkwalifikati bħala erjas b'fokus ekoloġiku, għax fil-prattiki tal-kultivazzjoni tradizzjonali dawn l-għelejjel ħafna drabi jiġu mħallta ma' għelejjel oħra, huwa xieraq li jiġi permess li, skont l-Artikolu 45(10) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-erjas b'taħlitiet ikunu jistgħu jiġu kkwalifikati wkoll bħala erjas b'fokus ekoloġiku diment li tkun żgurata l-predominanza tal-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu f'dawn it-taħlitiet. Barra minn hekk, abbażi tal-esperjenza bl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(10) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 u fid-dawl tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (7) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), mhux meħtieġ li jiġu preskritti regoli speċifiċi fuq il-post ta' dawn l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu. Minflok, u bil-ħsieb li jissaħħu l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw ir-riskju tal-lissija tan-nitroġenu fil-ħarifa, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali fuq l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-prattiki ekwivalenti koperti mill-impenji u l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rispettivament, għandhom jiġu allinjati r-regoli dwar il-kwalifikazzjoni ta' għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu bħala erja b'fokus ekoloġiku.

(16)

L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 uriet li ċerti dispożizzjonijiet relatati mat-tipi ta' erja b'fokus ekoloġiku jeħtieġ li jkunu aktar dettaljati fir-rigward tar-rekwiżit tal-“ebda produzzjoni” inklużi r-regoli dwar il-qtugħ u r-ragħa bil-ħsieb li jintlaħaq l-għan tal-bijodiversità u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' strumenti oħra tal-Politika Agrikola Komuni. B'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda r-rekwiżit tal-“ebda produzzjoni agrikola” applikabbli għat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija fl-Artikolu 45(2), (4)(e), (5) u (7) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, għandu jiġi ċċarat li l-produzzjoni għandha tinftiehem bħala attività agrikola fis-sens tal-Artikolu 4(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u mhux fis-sens usa' tal-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) u (iii) tal-istess Regolament, u ma għandhiex taffettwa r-regoli dwar il-kopertura minima tal-ħamrija skont il-KAAT 4 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Barra minn hekk, għandu jiġi inċentivat it-twettiq ta' azzjonijiet mill-bdiewa biex tiġi salvagwardjata u mtejba l-bijodiversità, b'mod partikolari billi jeħfief id-dakkir, bil-għan li tiġi stabbilita kopertura tal-ħamrija veġetali u li, pereżempju, jkunu koperti minn impenn agroambjentali tal-klima, ħalli b'hekk jiġu massimizzat il-ġid ambjentali.

(17)

Peress li t-tliet tipi ewlenin ta' erjas lil-bdiewa ddikjaraw bħala erjas b'fokus ekoloġiku fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma erjas produttivi jew jistgħu jkunu produttivi, jiġifieri huma art mistrieħa, għelejjel intermedji jew koperturi ekoloġiċi u għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, il-prodotti għal-produzzjoni tal-pjanti aktarx li jintużaw f'erjas b'fokus ekoloġiku. Għalhekk, sabiex tiġi salvagwardjata u mtejba l-bijodiversità b'konformità mal-għanijiet tal-“ekoloġizzazjoni”, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'dawn l-erjas b'fokus ekoloġiku, li huma produttivi jew li jistgħu jkunu produttivi: art mistrieħa, ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet ta' foresti bil-produzzjoni, għelejjel intermedji jew koperturi veġetali u għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu. Meta l-għelejjel intermedji jew il-koperturi veġetali jkunu jikkonsistu minn ħaxix jew għelejjel leguminużi miżrugħa addizzjonalment fl-għalla ewlenija sabiex, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, jiġu evitati konsegwenzi għall-ġestjoni tal-għalla ewlenija, din il-projbizzjoni għandha tapplika mill-mument tal-ħsad tal-għalla ewlenija. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-projbizzjoni tal-prattiki agronomiċi tas-soltu, tkun żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi għall-bdiewa u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, għandu jiġi speċifikat li l-projbizzjoni għaż-żrigħ addizzjonali għandha tapplika mill-anqas għal perjodu minimu, daqs il-perjodu minimu li matulu ż-żoni b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali għandhom ikunu fis-seħħ meta jiġu stabbiliti billi tinżera' taħlita ta' speċijiet ta' għelejjel, jew sakemm jinżergħu l-għelejjel ewlenin li jkun imiss.

(18)

L-Artikolu 49 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jistabbilixxi r-regoli li skonthom persuni ġuridiċi jkollhom aċċess għall-Pagament għall-Bdiewa Żgħażagħ stabbilit fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, għandha tiġi pprovduta kjarifika ulterjuri dwar l-interpretazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward taż-żmien meta bidwi żagħżugħ li jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq persuna ġuridika għandu jikkonforma mal-limitu tal-età. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-bidwi żagħżugħ irid jikkonforma mal-limitu tal-età ta' 40 sena fis-sena tal-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni bl-Iskema tal-Pagament Bażiku jew bl-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja mill-persuna ġuridika b'bidwi żagħżugħ li jkollu l-kontroll.

