27.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/54 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1137
tas-26 ta' Ġunju 2017
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 għal-laħam iffriżat tal-annimali bovini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-annimali bovini. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk jeħtieġ li jiġi ddeterminat kif jistgħu jinħarġu d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta' Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Nru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 (f'%) |
09.4003 |
35,489750 |