|
8.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/959
tal-24 ta' Frar 2017
dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti ta' iżolazzjoni termali ffurmati fuq il-post abbażi taċ-ċelluloża (LFCI) tal-istandard EN 15101-1 fir-rigward tas-sedimentazzjoni orizzontali u l-assorbiment tal-ilma fuq żmien qasir skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta l-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet klassijiet ta' prestazzjoni b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini, skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 dawn jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda biss abbażi ta' mandat rivedut. |
|
(2) |
L-istandard Ewropew tal-prodotti EN 15101-1 dwar prodotti ta' iżolazzjoni termali ffurmati fil-post abbażi taċ-ċelluloża (LFCI) jinkludi klassifikazzjonijiet ta' prestazzjoni fir-rigward ta' tnejn mill-karatteristiċi essenzjali tagħha, is-sedimentazzjoni f'applikazzjonijiet orizzontali, fuq loftijiet u fuq artijiet, kif ukoll l-assorbiment tal-ilma fuq żmien qasir. Dawn il-klassifikazzjonijiet jirrappreżentaw pass 'il quddiem lejn il-konsolidazzjoni tas-suq intern għall-prodotti inkwistjoni. |
|
(3) |
Għal dawk il-klassifikazzjonijiet il-ġodda, ma nħariġx mandat rivedut. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti sistemi ta' klassifikazzjoni ġodda li għandhom jintużaw għal prodotti koperti minn EN 15101-1, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prestazzjoni tal-prodotti ta' iżolazzjoni termali ffurmati fil-post abbażi taċ-ċelluloża (LFCI), fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali ta' sedimentazzjoni tagħhom f'applikazzjonijiet orizzontali, fuq loftijiet u fuq artijiet, kif ukoll tal-assorbiment tal-ilma ffuq żmien qasir, għandha tiġi kklassifikata skont is-sistemi ta' klassifikazzjoni stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Tabella 1
Klassijiet ta' sedimentazzjoni f'applikazzjonijiet orizzontali, fuq loftijiet u fuq artijiet
|
Klassi |
|
|
SH 0 |
L-ebda sedimentazzjoni li tista' titkejjel (≤ 1 %) |
|
SH 5 |
≤ 5 % |
|
SH 10 |
≤ 10 % |
|
SH 15 |
≤ 15 % |
|
SH 20 |
≤ 20 % |
|
SH 25 |
≤ 25 % |
|
SH 30 |
> 25 % |
Tabella 2
Klassijiet ta' assorbiment tal-ilma fuq żmien qasir
|
Klassi |
|
|
WS 1 |
≤ 1,0 kg/m2 |
|
WS 2 |
≤ 2,0 kg/m2 |
|
WS 3 |
> 2,0 kg/m2 |