(19)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-ammont għal kull unità ta' appoġġ akkoppjat volontarju jirriżulta mill-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament tal-miżura rilevanti u, jew il-limitu kwantitattiv stabbilit skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) jew l-għadd ta' ettari jew annimali li huma eliġibbli għall-appoġġ fis-sena inkwistjoni. Huwa xieraq li dik id-dispożizzjoni tiġi riformulata b'mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu l-ammont għal kull unità f'valur fil-medda bejn dawn iż-żewġ valuri fejn l-għadd ta' unitajiet eliġibbli jkun inqas mil-limitu kwantitattiv.

(20)

Skont l-Artikolu 64(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-Istati Membri li japplikaw l-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Settembru ta' kull sena dwar l-għadd totali ta' ettari ddikjarati mill-bdiewa skont dik l-iskema. Madankollu, dik l-informazzjoni tiġi notifikata lill-Kummissjoni kull sena f'aktar dettall skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. Għalhekk l-Artikolu 64(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jista' jitħassar.

(21)

Abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tan-notifiki li għandhom x'jaqsmu mal-ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 65 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, għandhom isiru xi aġġustamenti fil-kontenut tagħhom, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 kif emendat b'dan ir-Regolament.

(22)

Skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar in-numru totali ta' benefiċjarji, l-ammont tal-pagamenti li ngħataw kif ukoll l-erja totali u l-għadd totali ta' annimali li għalihom fil-fatt tħallas l-appoġġ għal kull waħda mill-miżuri ta' appoġġ akkoppjat u kull wieħed mit-tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi kkonċernati.

(23)

Mis-sena tat-talba tal-2015, l-għadd totali ta' benefiċjarji u l-erja totali jew l-għadd totali ta' annimali ddikjarati u determinati għal kull miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju qed jiġu notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(1) u (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. Barra minn hekk, mis-sena tat-talba tal-2016, l-ammont tal-pagamenti li ngħataw għal kull miżura ta' appoġġ akkoppjat se jiġi inkluż fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (9). Għalhekk l-Artikolu 67(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandu jitħassar.

(24)

Għalhekk ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(25)

Minħabba l-emenda ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku, huwa meħtieġ li jsiru bidliet fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, b'mod partikolari billi tiġi adattata l-lista ta' tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku u l-fatturi korrispondenti, meta meħtieġ. Il-premessa 45 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tenfasizza l-importanza li erja b'fokus ekoloġiku tiġi stabbilita b'mod koerenti. Għalhekk, il-fatturi tal-konverżjoni u tal-użin applikabbli għal prattiki ekwivalenti għandhom ikunu konsistenti mal-fatturi applikabbli għall-prattiki standard simili jew identiċi. Fl-interess taċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali bejn il-bdiewa, l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(26)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Madankollu, billi l-kjarifika tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 u r-riformulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta' dak ir-Regolament jirriflettu interpretazzjoni mogħtija lil dawk id-dispożizzjonijiet sa mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, huwa xieraq li dawk l-emendi japplikaw retroattivament. Meta wieħed iqis iż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet nazzjonali jaġġornaw l-għodod amministrattivi eżistenti tagħhom u biex jinfurmaw lill-bdiewa minn qabel biżżejjed dwar l-emendi tad-dispożizzjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni magħmula minn dan ir-Regolament, dawk l-emendi għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikawhom fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja tal-2017, filwaqt li jqisu li kull għażla f'dan ir-rigward għandha tkun koerenti mill-perspettiva tal-bdiewa. Għandu jiġi stipulat obbligu ta' notifika fir-rigward tal-bidliet konsegwenzjali għal notifiki preċedenti relatati ma' dik is-sena kalendarja,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-qanneb

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-eliġibbiltà ta' żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandha tkun soġġetta għall-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli” fil-15 ta' Marzu tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u jiġi ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (*1). Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*2).

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol (minn hawn 'il quddiem il-“kontenut tat-THC”) fil-varjetajiet tal-qanneb, li tippermettilhom japplikaw il-metodu stabbilit fl-Anness III.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm ir-rekords relatati mas-sejbiet tal-kontenut tat-THC. Għal kull varjetà, dawn ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas ir-riżultati f'termini tal-kontenut tat-THC minn kull kampjun, mogħtija bħala persentaġġ b'żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-proċedura użata, l-għadd ta' testijiet li jkunu twettqu, indikazzjoni tal-punt meta ttieħed il-kampjun u l-miżuri meħudin fuq livell nazzjonali.

