13.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/66 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/992
tat-12 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2148 fir-rigward tat-tħassir tar-referenzi għar-Repubblika tal-Belarussja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/936 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi biex jiġu allokati abbażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/354 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar il-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet ta' tessuti u ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja. |
(3) |
Ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi li ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2148 (3) saru obsoleti fir-rigward ta' tessuti u ħwejjeġ li joriġinaw fir-Repubblika tal-Belarussja. Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li għalhekk ikun emendat kif xieraq: |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/936, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2148, it-tabella li tikkonċerna r-Repubblika tal-Belarussja hija mħassra.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/354 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/936 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 31).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2148 tas-7 ta' Diċembru 2016 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2017 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 32).