4.   Jekk il-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura B kif deskritta fl-Anness III ta' dan ir-Regolament għall-varjetà kkonċernata matul is-sena tat-talba ta' wara. Din il-proċedura għandha tintuża matul is-snin tat-talba ta' wara, diment li r-riżultati analitiċi kollha għall-varjetà partikolari ma jkunux anqas mill-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

5.   Jekk għat-tieni sena l-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba għall-awtorizzazzjoni biex tiġi pprojbita l-kummerċjalizzazzjoni tat-tali varjetà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/53/KE. Din in-notifika għandha tintbagħat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*3) sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar tas-sena tat-talba ta' wara. Minn din is-sena tat-talba, il-varjetà koperta minn dik it-talba ma għandhiex tkun eliġibbli għall-pagamenti diretti fl-Istat Membru kkonċernat.

6.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-“qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja” tfisser għalla tal-qanneb miżrugħa wara t-30 ta' Ġunju ta' sena partikolari.

7.   L-għelejjel tal-qanneb għandhom jibqgħu jiġu kkultivati fil-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali għal mill-anqas 10 ijiem wara d-data meta tintemm il-fjoritura sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja għandu jibqa' jiġi kkultivat fil-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali tal-anqas sa tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-qanneb jinħasad wara li tkun bdiet il-fjoritura iżda qabel ma jintemm il-perjodu ta' 10 ijiem wara tmiem il-fjoritura, dejjem jekk l-ispetturi jindikaw liema partijiet rappreżentattivi minn kull roqgħa art ikkonċernata jridu jibqgħu jiġu kkultivati għal mill-inqas 10 ijiem minn meta tintemm il-fjoritura għall-għanijiet ta' spezzjoni, skont il-metodu stabbilit fl-Anness III.

(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1)."

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74)."

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).”"

(2)

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta bidwi jiddikjara għadd ta' intitolamenti għal pagament li jaqbżu l-erjaeliġibbli kollha tiegħu li ddikjara skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-intitolament għal pagament jew il-frazzjoni ta' intitolament għal pagament li jaqbeż parzjalment dik l-erja eliġibbli għandu jitqies bħala attivat għalkollox għall-finijiet tal-Artikolu 31(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, il-pagament għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-frazzjoni korrispondenti ta' ettaru eliġibbli.”

(3)

L-Artikolu 40 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dak il-perjodu jista' jiġi stabbilit fuq livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali xieraq.”

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied ir-raba' subparagrafu li ġej:

“L-erjas fejn jikbru għelejjel differenti ħdejn xulxin, fejn kull għalla waħda tkopri erja li tkun iżgħar mid-daqs minimu stabbilit mill-Istati Membri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jistgħu jitqiesu mill-Istati Membri bħala koperti minn “għalla mħallta” waħda kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”

(4)

L-Artikolu 45 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Fuq art mistrieħa ma għandux ikun hemm produzzjoni agrikola. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu li matulu l-art għandha titħalla mistrieħa f'sena kalendarja partikolari. Dak il-perjodu ma għandux ikun iqsar minn sitt xhur. B'deroga mill-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u bil-għan li l-erja b'fokus ekoloġiku tiġi ssodisfata għal aktar minn ħames snin, l-art mistrieħa għandha tibqa' art li tinħarat.”

(b)

il-paragrafi 4 u 5 jinbidlu b'dan li ġej:

“4.   Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi u jistgħu jkunu dawk protetti bil-KAAT 7, bl-SMR 2 jew bl-SMR 3 kif imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u/jew wieħed jew aktar mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

is-sisien tal-ħaxix, il-ħbula msaġġra jew is-siġar f'linja;

(b)

is-siġar iżolati;

(c)

il-gruppi żgħar tas-siġar fl-għelieqi inklużi s-siġar, l-arbuxelli jew il-ġebel;

(d)

l-għadajjar. Il-ġibjuni magħmula mill-konkrit jew mill-plastik ma għandhomx jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku;

(e)

il-fossijiet, inklużi l-kanali tal-ilma miftuħin għall-finijiet ta' irrigazzjoni jew skular. Il-kanali b'ħitan tal-konkrit ma għandhomx jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku.

(f)

il-ħitan tal-ġebel tradizzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-għażla tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ għal dawk skont il-KAAT 7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u/jew għal wieħed jew aktar mill-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu.

Għas-sisien tal-ħaxix, il-ħbula msaġġra u s-siġar f'linja kif ukoll il-fossijiet imsemmija fil-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu, rispettivament, l-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa wisa' massima ta' 10 metri.

Għall-gruppi żgħar tas-siġar fl-għelieqi u l-għadajjar imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, rispettivament, l-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa daqs massimu ta' 0,3 ettari.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu daqs minimu għall-għadajjar. Fejn ikun hemm ħabel b'veġetazzjoni riparja tul l-ilma, l-erja korrispondenti għandha tiġi inkluża bil-għan li tiġi kkalkulata l-erja b'fokus ekoloġiku. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji sabiex jiżguraw li l-għadajjar ikunu ta' valur naturali, filwaqt li jqisu r-rwol li l-għadajjar naturali għandhom għall-konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċijiet.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji minimi bbażati fuq speċifiċitajiet nazzjonali jew reġjonali, inkluż limiti fuq id-dimensjonijiet ta' għoli u wisa'.

5.   Il-biċċiet art ta' lqugħ u l-ġmiem tal-għelieqi jistgħu jkunu kwalunkwe biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem tal-għelieqi inklużi dawk il-biċċiet art ta' lqugħ tul il-kanali tal-ilma meħtieġa skont il-KAAT 1, l-SMR 1 jew l-SMR 10 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew il-ġmiem tal-għelieqi protetti skont il-KAAT 7, SMR 2 jew SMR 3 kif imsemmi f'dak l-Anness.

L-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw l-għażla tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem tal-għelieqi għal dawk meħtieġa fir-regoli ta' kundizzjonalità msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-wisa' minima tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem tal-għelieqi li ma għandhiex tkun anqas minn (1) metru għal skopijiet ta' erjas b'fokus ekoloġiku. Tul il-kanali tal-ilma għandha tiġi inkluża veġetazzjoni riparja bil-għan li tiġi kkalkulata l-erja b'fokus ekoloġiku. Ma għandu jkun hemm l-ebda produzzjoni agrikola fuq il-biċċiet art ta' lqugħ u l-ġmiem tal-għelieqi.

Għall-biċċiet art ta' lqugħ u l-ġmiem tal-għelieqi minbarra dawk meħtieġa jew protetti skont il-KAAT 1, il-KAAT 7, l-SMR1, l-SMR2, l-SMR 3 jew l-SMR 10 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa wisa' massima ta' 20 metru.”

(c)

jiddaħħal dan il-paragrafu 5a li ġej:

“5a.   Għall-finijiet tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-erjas imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala erjas jew karatteristiċi li jmissu ma' xulxin meta jkunu maġenb erja b'fokus ekoloġiku direttament maġenb l-art li tinħarat tal-azjenda.”

(d)

il-paragrafi 7 u 10 jinbidlu b'dan li ġej:

“7.   Fir-rigward tal-ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet tal-foresti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-produzzjoni agrikola jew jistabbilixxu rekwiżit tal-ebda produzzjoni agrikola, jew li jipprovdu ż-żewġ alternattivi lill-bdiewa. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-wisa' minima ta' dawk il-ħbula, li ma għandhiex tkun inqas minn (1) metru.

L-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa wisa' massima ta' 10 metri meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu l-produzzjoni agrikola u 20 metru meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jippermettux il-produzzjoni agrikola.

8.   Għal erjas bi msajġar ta' newba qasira bla użu ta' fertilizzant minerali u/jew ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' speċijiet li jistgħu jintużaw għal dak il-għan, billi jagħżlu mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 l-aktar speċijiet xierqa minn perspettiva ekoloġika, u b'hekk jeskludu l-ispeċijiet li b'mod ċar mhumiex indiġeni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll ir-rekwiżiti fir-rigward tal-użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'każ li l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tagħhom, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-għan tal-erjas b'fokus ekoloġiku b'mod partikolari biex tiġi salvagwardjata u mtejba l-bijodiversità.

9.   L-erjas b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali għandhom jinkludu dawn l-erjas stabbiliti skont ir-rekwiżiti fil-SMR 1 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif ukoll erjas oħrajn b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali, bil-kundizzjoni li dawn ikunu ġew stabbiliti billi tinżera' taħlita ta' speċijiet ta' għelejjel jew billi jinżergħu addizzjonalment ħaxix jew għelejjel leguminużi fl-għalla ewlenija.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista tat-taħlitiet ta' speċijiet ta' għelejjel li għandhom jintużaw u jistabbilixxu l-perjodu fuq livell nazzjonali, reġjonali, subreġjonali jew tar-razzett li matulu jridu jkunu fis-seħħ l-erjas b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali meta jiġu stabbiliti biż-żrigħ ta' taħlita ta' speċijiet tal-għelejjel. Dan il-perjodu ma għandux ikun inqas minn tmien ġimgħat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-metodi tal-produzzjoni.

L-erjas b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali ma għandhomx jinkludu l-erjas b'għelejjel tax-xitwa li jinżergħu fil-ħarifa normalment għall-ħsad jew għar-ragħa. Dawn ma għandhomx jinkludu wkoll l-erjas koperti minn prattiki ekwivalenti msemmija fil-punti I.3 u 4 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

10.   Fl-erjas b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, il-bdiewa għandhom ikabbru dawk l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu inklużi f'lista stabbilita mill-Istat Membru. Dik il-lista għandha tinkludi l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu li l-Istat Membru jidhirlu li jkunu jikkontribwixxu għall-għan ta' titjib tal-bijodiversità, u tista' tinkludi taħlitiet ta' għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu ma' għelejjel oħra diment li l-ispeċijiet tal-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu jkunu predominanti. Dawk l-għelejjel għandhom ikunu preżenti fl-istaġun tat-tkabbir. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali l-aktar fir-rigward tal-metodu tal-roduzzjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li titqies il-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE u tad-Direttiva 2000/60/KE, minħabba l-potenzjal li għandhom l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu biex iżidu r-riskju ta' lissija fil-ħarifa.

L-erjas b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu ma għandhomx jinkludu l-erjas koperti minn prattiki ekwivalenti msemmija fil-punti I.3 u 4 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”

(e)

jiddaħħlu dawn il-paragrafi 10a, 10b u 10c li ġejjin:

“10a.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2, 5 u 7, l-“ebda produzzjoni agrikola” tfisser l-ebda attività agrikola kif definita fl-Artikolu 4(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti definiti skont il-KAAT 4 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għandhom ikunu permessi azzjonijiet immirati biex jistabbilixxu kopertura tal-ħamrija ħadra għal finijiet ta' bijodiversità, inkluż iż-żrigħ ta' taħlitiet ta' żerriegħa tal-fjuri selvaġġi.

Madankollu, permezz ta' deroga mir-rekwiżit tal-ebda produzzjoni, għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 7, l-Istati Membri jistgħu jippermettu il-ħsad jew ir-ragħa fuq biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem tal-għelieqi kif ukoll fuq ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet ta' foresti mingħajr il-produzzjoni, diment li l-ħabel ikun jista' jibqa' jingħaraf mill-art agrikola ta' maġenbu.

10b.   L-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jkun projbit fl-erjas kollha msemmija fil-paragrafi 2, 9 u 10 kif ukoll fl-erjas bi produzzjoni agrikola li jissemmew fil-paragrafu 7.

10c.   Fl-erjas imsemmija fil-paragrafu 9 stabbiliti minn ħaxix jew għelejjel leguminużi miżrugħa addizzjonalment fl-għalla ewlenija, din il-projbizzjoni għandha tapplika mill-mument tal-ħsad tal-għalla ewlenija saż-żrigħ tal-għalla ewlenija li jkun imiss.”

(5)

Fl-Artikolu 49(3) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Bidwi żagħżugħ li jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika skont it-tifsira tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ma għandux ikollu aktar minn 40 sena fis-sena tal-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni fl-Iskema tal-Pagament Bażiku jew fl-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja minn dik il-persuna ġuridika b'bidwi żagħżugħ li jkollu l-kontroll.”

(6)

Fl-Artikolu 53(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-pagament annwali għandu jkun espress bħala l-ammont ta' appoġġ għal kull unità. Dan jista' jkun wieħed mill-ammonti li ġejjin jew, meta l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ ma jkunx jaqbeż l-erja jew l-għadd ta' annimali stabbiliti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ammont bejniethom:

(a)

il-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament tal-miżura kif notifikat skont il-punt (3)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ fis-sena inkwistjoni;

(b)

il-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament tal-miżura kif notifikat skont il-punt (3)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-erja jew l-għadd ta' annimali stabbilit kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”

(7)

Fl-Artikolu 64 jitħassar il-paragrafu 5.

(8)

L-Artikolu 65(1) jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

l-għadd totali ta' bdiewa eżentati minn prattika waħda jew aktar ta' prattiki tal-ekoloġizzazzjoni u l-għadd ta' ettari ddikjarati minn dawn il-bdiewa, l-għadd ta' bdiewa eżentati mill-prattiki kollha għax ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-għadd ta' bdiewa li jipparteċipaw fl-Iskema għall-Bdiewa Żgħar, l-għadd ta' bdiewa eżentati mill-obbligu ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel, u l-għadd ta' bdiewa eżentati mill-obbligu tal-erja b'fokus ekoloġiku, u l-għadd rispettiv ta' ettari ddikjarati minn dawn il-bdiewa;”

(ii)

il-punt (vi) jinbidel b'dan li ġej:

“(vi)

l-għadd totali ta' bdiewa li jiddikjaraw bwar permanenti ambjentalment sensittivi, l-għadd totali ta' ettari koperti minn bwar permanenti ambjentalment sensittivi ddikjarati minn dawn il-bdiewa, l-għadd totali ta' ettari ta' bwar permanenti ambjentalment sensittivi magħżulin u l-għadd totali ta' ettari ta' bur permanenti f'erjas koperti mid-Direttiva 92/43/KEE jew id-Direttiva 2009/147/KE;”

(b)

jiżdied dan il-punt (e) li ġej:

“(e)

sal-1 ta' Awwissu ta' kull sena, il-perjodu li għandu jitqies għall-kalkolu tal-ishma tal-għelejjel differenti skont l-Artikolu 40(1) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-livell ġeografiku li ġie stabbilit fih dak il-perjodu.”

(9)

Fl-Artikolu 67 jitħassar il-paragrafu 2.

(10)

Jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu hu stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-miżuri tranżitorji

1.   Permezz ta' deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-emendi kollha jew uħud minnhom li saru bil-punti (3), (4) u (8) tal-Artikolu 1 u, bħala konsegwenza, l-emenda li saret bl-Artikolu 2 fir-rigward ta' karatteristiċi standard ta' erjas b'fokus ekoloġiku, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja tal-2017.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u għandhom jinformaw lill-bdiewa bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bil-bidliet konsegwenzjali għan-notifiki magħmula skont l-Artikolu 65(1) sa (4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 sa mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (3), (4), u (8) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018.

Il-punti (5) u (6) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji wara s-sena kalendarja 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(5)  COM(2015) 478 final, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ir-Rieżami ta' Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).


ANNESS I

ANNESS III

Metodu tal-Unjoni biex jiġi stabbilit b'mod kwantitattiv il-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol fil-varjetajiet tal-qanneb

1.   Il-kamp ta' applikazzjoni

Il-metodu stabbilit f'dan l-Anness ifittex li jistabbilixxi l-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “THC”) ta' varjetajiet tal-qanneb (Cannabis sativa L.). Skont kif xieraq, il-metodu jinvolvi l-applikazzjoni tal-proċedura A jew B kif deskritt f'dan l-Anness.

Dan il-metodu hu bbażat fuq l-istabbilizzazzjoni kwantitattiva tat-THC permezz tal-kromatografija b'fażi gassuża (GC) wara l-estrazzjoni b'solvent xieraq.

1.1.   Il-proċedura A

Il-proċedura A għandha tintuża għall-verifiki tal-produzzjoni tal-qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Artikolu 30(g) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (*1).

1.2.   Il-proċedura B

Il-proċedura B għandha tintuża fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014.

2.   It-teħid tal-kampjuni

2.1.   Il-kampjuni

Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul il-ġurnata u b'mod sistematiku biex ikun żgurat li l-kampjun ikun jirrappreżenta l-uċuħ tal-għalqa iżda ma jkunx jinkludi l-uċuħ tat-truf.

2.1.1.   Għall-proċedura A: minn wiċċ tar-raba' mhux maħsud ta' varjetà partikolari tal-qanneb, għandha tittieħed biċċa twila 30 cm li jkun fiha tal-inqas inflorexxenza femminili waħda għal kull pjanta magħżula. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul perjodu li jibda wara 20 jum wara li tibda l-fjoritura sa għaxart (10) ijiem wara li din tintemm.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-kampjuni jittieħdu matul il-perjodu minn meta tibda l-fjoritura sa 20 jum wara diment li, għal kull varjetà mkabbra, jittieħdu kampjuni rappreżentattivi oħra skont l-ewwel subparagrafu matul il-perjodu minn 20 jum wara li tibda l-fjoritura sa għaxart (10) ijiem wara li din tintemm.

Għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, jekk ma jkunx hemm inflorexxenza femminili, għandhom jittieħdu t-30 cm ta' fuq nett taz-zokk. F'dak il-każ, il-kampjuni għandhom jittieħdu eżattament qabel tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni, meta l-weraq jibdew jisfaru kemm kemm, iżda mhux aktar tard minn meta jibda l-perjodu previst tal-ġlata.

2.1.2.   Għall-proċedura B: minn wiċċ tar-raba' mhux maħsud ta' varjetà partikolari tal-qanneb, għandu jittieħed it-terz ta' fuq ta' kull pjanta magħżula. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul l-għaxart (10) ijiem wara li tintemm il-fjoritura, jew għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, jekk ma jkunx hemm inflorexxenza femminili, eżattament qabel tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni, meta l-weraq jibdew jisfaru kemm kemm, iżda mhux aktar tard minn meta jibda l-perjodu previst tal-ġlata. Fil-każ ta' varjetajiet li għandhom organi maskili u femminili fuq pjanti separati, għandhom jittieħdu biss il-pjanti femminili.

2.2.   Id-daqs tal-kampjun

Għall-proċedura A: il-kampjun għandu jkun fih partijiet ta' 50 pjanta għal kull għalqa.

Għall-proċedura B: il-kampjun għandu jkun fih partijiet ta' 200 pjanta għal kull għalqa.

Kull kampjun għandu jitqiegħed f'basket tad-drapp jew tal-karti mingħajr ma jitgħaffeġ u għandu jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi.

L-Istat Membru jista' jipprevedi li jittieħed kampjun ieħor għal kontroanaliżi, jekk ikun meħtieġ, u dan għandu jżommu l-produttur jew il-korp responsabbli għall-analiżi.

2.3.   It-tnixxif u l-ħżin tal-kampjun

Il-kampjuni għandhom jibdew jitnixxfu minnufih u, f'kull każ, fi żmien 48 siegħa permezz ta' xi metodu b'temperatura ta' inqas minn 70 °C.

Il-kampjuni għandhom jitnixxfu sakemm jintlaħaq piż kostanti u sakemm jintlaħaq kontenut ta' ndewwa ta' bejn 8 % u 13 %.

Wara li jitnixxfu, il-kampjuni għandhom jinħażnu mingħajr ma jitgħaffġu f'post mudlam b'temperatura ta' inqas minn 25 °C.

3.   L-istabbilizzazzjoni tal-kontenut tat-THC

3.1.   It-tħejjija tal-kampjun għat-test

Iz-zkuk u ż-żerriegħa li huma akbar minn 2 mm għandhom jitneħħew mill-kampjuni mnixxfa.

Il-kampjuni mnixxfa għandhom jintaħnu biex jinkiseb trab parzjalment fin (li jgħaddi minn passatur b'toqob ta' millimetru (1 mm)).

It-trab jista' jinħażen għal għaxar (10) ġimgħat f'post mudlam u niexef b'temperatura ta' inqas minn 25 °C.

3.2.   Reaġenti u taħlita likwida għall-estrazzjoni

Reaġenti

Δ9-tetraidrokannabinol, pur għall-għanijiet tal-kromatografija,

Skwalan, pur għall-għanijiet tal-kromatografija, bħala standard intern.

Taħlita likwida għall-estrazzjoni:

35 mg ta' skwalan għal kull 100 ml ta' eżan.

3.3.   Estrazzjoni tat-THC

100 mg tal-kampjun tat-test f'forma ta' trab għandhom jintiżnu, jitqiegħdu f'tubu taċ-ċentrifugazzjoni u magħhom jiżdiedu 5 ml mit-taħlita likwida għall-estrazzjoni li jkun fiha l-istandard intern.

Il-kampjun għandu jitqiegħed f'banju ultrasoniku u jitħalla għal 20 minuta. Dan għandu jingħadda minn proċess taċ-ċentrifugazzjoni għal ħames minuti bi 3 000 r.p.m u mbagħad għandha titneħħa t-taħlita likwida tat-THC supernatanti. It-taħlita likwida għandha tiġi injettata fil-kromatografu u għandha ssir analiżi kwantitattiva.

3.4.   Il-kromatografija b'fażi gassuża

(a)   L-apparat

kromatografu tal-gass b'individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma u injettatur maqsum/mhux maqsum,

kolonna li tippermetti separazzjoni tajba tal-kannabinojdi, pereżempju kolonna kapillari tal-ħġieġ li tkun twila 25 m u li jkollha dijametru ta' 0,22 mm, imxappa b'5 % ta' fażi ta' fenil-metil-silossan mhux polari.

(b)   Il-firxiet tal-kalibrazzjoni

Tal-inqas tliet punti għall-proċedura A u ħames punti għall-proċedura B, inkluż il-punti 0,04 u 0,50 mg/ml ta' THC f'taħlita likwida għall-estrazzjoni.

(c)   Il-kundizzjonijiet tat-test

Il-kundizzjonijiet li ġejjin qed jingħataw bħala eżempju għall-kolonna msemmija fil-punt (a):

temperatura tal-forn: 260 °C;

temperatura tal-injettatur: 300 °C;

temperatura tal-individwatur: 300 °C.

(d)   Il-volum injettat: 1 μl.

4.   Ir-riżultati

Is-sejbiet għandhom jingħataw bħala ċifra b'żewġ ċifri wara l-punt deċimali, mogħtija fi grammi ta' THC għal kull 100 gramma tal-kampjun analitiku mnixxef sakemm jintlaħaq piż kostanti. Għandha tiġi applikata tolleranza ta' 0,03 g għal kull 100 g.

Għall-proċedura A: riżultat stabbilit wieħed għal kull kampjun tat-test.

Iżda meta r-riżultat miksub jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jiġi stabbilit riżultat ieħor għal kull kampjun tal-analiżi u r-riżultat għandu jkun il-valur medju taż-żewġ riżultati stabbiliti.

Għall-proċedura B: ir-riżultat għandu jikkorrispondi għall-valur medju ta' żewġ riżultati stabbiliti għal kull kampjun tat-test.



ANNESS II

ANNESS X

Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)

Il-karatteristiċi

Il-fattur tal-konverżjoni

(m/siġra għal m2)

Il-fattur tal-ponderazzjoni

Żona b'fokus ekoloġiku

(jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi)

Art mistrieħa (għal kull 1 m2)

Mhux applikabbli (n.a.)

1

1 m2

Raba' mtarraġ (għal kull 1 m)

2

1

2 m2

Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ:

 

 

 

 

Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta (għal kull 1 m)

5

2

10 m2

 

Siġar iżolati (għal kull siġra)

20

1,5

30 m2

 

Irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2)

n.a.

1,5

1,5 m2

 

Għadajjar (għal kull 1 m2)

n.a.

1,5

1,5 m2

 

Fossijiet (għal kull 1 m)

5

2

10 m2

 

Ħitan tal-ġebel tradizzjonali (għal kull 1 m)

1

1

1 m2

 

Karatteristiċi oħrajn mhux imsemmija hawn fuq iżda protetti skont il-KAAT7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 (għal kull 1 m2)

n.a.

1

1 m2

Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m)

6

1,5

9 m2

Ettari agroforestali (għal kull 1 m2)

n.a.

1

1 m2

Meded ta' ettari eliġibbli fi truf il-foresti (għal kull 1 m)

 

 

 

 

Bla produzzjoni

6

1,5

9 m2

Bi produzzjoni

6

0,3

1,8 m2

Żoni bi msaġar b'newba qasira (għal kull 1 m2)

n.a.

0,3

0,3 m2

Żoni msaġġra kif imsemmi fl-Artikolu 32(2)(b)(ii) (għal kull 1 m2)

n.a.

1

1 m2

Żoni b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali (għal kull 1 m2)

n.a.

0,3

0,3 m2

Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (għal kull 1 m2)

n.a.

0,7

0,7 m2

Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3) li jridu jiġu applikati għall-karatteristiċi inklużi fil-prattiki ekwivalenti kif elenkat fit-Taqsima III tal-Anness IX

Żona b'fokus ekoloġiku ekwivalenti

Żona b'fokus ekoloġiku ta' standard simili

Fattur tal-konverżjoni

Fattur tal-ponderazzjoni

Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi)

(1)

Is-serħan ekoloġiku tal-art (għal kull 1 m2)

Art mistrieħa

n.a.

1

1 m2

(2)

Il-ħolqien ta' “żoni ta' lqugħ” (għal kull 1 m)

Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi

6

1,5

9 m2

(3)

L-immaniġġjar tal-biċċiet art ta' lqugħ mhux maħdumin u tal-ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m)

Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi

6

1,5

9 m2

(4)

Il-borduri, il-ħbula fl-għelieqi u l-irqajja' tal-art:

 

 

 

 

Borduri, ħbula fl-għelieqi (għal kull 1 m)

Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi

6

1,5

9 m2

Irqajja' tal-art (għal kull 1 m2)

Irqajja' tas-siġar

n.a.

1,5

1,5 m2

(5)

L-immaniġġjar tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ:

 

 

 

 

Siġar iżolati (għal kull siġra)

Siġar iżolati

20

1,5

30 m2

Siġar f'linja dritta (għal kull 1 m)

Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta

5

2

10 m2

Grupp ta' siġar/irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2)

Irqajja' tas-siġar

n.a.

1,5

1,5 m2

Ringieli ta' sġajriet (għal kull 1 m)

Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra

5

2

10 m2

Veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara (għal kull 1 m)

Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra

5

2

10 m2

Raba' mtarraġ (għal kull 1 m)

Raba' mtarraġ

2

1

2 m2

Ħitan tal-ġebel (għal kull 1 m)

Ħitan tal-ġebel tradizzjonali

1

1

1 m2

Fossijiet (għal kull 1 m)

Fossijiet

5

2

10 m2

Għadajjar (għal kull 1 m2)

Għadajjar

n.a.

1,5

1,5 m2

(6)

Iż-żamma ta' bwar b'ħamrija bil-pit jew b'ħamrija mxarrba li tinħarat (mingħajr ma jintużaw fertilizzanti jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) (għal kull 1 m2)

Art li titħalla tistrieħ

n.a.

1

1 m2

(7)

Il-produzzjoni fuq art li tinħarat mingħajr ma jintużaw fertilizzanti u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li mhix raba' saqwi, u li fuqha ma jinżerax l-istess wiċċ tar-raba' sentejn wara xulxin (għal kull 1 m2)

Żoni bi msaġar b'newba qasira; Meded fi truf il-foresti bi produzzjoni; Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu

n.a.

0,3

0,7 għall-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu

0,3 m2

0,7 m2

(8)

Il-konverżjoni ta' art li tinħarat fi bwar permanenti (għal kull 1 m2)

Art li titħalla tistrieħ

n.a.

1

1 m2